Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22012A0229(01)

    Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 57, 29.2.2012, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/exch_let/2012/105/oj

    Related Council decision
    Related Council decision

    29.2.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 57/3


    TRADUZZJONI

    FTEHIM

    fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea

    1.   Ittra mill-Federazzjoni Russa

    Ġinevra, 16 ta’ Diċembru 2011

    Għeżież Sinjuri,

    Wara n-negozjati bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem — il-Partijiet), il-Partijiet qablu li l-kwoti tar-rata tariffarja applikabbli għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea li huma suġġetti għal dazji tal-esportazzjoni għandhom ikunu implimentati kif ġej:

    il-Federazzjoni Russa rrappreżentata mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa għandha tiftaħ kwoti tar-rata tariffarja bbażati fuq l-Iskeda ta’ Konċessjonijiet u Impenji dwar il-Prodotti li l-Federazzjoni Russa impenjat ruħha għalihom fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, inkluż is-sehem mill-kwota allokata għall-Unjoni Ewropea fuq bażi annwali. Il-Federazzjoni Russa għandha toħroġ liċenzji ta’ esportazzjoni bbażati fuq id-dokumentazzjoni tal-importazzjoni rilevanti maħruġa mill-Unjoni Ewropea, ġaladarba l-esportaturi Russi jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli kollha għall-esportazzjoni. L-Unjoni Ewropea għandha tiġġestixxi s-sehem tal-kwoti tar-rata tariffarja allokati lilha permezz tal-proċeduri interni tagħha. Il-Federazzjoni Russa ma għandhiex tapplika l-limiti jew is-suddiviżjonijiet fi ħdan is-sehem tal-kwoti tar-rata tariffarja li huma allokati lill-Unjoni Ewropea;

    kull tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għandhom jiskambjaw data dwar l-utilizzazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja. Modalitajiet tekniċi, inklużi d-dettalji tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u dawk tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-proċessi amministrattivi għandhom ikunu elaborati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet sad-dħul fis-seħħ tal-ftehim stabbilit f’din l-ittra.

    F’każ li l-Unjoni Ewropea tikkonferma l-qbil tagħha mat-termini stabbiliti f’din l-ittra, nipproponi li din l-ittra u l-ittra ta’ tweġiba tal-Unjoni Ewropea għandhom jikkonstitwixxu l-Ftehim bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ njam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea, u dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw in-notifiki bil-miktub li jiċċertifikaw li huma lestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom.

    Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mid-data tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

    Jekk jogħġobkom aċċettaw, Sinjuri, l-assigurazzjoni tal-ogħla konsiderazzjonijiet tiegħi,

    Għall-Federazzjoni Russa

    2.   Ittra mill-Unjoni Ewropea

    Ġinevra, 16 ta’ Diċembru 2011

    Għażiża Ministru,

    Għandna l-unur ngħarrfuk li rċevejna l-ittra tiegħek bid-data tal-lum, li tinqara kif ġej:

    “Wara n-negozjati bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem — il-Partijiet), il-Partijiet qablu li l-kwoti tar-rata tariffarja applikabbli għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea li huma suġġetti għal dazji tal-esportazzjoni għandhom ikunu implimentati kif ġej:

    il-Federazzjoni Russa rrappreżentata mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa għandha tiftaħ kwoti tar-rata tariffarja bbażati fuq l-Iskeda ta’ Konċessjonijiet u Impenji dwar il-Prodotti li l-Federazzjoni Russa impenjat ruħha għalihom fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, inkluż is-sehem mill-kwota allokata għall-Unjoni Ewropea fuq bażi annwali. Il-Federazzjoni Russa għandha toħroġ liċenzji ta’ esportazzjoni bbażati fuq id-dokumentazzjoni tal-importazzjoni rilevanti maħruġa mill-Unjoni Ewropea, ġaladarba l-esportaturi Russi jissodisfaw ir-rekwiżiti applikabbli kollha għall-esportazzjoni. L-Unjoni Ewropea għandha tiġġestixxi s-sehem tal-kwoti tar-rata tariffarja allokati lilha permezz tal-proċeduri interni tagħha. Il-Federazzjoni Russa ma għandhiex tapplika l-limiti jew is-suddiviżjonijiet fi ħdan is-sehem tal-kwoti tar-rata tariffarja li huma allokati lill-Unjoni Ewropea;

    kull tliet xhur, l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet għandhom jiskambjaw data dwar l-utilizzazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja. Modalitajiet tekniċi, inklużi d-dettalji tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa u tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll il-proċessi amministrattivi għandhom ikunu elaborati bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Partijiet sad-dħul fis-seħħ tal-ftehim stabbilit f’din l-ittra.

    F’każ li l-Unjoni Ewropea tikkonferma l-qbil tagħha mat-termini stabbiliti f’din l-ittra, nipproponi li din l-ittra u l-ittra ta’ tweġiba tal-Unjoni Ewropea għandhom jikkonstitwixxu l-Ftehim bejn il-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea dwar l-amministrazzjoni tal-kwoti tar-rata tariffarja li japplikaw għall-esportazzjonijiet ta’ injam mill-Federazzjoni Russa lejn l-Unjoni Ewropea, u dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jiskambjaw in-notifiki bil-miktub li jiċċertifikaw li huma lestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom.

    Dan il-Ftehim għandu jiġi applikat provviżorjament mid-data tal-adeżjoni tal-Federazzjoni Russa fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.”

    L-Unjoni Ewropea għandha l-unur tikkonferma l-qbil tagħha mal-kontenut ta’ din l-ittra.

    Jekk jogħġbok aċċetta, Sinjura, l-assigurazzjoni tal-ogħla konsiderazzjonijiet tagħna,

    Għall-Unjoni Ewropea


    Top