This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0209
2008/209/EC: Commission Decision of 7 March 2008 amending the Appendix to Annex VI to the Act of Accession of Bulgaria and Romania as regards certain milk processing establishments in Bulgaria (notified under document number C(2008) 827) (Text with EEA relevance)
2008/209/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Marzu 2008 li temenda l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f'dak li għandu x'jaqsam ma' stabbilimenti ta' proċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 827) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/209/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 7 ta’ Marzu 2008 li temenda l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f'dak li għandu x'jaqsam ma' stabbilimenti ta' proċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 827) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 65, 8.3.2008, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
8.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 65/18 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Marzu 2008
li temenda l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f'dak li għandu x'jaqsam ma' stabbilimenti ta' proċessar tal-ħalib fil-Bulgarija
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 827)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/209/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat l-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b'mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tal-Kapitolu 4 tat-Taqsima B ta' l-Anness VI tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Bulgarija ngħatat perjodi transitorji mill-Att ta' Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti ta' proċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (1). |
(2) |
L-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta’ l-Adeżjoni ġie emendat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/26/KE (2) u 2007/689/KE (3). |
(3) |
Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li żewġ stabbilimenti ta' l-ipproċessar tal-ħalib lestew il-proċess ta' aġġornament tagħhom u issa huma konformi mal-leġislazzjoni Komunitarja. Dawk l-istabbilimenti qegħdin jitħallew jirċievu u jipproċessaw separatament ħalib konformi u ħalib mhux konformi. Dawk l-istabbilimenti għalhekk għandhom jiżdiedu mal-lista tal-Kapitolu II ta' l-Appendiċi ta' l-Anness VI. |
(4) |
L-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-istabbilimenti elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni qegħdin jiżdiedu mal-Kapitolu II ta' l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 7 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Androulla VASSILIOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).
(3) ĠU L 282, 26.10.2007, p. 60.
ANNESS
Stabbilimenti tal-ħalib li jridu jiżdiedu mal-Kapitolu II ta' l-Appendiċi ta' l-Anness VI ta' l-Att ta' l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija
“Ir-Reġjun ta' Dobrich — Nru. 8 |
|||||
12 |
BG 0812009 |
‘Serdika — 90’ AD gr. Dobrich ul. |
|
||
Ir-Reġjun ta' Smolyan — Nru. 21 |
|||||
13 |
BG 2112001 |
‘Rodopeya — Belev’ EOOD gr. Smolyan |
|