This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0135
Decision of the EEA Joint Committee No 135/2014 of 27 June 2014 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 135/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 342, 27.11.2014, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 135/2014
tas-27 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ttehim taż-ŻEE. |
(2) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE jiġi emendat kif ġej:
1. |
Wara l-punt 66wm jiżdied dan li ġej (ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 391/2013):
|
2. |
L-inċiż li ġej jiżdied mal-punt 66xa (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 691/2010):
|
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (UE) Nru 677/2011 bil-lingwa Islandiża u b'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014 sakemm ikunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*), jew dakinhar tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 229/2013 tat-13 ta' Diċembru 2013 (2), skont liema wieħed minnhom jiġi aktar tard.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-27 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1.
(*) Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.
(2) ĠU L 154, 22.5.2014, p. 28.