This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0838
2007/838/EC: Commission Decision of 13 December 2007 amending Decision 2006/415/EC concerning certain protection measures in relation to highly pathogenic avian influenza of the subtype H5N1 in poultry in Poland (notified under document number C(2007) 6597) (Text with EEA relevance)
2007/838/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur fil-Polonja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6597) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2007/838/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur fil-Polonja (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6597) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 330, 15.12.2007, p. 51–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018
15.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 330/51 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-13 ta’ Diċembru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur fil-Polonja
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 6597)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/838/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 9(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(3) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-sottotip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni biex ikunu applikati sabiex tkun evitata l-firxa ta' dik il-marda, fosthom it-twaqqif ta' żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew konfermata tal-marda. |
(2) |
Wara tifqigħat ta' l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fil-Polonja, id-Deċiżjoni 2006/415/KE ġiet emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/816/KE ta’ l-10 ta’ Diċembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' influwenza tat-tjur ta' patoġeniċità għolja ħafna tas-sottotip H5N1 fit-tjur fil-Polonja. |
(3) |
Billi kien hemm tifqigħat oħra tal-marda fil-Polonja, id-deskrizzjoni taż-żoni ristretti u t-tul tal-miżuri għandhom jiġu emendati biex iqisu l-qagħda edipemjoloġika. |
(4) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2006/415/KE għandha tiġi emendata skond dan. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni għandhom ikunu riveduti fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat skond it-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); Verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(3) ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2007/816/KE (ĠU L 326, 12.12.2007, p. 32).
ANNESS
L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
It-test li ġej jieħu post id-daħla għall-Polonja fil-Parti A:
|
(2) |
It-test li ġej jieħu post id-daħla għall-Polonja fil-Parti B:
|