This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0147
Decision of the EEA Joint Committee No 147/2014 of 27 June 2014 amending Protocol 30 to the EEA Agreement, on specific provisions on the organization of cooperation in the field of statistics
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
ĠU L 342, 27.11.2014, p. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/56 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 147/2014
tas-27 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE, dwar dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-organizzazzjoni ta' kooperazzjoni fil-qasam tal-istatistika
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-programm statistiku taż-ŻEE mill-2014 sal-2017 għandu jkun ibbażat fuq ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 1383/2013 (2) u għandu jinkludi dawk l-elementi tal-programm li huma meħtieġa għad-deskrizzjoni u l-monitoraġġ tal-aspetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali rilevanti kollha taż-Żona Ekonomika Ewropea. |
(2) |
Il-programm statistiku taż-ŻEE mill-2003 sal-2007 mhuwiex aktar applikabbli u konsegwentement għandu jitħassar mill-Ftehim ŻEE. |
(3) |
Għalhekk, il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkun tista' tibda sseħħ mill-1 ta' Jannar 2014, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Protokoll 30 għall-Ftehim ŻEE huwa emendat kif ġej:
1. |
Il-kelma “2013” fit-titolu tal-Artikolu 5 hija sostitwita bil-kliem “2013 sal-2017”. |
2. |
Dan li ġej huwa miżjud fl-Artikolu 5(1): “, kif emendant minn:
|
3. |
Il-kliem “31 ta' Diċembru 2013” fl-Artikolu 5(2) huma sostitwiti bil-kliem “31 ta' Diċembru 2017”. |
4. |
It-test tal-Artikolu 5(3) huwa sostitwit b'dan li ġej: “Għandu jiġi żviluppat Programm Statistiku Annwali speċifiku taż-ŻEE għall-perjodu 2013 sal-2017 b'mod konġunt mill-Uffiċju tal-Istatistika tal-EFTA u l-Eurostat. Il-Programm Statistiku annwali taż-ŻEE għandu jissejjes fuq subsett ta', u jitfassal b'mod parallel ma', il-programm ta' ħidma annwali mħejji mill-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 99/2013. Il-Programm Statistiku Annwali taż-ŻEE għandu jiġi approvat mill-Partijiet Kontraenti skont il-proċeduri interni tagħhom stess.” |
5. |
It-test tal-Artikolu 5(4) huwa sostitwit b'dan li ġej: “L-Istati tal-EFTA għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament, f'konformità mal-Artikolu 82(1)(a) tal-Ftehim u r-Regolamenti Finanzjarji tal-Ftehim, għal ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija tal-ammont muri fil-linji baġitarji 29 02 05 (Programm Statistiku Ewropew 2013-17) u 29 01 04 05 (Politika ta' informazzjoni statistika — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inseriti fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2013 u għal ammont li jirrappreżenta 75 fil-mija tal-ammont muri fil-linji baġitarji 29 02 01 (Programm Statistiku Ewropew 2013-17) u 29 01 04 01 (Politika ta' informazzjoni statistika — Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva) inseriti fil-baġit tal-Unjoni Ewropea għall-2014 sal-2017.” |
6. |
It-test tal-Artikolu 2 huwa mħassar. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-aħħar notifika taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Hija għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2014.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(2) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 84.
(*) Mhumiex indikati rekwiżiti kostituzzjonali.