Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013R0103

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2013 tal- 4 ta’ Frar 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 786/2007 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-prepazzjoni tal-endo-1,4-beta-mannanażi KE 3.2.1.78 (Hemicell) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU L 34, 5.2.2013, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/02/2020; Impliċitament imħassar minn 32020R0165

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/103/oj

5.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 34/12


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 103/2013

tal-4 ta’ Frar 2013

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 786/2007 fir-rigward ta’ isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni tal-prepazzjoni tal-endo-1,4-beta-mannanażi KE 3.2.1.78 (Hemicell)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

ChemGen Corp. ressqet applikazzjoni skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 li tipproponi bidla f’isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni fir-rigward tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 786/2007 (2) rigward l-awtorizzazzjoni għal 10 snin ta’ tħejjija tal-endo-1,4-beta-mannanażi KE 3.2.1.78 (Hemicell) li hija parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”.

(2)

L-applikant iddikjara li b’effett mill-10 ta’ Frar 2012, ChemGen Corp. ħaditha Eli Lilly and Company Ltd. li issa hija s-sid tad-drittijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ dan l-addittiv. L-applikant ressaq dejta rilevanti li tappoġġa t-talba tiegħu.

(3)

Il-bidla proposta fit-termini tal-awtorizzazzjoni hija ta’ natura purament amministrattiva u ma tinvolvix valutazzjoni ġdida tal-addittiv ikkonċernat. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ġiet mgħarrfa b’din l-applikazzjoni.

(4)

Sabiex Eli Lilly and Company Ltd. tkun tista’ tisfrutta d-drittijiet tagħha tal-kummerċjalizzazzjoni, hemm bżonn li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 786/2007 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Billi r-raġunijiet tas-sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tal-emenda li dan ir-Regolament għamel lir-Regolament (KE) Nru 786/2007, huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu tranżitorju li matulu jkunu jistgħu jintużaw il-ħażniet eżistenti.

(7)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fil-kolonna 2 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 786/2007 il-kelmiet “ChemGen Corp., irrappreżentata minn Disproquima S.L.” jinbidlu bil-kelmiet “Eli Lilly and Company Ltd.”.

Artikolu 2

Il-ħażniet eżistenti tal-addittiv li huma konformi mad-dispożizzjonijiet li japplikaw qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw kollha.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Frar 2013.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  ĠU L 175, 5.7.2007, p. 8.


Top