This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22014D0133
Decision of the EEA Joint Committee No 133/2014 of 27 June 2014 amending Annex XIII (Transport) to the EEA Agreement
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 133/2014 tas- 27 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
ĠU L 342, 27.11.2014, p. 40–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
27.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 342/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 133/2014
tas-27 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2012 tas-17 ta' April 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 62/2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” (1) tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 280/2013 tat-22 ta' Marzu 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 62/2006 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “applikazzjonijiet telematiċi għas-servizz tat-trasport tal-merkanzija” (2) tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(3) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-segwenti jiżdied mal-punt 37h (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 62/2006) tal-Anness XIII tal-Ftehim ŻEE:
“, kif emendat bi:
— |
32012 R 0328: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 328/2012 tas-17 ta' April 2012 (ĠU L 106, 18.4.2012, p. 14), |
— |
32013 R 0280: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 280/2013 tat-22 ta' Marzu 2013 (ĠU L 84, 23.3.2013, p. 17).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolamenti (UE) Nru 328/2012 u (UE) Nru 280/2013 fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE ta' ma' Il-Ġurnal Uffiċċjali tal-Unjoni Ewropea, huma awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-28 ta' Ġunju 2014, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Gianluca GRIPPA
(1) ĠU L 106, 18.4.2012, p. 14.
(2) ĠU L 84, 23.3.2013, p. 17.
(*) Rekwiżiti kostituzzjonali indikati.