EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0100
2010/100/: Commission Decision of 19 February 2010 authorising Finnish aid for seeds and cereal seed in respect of the harvest year 2010 (notified under document C(2010) 946)
2010/100/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Frar 2010 li tawtorizza għajnuna Finlandiża għal żrieragħ u żerriegħa taċ-ċereali għas-sena tal-ħsad 2010 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 946)
2010/100/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 19 ta’ Frar 2010 li tawtorizza għajnuna Finlandiża għal żrieragħ u żerriegħa taċ-ċereali għas-sena tal-ħsad 2010 (notifikata bid-dokument numru C(2010) 946)
ĠU L 45, 20.2.2010, p. 12–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/12 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Frar 2010
li tawtorizza għajnuna Finlandiża għal żrieragħ u żerriegħa taċ-ċereali għas-sena tal-ħsad 2010
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 946)
(It-testi bil-Finlandiż u bl-Isvediż biss huma awtentiċi)
(2010/100/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament dwar l-OKS Waħdieni) (1), u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 182(2) flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
(1) |
Bl-ittra datata s-6 ta’ Ottubru 2009, il-Gvern Finlandiż talab l-awtorizzazzjoni, għas-sena 2010, biex jagħti għajnuna lill-bdiewa għal ċerti kwantitajiet ta’ tipi ta’ żrieragħ u żerriegħa taċ-ċereali li huma prodotti biss fil-Finlandja minħabba l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-klima tagħha. |
(2) |
Il-Finlandja talbet awtorizzazzjoni biex tagħti għajnuna għal kull ettaru ta’ ċerti żoni kkultivati bl-ispeċi taż-żrieragħ tal-Gramineae (ħaxix) and tal-Leguminosae (legumi) kif stabbiliti fl-Anness XIII għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (2), bl-eċċezzjoni ta’ Phleum pratense L. (Timothy), u għal ċerti żoni kkultivati bl-ispeċi taż-żerriegħa taċ-ċereali. |
(3) |
L-għajnuna proposta għandha tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 182(2) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007. L-għajnuna tikkonċerna tipi ta’ żrieragħ u ta’ żerriegħa taċ-ċereali kkultivati fil-Finlandja li huma adattati għall-kundizzjonijiet tal-klima ta’ dak il-pajjiż u li ma jitkabbrux fi Stati Membri oħrajn. L-awtorizzazzjoni tal-Kummissjoni għandha tkun limitata għat-tipi elenkati fil-lista ta’ varjetajiet Finlandiżi li huma prodotti fil-Finlandja biss. |
(4) |
Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex il-Kummissjoni tkun informata dwar il-miżuri meħuda mill-Finlandja biex tikkonforma mal-limiti stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010, il-Finlandja hija awtorizzata li tagħti għajnuna lil dawk stabbiliti fit-territorju tagħha li jkabbru żrieragħ u żerriegħa taċ-ċereali ċertifikati msemmija fl-Anness, f’ammonti skont il-limiti stipulati f’dak l-Anness.
L-awtorizzazzjoni għandha tkopri esklussivament il-varjetajiet elenkati fil-katalogu nazzjonali Finlandiż u li jitkabbru fil-Finlandja biss.
Artikolu 2
Il-Finlandja għandha tiżgura, b’sistema ta’ spezzjoni xierqa, li l-għajnuna tingħata biss għall-varjetajiet elenkati fl-Anness.
Artikolu 3
Il-Finlandja għandha tibgħat lill-Kummissjoni lista tal-varjetajiet ċertifikati kkonċernati u kwalunkwe emenda f’din il-lista u tinformaha dwar iż-żoni u l-kwantitajiet ta’ żrieragħ u żerriegħa taċ-ċereali li jirċievu l-għajnuna.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Finlandja.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.
ANNESS
Żrieragħ
Eleġibbli: żoni li fihom jiġu kkultivati ż-żrieragħ tal-Gramineae (ħaxix) u tal-Leguminosae (legumi) ċertifikati tal-ispeċijiet elenkati fl-Anness XIII għar-Regolament (KE) Nru 73/2009 bl-eċċezzjoni tal-Phleum pratense L. (Timothy).
L-għajnuna massima għal kull ettaru: EUR 220
Il-baġit massimu: EUR 442 200
Żerriegħa taċ-ċereali
Eleġibbli: żoni li fihom tiġi kkultivata żerriegħa ċertifikata ta’ qamħ, avena, xgħir u segala.
L-għajnuna massima għal kull ettaru: EUR 73
Il-baġit massimu: EUR 2 190 000