This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32013R1007
Commission Implementing Regulation (EU) No 1007/2013 of 18 October 2013 adding to the 2013/14 fishing quotas of anchovy in the Bay of Biscay the quantities withheld by France and Spain in the fishing season 2012/13 pursuant to Article 4(2) of Council Regulation (EC) No 847/96
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1007/2013 tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li jżid mal-kwota tas-sajd tal-2013/2014 għall-Inċova fil-Bajja ta’ Biscay il-kwantitajiet miżmuma minn Franza u Spanja fl-istaġun tas-sajd 2012/2013 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1007/2013 tat- 18 ta’ Ottubru 2013 li jżid mal-kwota tas-sajd tal-2013/2014 għall-Inċova fil-Bajja ta’ Biscay il-kwantitajiet miżmuma minn Franza u Spanja fl-istaġun tas-sajd 2012/2013 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96
ĠU L 279, 19.10.2013, p. 61–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.10.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 279/61 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1007/2013
tat-18 ta’ Ottubru 2013
li jżid mal-kwota tas-sajd tal-2013/2014 għall-Inċova fil-Bajja ta’ Biscay il-kwantitajiet miżmuma minn Franza u Spanja fl-istaġun tas-sajd 2012/2013 skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni, qabel il-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ applikazzjoni tal-kwota tas-sajd allokata lilhom, biex iżommu ammont massimu ta’ 10 % ta’ dik il-kwota sabiex jiġi ttrasferit għas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha żżid il-kwantità miżmuma mal-kwota rilevanti. |
(2) |
It-TACs u l-kwoti għall-Istati Membri għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay (subżona VIII tal-ICES) huma stabbiliti għal staġun ta’ tmexxija annwali li jibda mill-1 ta’ Lulju u jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. |
(3) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 694/2012 tas-27 ta’ Lulju 2012 dwar l-istabbiliment tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay għall-istaġun tas-sajd 2012/2013 (2) jiffissal-kwoti tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay (subżona VIII tal-ICES) għall-perjodu li jibda fl-1 ta’ Lulju 2012 u jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju 2013. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 713/2013 tat-23 ta’ Lulju 2013 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay għall-istaġun tas-sajd 2013/14 (3) jiffissal-kwoti tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay (subżona VIII tal-ICES) għall-perjodu li jibda fl-1 ta’ Lulju 2013 u jispiċċa fit-30 ta’ Ġunju 2014. |
(5) |
Skont ir-Regolamenti rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd u wara li tqiesu l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (4) u t-trasferimenti tal-kwoti skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 il-kwoti għall-inċova fil-Bajja ta’ Biscay disponibbli għal Franza u Spanja fi tmiem l-istaġun tas-sajd 2012/2013 jammontaw rispettivament għal 4 876 tunnellata u 16 460 tunnellata. |
(6) |
Fi tmiem l-istaġun tas-sajd 2012/2013, Franza u Spanja rrappurtaw qabdiet ta’ inċova fil-Bajja ta’ Biscay li ammontaw għal 4 805,1 tunnellata u 11 275,2 tunnellati rispettivament. |
(7) |
Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96, Franza u Spanja talbu li parti mill-kwota tagħhom ta’ inċova fil-Bajja ta’ Biscay għall-istaġun tas-sajd 2012/2013 tinżamm u tiġi ttrasferita għall-istaġun tas-sajd ta’ wara Fil-limiti indikati f’dan ir-Regolament, il-kwantitajiet miżmuma għandhom jiżdiedu mal-kwota tal-istaġun tas-sajd 2013/2014. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwota tas-sajd għall-inċova ffissata għal Franza fil-Bajja ta’ Biscay fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 713/2013 tiżdied b’ 70,9 tunnellati.
2. Il-kwota tas-sajd għall-inċova ffissata għal Spanja fil-Bajja ta’ Biscay fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 713/2013 tiżdied b’1 646 tunnellata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ottubru 2013.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) ĠU L 203, 31.7.2012, p. 26.
(3) ĠU L 201, 26.7.2013, p. 8.
(4) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.