This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1184
Council Regulation (EC) No 1184/2007 of 9 October 2007 imposing a definitive anti-dumping duty and collecting definitively the provisional duty imposed on imports of peroxosulphates (persulphates) originating in the United States of America, the People's Republic of China and Taiwan
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2007 tad- 9 ta’ Ottubru 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-peroxosulphates (persulphates) li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2007 tad- 9 ta’ Ottubru 2007 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-peroxosulphates (persulphates) li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan
ĠU L 265, 11.10.2007, p. 1–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/10/2012
11.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 265/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1184/2007
tad-9 ta’ Ottubru 2007
li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor definittivament id-dazju proviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-peroxosulphates (persulphates) li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-ħarsien mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. MIŻURI PROVIŻORJI
(1) |
Il-Kummissjoni, bir-Regolament (KE) Nru 390/2007 (2) (“ir-Regolament Proviżorju”) imponiet dazju proviżorju anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-peroxosulphates (persulphates), bħalissa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċijiet NM 2833 40 00 u ex 2842 90 80 li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika (“l-Istati Uniti ta’ l-Amerika”), ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ) u t-Tajwan. |
(2) |
Kif stabbilit fil-premessa (12) tar-Regolament proviżorju, l-investigazzjoni tad-dumping u l-ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2005 sat-30 ta’ Ġunju 2006 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). Fir-rigward tat-tendenzi rilevanti għall-istima tal-ħsara, il-Kummissjoni analizzat it-tagħrif li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sa tmiem il-perjodu ta’ l-investigazzjoni (“perjodu kkunsidrat”). |
B. PROĊEDURA SUSSEGWENTI
(3) |
Wara l-impożizzjoni ta’ dazju proviżorju kontra d-dumping fuq l-importazzjoni tal-persulphates li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ir-RPĊ u t-Tajwan, xi partijiet interessati taw kummenti bil-miktub. Il-partijiet li għamlu din it-talba ngħataw ukoll l-opportunità li jinstemgħu. Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika t-tagħrif kollu li qieset bħala meħtieġ għas-sejbiet definittivi tagħha. |
(4) |
Il-partijiet kollha kienu infurmati bil-fatti essenzjali u l-konsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom kien maħsub li tkun rakkomandata l-impożizzjoni ta’ dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-persulphates li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ir-RPĊ u t-Tajwan u l-ġbir definittiv ta’ ammonti miġbura bħala dazju proviżorju. Huma ngħataw ukoll perjodu biex iressqu rappreżentazzjonijiet wara dan it-tagħrif. |
(5) |
Il-Kummissjoni intensifikat l-investigazzjoni fir-rigward ta’ l-aspetti ta’ l-interessi tal-Komunità u wettqet analiżi tat-tagħrif mit-tweġibiet tal-kwestjonarju provduti mill-utent fil-Komunità wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji kontra d-dumping. |
(6) |
Vista ta’ verifika waħda addizzjonali twettqet fuq il-postijiet tal-kumpanija li ġejja:
|
(7) |
Il-kummenti orali u miktuba sottomessi min-naħa tal-partijiet interessati ġew ikkunsidrati u, fejn dan kien f’loku, il-konklużjonjiet ġew immodifikati skond dan. |
Ċ. PRODOTT KONĊERNAT U PRODOTT LI JIXXIEBAĦ
1. Prodott ikkonċernat
(8) |
Qed jiġi mfakkar li kif imsemmi fil-premessa (14) tar-Regolament proviżorju, il-prodott konċernat jikkonsisti fl-erba’ tipi ewlenin ta’ prodott: ammonium persulphate (NH4)2S2O8 (APS), sodium persulphate (Na2S2O8) (SPS/NPS), potassium persulphate (K2S2O8) (PPS/KPS) u potassium monopersulphate (2KHSO5 * KHSO4 * K2SO4) (KMPS). |
(9) |
Esportatur produttur wieħed fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika tenna l-istqarrija tiegħu biex il-KMPS jiġi eskluż mill-iskop ta’ l-investigazzjoni fuq ir-raġunijiet li l-KMPS kellu karatteristiċi kimiċi differenti u kien użat f’applikazzjonijiet differenti mit-tliet tipi l-oħra tal-prodott. Dan il-produttur esportatur qal li t-tipi ta’ prodotti setgħu jiġu skambjati biss f’ċertu applikazzjonijiet limitati. Għalhekk kien biss kwantità żgħira mill-esportazzjonijiet tal-KMPS lill-Komunità li kien qed jiġi użat fl-applikazzjonijiet tipiċi tal-bqija tat-tliet prodotti. Biex jappoġġa l-istqarrija, il-produttur esportatur qal li l-KMPS inbigħ b’mod kostanti f’livelli ta’ prezzijiet ogħla li juri li kien jinbigħ lil tipi differenti ta’ klijenti għal applikazzjonijiet differenti mit-tliet tipi ta’ prodott l-oħra. |
(10) |
L-istess prodottur esportatur irrefera wkoll għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2961/95 (3) li impona dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-peroxodisulphates li joriġinaw fir-RPĊ. Minħabba li l-istess prodott konċernat b’dik l-investigazzjoni ma inkludiex il-KMPS, intqal li s-sejbiet proviżorji fl-investigazzjoni kurrenti kkuntradixxew is-sejbiet ta’ l-investigazzjoni ta’ qabel. B’mod partikolari, il-kriterji elenkati fil-premessa (7) tar-Regolament (KE) Nru 2961/95 sabiex jiġi determinat il-prodott konċernat ma jkunux japplikaw għall-KMPS, li juri li huwa prodott differenti. Dan il-produttur esportatur irrefera wkoll għall-investigazzjoni anti-dumping imwettqa mill-awtoritajiet ta’ l-Istati Uniti li tkopri l-persulphates imma mhux il-KMPS (4). |
(11) |
Sussegwentement għall-iskopertura proviżorja l-istess esportatur qal ukoll li l-KMPS huwa trattat b’mod differenti minn tipi oħra għal raġunijiet ta’ transport kif ukoll fid-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar rigward it-tqegħid tal-prodotti bijoċidali fis-suq (5) (“id-direttiva tal-Bijoċidi”). Dan it-trattament differenti jindika li huma prodotti differenti. |
(12) |
Finalment, il-produttur esportatur t’hawn fuq argumenta li l-uniku kriterju komuni tal-KMPS u t-tliet tipi l-oħra ta’ prodotti huwa li huma “ossidanti qawwija” li hija definizzjoni vaga li tapplika għal ħafna kimiċi oħra bħall-hydrogen peroxide u s-sodium hypochlorite li wkoll kienu użati bħala aġenti ossidanti. Għalhekk, il-KMPS għandu jew jiġi eskluż mill-iskop preżenti tal-prodott jew aġenti ossidanti oħra għandhom jiġu inklużi. |
(13) |
F’dak li għandu x’jaqsam mad-differenzi allegati fil-karatteristiċi kimiċi, il-produttur esportatur imsemmi hawn fuq ma ġab ebda informazzjoni ġdida jew evidenza imma rrepeta l-argumenti li għamel qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. Qed jiġi ssottolineat li l-premessa (17) tar-Regolament proviżorju tagħraf li kull tip, inkluż il-KMPS, għandu formuli kimiċi differenti. Madankollu, instab ukoll li minkejja dawn id-differenzi t-tipi kollha għandhom struttura komuni (SO3-O2) u kwalitajiet fiżiċi u kimiċi simili jew kumparabbli. Għalhekk, it-tipi kollha għandhom, per eżempju, apparenza kumparabbli (bajd, melħ kristallizzat), densità simili u kontenut kumparabbli ta’ ossiġnu attiv. It-tipi kollha kienu definiti bħala axoacids tas-sulphur fl-istat ta’ ossidazzjoni no VI li tkejjel il-grad ta’ ossidazzjoni ta’ atomu f’sostanza. Ġie għalhekk konkluż li t-tipi kollha tal-prodott kellhom karatteristiċi kimiċi simili. Ebda parti mill-informazzjoni mressqa mill-produttur esportatur ma kienet biżżejjed biex tibdel dawn is-sejbiet. |
(14) |
Il-karatteristiċi t’hawn fuq instabu li huma uniċi għall-persulphates li jagħżluhom minn prodotti oħra. B’mod partikolari l-investigazzjoni wriet li l-hydrogen peroxide huwa likwidu bla kulur b’formula kimika differenti minn dik tal-persulphates (H2O2). Din ma fihiex sulphur u l-kontenut ta’ l-ossidant attiv huwa madwar 10 darbiet ogħla minn dak tal-prodott konċernat. Il-hydrogen peroxide, aktar minn hekk huwa użat f’applikazzjoni differenti mill-persulphates. Bl-istess mod, is-sodium hypochlorite għandu struttura kimika differenti mill-prodott konċernat (NA+OCl–) u ma fih ebda ossiġnu jew bond ta’ l-ossiġnu jew sulphur. NA+OCl– huwa compost solidu, imma ġeneralment disponibbli kummerċjalment bħala taħlita akwatika. Minħabba li m’għandux kontenut ta’ ossiġni attiv huwa użat fil-chlorine għall-bleaching. Ġie għalhekk konkluż li l-prodotti msemmija qabel kellhom kwalitajiet u applikazzjonijiet differenti u ma kinux kumparabbli mal-persulphates. L-argument li d-definizzjoni tal-prodott kienet vaga wisq ġiet għalhekk rifjutata. |
(15) |
Rigward l-istqarrija li l-KMPS kellu utenti aħħarija differenti mit-tliet tipi l-oħra tal-prodott, l-argumenti mressqa kienu bażikament ripetizzjoni ta’ dawk ta’ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. Il-produttur esportatur qal b’mod partikolari li l-KMPS ikun użat l-aktar fit-tindif u diżinfettar tas-swimming pools filwaq li l-persulphates l-oħra allegatament ma setgħux jintużaw minħabba li jirritaw il-ġilda. Madankollu instab li mhux biss il-KMPS imma anke tipi oħra ta’ persulphates kienu permessi mill-istandard relevanti Ewropew sabiex jintużaw fit-trattatment ta’ l-ilma intenzjonat għall-konsum uman (6). Instab ukoll li indipendentement jekk kinux irritanti tal-ġilda jew le, tipi oħra ta’ persulphates kienu użati għal applikazzjonijiet ta’ tindif u diżinfettar. Dan l-argument għalhekk kellu jiġi rrifjutat. |
(16) |
Il-produttur esportatur t’hawn fuq qal ukoll li l-KMPS ma jistax jiġi użat fil-proċessi ta’ polimerizzazzjoni li huma l-qasam ewlieni ta’ applikazzjoni tat-tipi ta’ persulphates l-oħra. Madankollu, l-investigazzjoni wriet li l-KMPS seta’ jiġi użat fil-proċessi ta’ polimerizzazzjoni u konsegwentement dan l-argument kellu jiġi rifjutat. Finalment, kif imsemmi fil-premessa (17) tar-Regolament proviżorju, minkejja utenti aħħarija parzjalment distinti hemm ukoll numru komuni ta’ applikazzjonijiet bħal trattament għall-metall (micro-etching u pickling) u repulping ta’ strength paper imxarrbin. Ġie għalhekk konkluż li t-tipi kollha tal-prodott kellhom prinċipalment applikazzjonijiet komuni mingħajr linji ċari ta’ diviżjoni. |
(17) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (9), il-produttur esportatur konċernat argumenta li, fil-waqt li kien hemm ċertu oqsma komuni fl-applikazzjonijiet, dan ma kienx jikkonċerna parti sostanzjali mill-bejgħ ta’ l-esportazzjonijiet u għalhekk kellu jkun kunsidrat insinjifikanti. F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li l-konsum preċiż ta’ kull tip ta’ prodott fl-applikazzjonijiet speċifika ma setax jiġi determinat fil-PI, minħabba l-kooperazzjoni baxxa ta’ l-utenti konċernati u n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ tagħrif adatt għal determinazzjoni simili. Il-produttur esportatur konċernat ma ssottomettiex evidenza konklużiva f’dan ir-rigward, imma biss estimi mhux appoġġjati. Aktar minn hekk, żewġ utenti biss ikkooperaw fl-investigazzjoni preżenti li kienu jirrappreżentaw biss parti żgħira tal-konsum totali (7 %). F’kwalunkwe każ, kien ikkunsidrat irrelevanti sa liema punt preċiż tip ta’ prodott speċifiku kien użat f’applikazzjoni speċifika matul perjodu speċifiku ta’ żmien. Fil-fatt, jekk ċertu tip ta’ prodott jistax jiġi użat f’applikazzjoni speċifika jrid jiġi determinat fuq il-bażi tal-karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi. L-utenti jistgħu jużaw ċertu tip ta’ prodott għal ċertu żmien imma għandhom ikunu jistgħu wkoll jaqilbu b’mod faċli minn tip ta’ prodott għall-ieħor u għall-istess applikazzjoni. Dan l-argument għalhekk kellu jiġi rrifjutat. |
(18) |
Fir-rigward tal-livelli differenti tal-prezzijiet tat-tipi differenti tal-prodott, huwa diġà stabbilit fil-premessa (17) tar-Regolament proviżorju li huwa kkunsidrat li d-differenzi fil-prezzijiet bejn it-tipi ta’ prodotti per se ma jiġġustifikawx il-konklużjoni li ċertu tip ta’ prodott għandu jiġi meqjus bħala prodott differenti. Filwaqt li huwa minnu li l-prezzijiet tal-bejgħ tal-KMPS huma ogħla minn dawk ta’ tipi oħra ta’ persulphates, hemm ukoll differenzi fil-prezzijiet bejn it-tliet tipi tal-prodott li jifdal. Għandu jiġi nnutat li dawn id-differenzi jistgħu jidhru fil-pajjiżi kollha li jipproduċu inkluż il-Komunità. Il-livelli differenti tal-prezzijiet huwa prinċipalment spejati bin-numru limitat tal-KMPS madwar id-dinja (fil-Komunità, fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u, sa ċertu punt, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina) u m’humiex neċessarjament riflessi fl-ispiża tal-produzzjoni. Konsegwentement u minħabba li s-sejbiet t’hawn ma jurux linji ċari li jiddistingwu bejn l-applikazzjonijiet differenti tat-tipi tal-prodott, dan l-argument kellu wkoll jiġi rifjutat. |
(19) |
F’dak li għandu x’jaqsam mat-trattament differenti tal-KMPS u t-tliet tipi l-oħra tal-prodott fir-rigward ta’ l-ippakkjar għat-trasport u taħt id-Direttiva tal-Bijoċidi, għandu jiġi nnutat li dawn l-argumenti l-ġodda ġew provduti wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji u għalhekk barra mil-limitu ta’ żmien stabbilit. F’kwalunkwe każ, l-investigazzjoni wriet li l-istandards ta’ l-ippakkjar għat-tipi kollha kienu bażikament l-istess madankollu taħt klassifikazzjonijiet differenti. Ġie kkunsidrat ukoll li l-istandards ta’ l-ippakkjar kien tali li ma kienx hemm kriterji deċiżivi biex jiġi determinat jekk it-tipi differenti tal-prodott kinux prodott uniku wieħed. Kif deskritt hawn fuq, il-kriterji ewlenin biex jiġi definit il-prodott konċernat f’investigazzjoni kontra d-dumping huma l-karattarestiċi kimiċi, tekniċi u fiżiċi u l-utenti aħħarija. |
(20) |
F’dak li għandu x’jaqsam mad-direttiva tal-Bijoċidi, qed jiġi nnutat li t-trattament differenti qiegħed fil-fatt li l-industrija tal-Komunità bdiet il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni meħtieġa taħt din id-direttiva għall-KMPS imma mhux għat-tliet tipi l-oħra tal-prodott. Il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni ma nbdewx għal dawn it-tipi l-oħra minħabba kunsiderazzjonijiet mhux relatati mal-karatteristiċi kimiċi u utenti aħħarija, kif qal il-produttur esportatur konċernat. Għalhekk, filwaqt li għat-tip ta’ prodott tal-KMPS l-ispejjeż tar-reġistrazzjoni kienu maqsuma bejn iż-żewġ produtturi ewlenin għal dan it-tip ta’ prodott (wieħed fil-Komunità u l-ieħor fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika), il-proċeduri ta’ reġistrazzjoni kienu meqjusa għaljin u jieħdu ħafna ħin u jkun ferm aktar effiċjenti fir-rigward ta’ l-ispejjeż u l-ħin li jiġu indirizzati fil-kuntest usa’ tar-Regolament Ewropew dwar il-Kimiċi l-ġdid (REACH) li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2007 (7). It-trattament differenti taħt id-Direttiva tal-Bijoċidi għalhekk ma jistax jiġi kkunsidrat bħala indikazzjoni li t-tipi ta’ prodotti kienu differenti fuq il-bażi tal-kwalitajiet kimiċi tagħhom u/jew l-applikazzjonijiet. Kien għalhekk ikkunsidrat irrelevanti fid-definizzjoni tal-prodott konċernat u l-argument tal-produttur esportatur f’dan ir-rigward ġie rifjutat. |
(21) |
F’dak li għandu x’jaqsam mas-sejbiet fir-rigward tal-prodott konċernat fl-investigazzjonijiet imsemmija hawn fuq fil-premessa (10), għandu jiġi nnutat li l-KMPS ma kien fl-ebda wieħed minn dawn l-investigazzjonijiet esklużi espressivament, i.e. m’hemmx sejbiet li jkunu stabbilew li l-KMPS u t-tliet tipi ta’ prodotti l-oħra kellhom karatteristiċi kimiċi u utenti finali differenti u għalhekk m’għandhomx jiġu kkunsidrati bħala prodott uniku. Il-KMPS ma kienx inkluż fl-ilmenti t’hawn fuq (jew petizzjonijiet kif applikabbli) minħabba li jew ma kienx esportat matul il-PI ta’ dik l-investigazzjoni (Komunità) jew l-industrija domestika li ilmentat (l-Istati Uniti ta’ l-Amerika) ma produċietx il-KMPS f’dak iż-żmien. |
(22) |
Qed jiġi nnutat b’mod partikolari li l-kriterji elenkati fil-premessa (7) tar-Regolament (KE) Nru 2961/95 (li jimponi miżuri definittivi fuq importazzjonijiet tal-peroxodisulphates mill-RPĊ) ma kellux l-għan li jagħżel bejn il-KMPS fuq naħa u –tliet tipi ta’ prodotti l-oħra fuq in-naħa l-oħra imma li jiddefinixxi l-karatterstiċi ewlenin komuni tat-tliet tipi li ffurmaw il-prodott konċernat f’dik l-investigazzjoni. Dawn huma għalhekk imfassla għat-tliet tipi ta’ prodotti konċernati u m’humiex eżawrjenti. Is-sejbiet ewlenin, madankollu, japplikaw ukoll għall-KMPS, i.e. li l-karatteristiċi essenzjali (persulphate anion) u użi finali (inizjatur u aġent ossidanti) huma l-istess, li jistgħu jiġu skambjati sa ċertu punt u li d-differenzi fil-prezzijiet huma kkunsidrati irrelevanti. Fir-rigward ta’ l-aħhar kriterju, l-importanza fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ l-industrija, il-produttur esportatur argumenta li l-KMPS ikkostitwixxa perċentwali ogħla ta’ spejjeż ta’ produzzjoni għall-utenti tiegħu. Rigward dan, ġie stabbilit matul l-investigazzjoni (premessi (112) sa (120) hawn taħt) li għalkemm il-KMPS ikkostitwixxa proporzjon ogħla ta’ l-ispejjeż, l-impatt fuq il-profitabbiltà ta’ l-utenti huwa insinifikanti. F’kawlunkwe każ, kien ikkunsidrat li dan m’għandux iwaqqaf lill-Istituzzjonijiet tal-Komunità mill-jikkunsidraw il-KMPS bħala l-prodott konċernat minħabba s-sejba t’hawn fuq li t-tipi kollha tal-prodott setgħu jiġu skambjati. |
(23) |
Qed jiġi finalment innutat li ebda wieħed mill-partijiet interessati l-oħra, b’mod partikolari ebda wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi tal-KMPS, ma sfida d-definizzjoni tal-prodott fil-proċediment preżenti jew ma oġġezzjonaw għall-inklużjoni fl-iskop tal-prodott ta’ l-investigazzjoni preżenti. |
(24) |
Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, il-konklużjonijiet proviżorji stabbiliti fil-premessa (17) tar-Regolament proviżorju li l-erba’ tipi kollha għandhom jiġu kkunsidrati li jikkostitwixxu prodott wieħed għall-iskop ta’ dan il-proċediment huma hawnhekk ikkonfermati. |
2. Prodott Simili
(25) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-prodott simili, il-premessi (18) u (19) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
D. DUMPING
(26) |
Minħabba li m’hemm l-ebda kumment ieħor fir-rigward tal-metodoloġija ġenerali, il-premessi (20) sa (39) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
1. L-Istati Uniti ta’ l-Amerika
(27) |
Wara l-iżvelar proviżorju, produttur esportatur wieħed argumenra li t-tnaqqis li sar skond l-Artikolu 2(10)(i) kif deskritt fil-premessa (47) tar-Regolament proviżorju wassal għal kalkolar doppju tal-profitt li sar min-negozjant relatat fl-Iżvizzera. Madankollu l-produttur esportatur naqas milli jissostanza l-argument tiegħu u wara verifika wabda kalkolar doppju ma nstab. |
(28) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward id-determinazzjoni tad-dumping fir-rigward ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, il-premessi (40) sa (50) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati. |
2. Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina
(29) |
Żewġ produtturi esportaturi li ġew miċħuda t-trattament ta’ l-ekonomija tas-suq (MET) ma qablux mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni. Madankollu ma ressqu ebda argument ġdid u għalhekk il-konklużjonijiet li saru fir-rigward ta’ l-MET għal dawk iż-żewġ produtturi esportaturi fir-Regolament proviżorju, b’riżultat ta’ dan, ma nbidlux. |
(30) |
Wieħed minn dawk iż-żewġ produtturi esportaturi allega li, jekk id-deċiżjoni li jiġi rijfutat l-argument dwar l-MET tinżamm, għandu jingħata xorta trattament individwali (IT). Madnakollu, il-produttur esportatur ma kienx kapaċi juri li d-deċiżjonijiet tiegħu tan-negozju ġew meħuda bħala ripons għas-sinjali tas-suq, mingħajf interferenza sinifikanti mill-Istat, kif spjegat fil-premessa (56) tar-Regolament proviżorju. Għall-istess raġunijiet ma jistax jiġi eskluż, u l-produttur esportatur ma ġabx provi bil-kuntrarju, li l-interferenza ta’ l-Istat kienet tippermetti l-evażjoni tal-miżuri kieku l-produttur esportatur ġie mogħti rata ta’ dazju individwali. Intlaħqet għalhekk il-kunklużjoni li l-IT għandhu jiġi miċħud lil dak il-produttur esportatur, skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. |
(31) |
Il-premessa (53) tar-Regolament proviżorju ddikjarat li għal wieħed mit-tliet produtturi esportaturi mogħtija l-MET, aktar eżaminazzjoni ta’ l-informazzjoni li waslet tard li ma setgħetx tiġi investigata f’dak l-istadju kienet meħtieġa. L-informazzjoni li kienet waslet dak iż-żmien, kif ukoll aktar informazzjoni li waslet wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament proviżorju, ġiet eżaminata u żjara ta’ verifika fil-post tal-produttur esportatur twettqet sabiex tiġi verifikata l-validità. Dan irriżulta, fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida li nġabet matul l-aħħar passi ta’ l-investigazzjoni, f’bidliet sinifikanti fis-sitwazzjoni fattwali fuq il-bażi ta’ l-evalwazzjoni tal-kriterji 1 u 2. |
(32) |
Fir-rigward ta’ kriterju 1, il-produttur esportatur instab li kien qabel ħeba informazzjoni esseznjali fir-rigward tal-maniġers u sidien kurrenti u r-rwol tagħhom fil-kumpanija qabel il-privatizzazzjoni. Din l-omissjoni voluntarja tħalli dubju fuq l-informazzjoni kollha sottomessa fir-rigward tal-privatizzazzjoni. Aktar minn hekk, il-kumpanija ma setgħetx tispjega b’mod konvinċenti fuq liema bażi ngħatat żewġ ammonti ta’ self b’rata mnaqqsa ta’interessi minn bank ikkontrollat mill-Istat, li juri li kien hemm interferenza mill-Istat. Dan is-self ma kienx speċifikament investigat fil-bidu minħabba li ngħata wara t-tmiem tal-PI. Madankollu, dan b’mod ċar għandu impatt fuq is-sitwazzjoni preżenti tal-kumpanija, u kien kunsidrat xieraq, skond il-ġurisprudenza, li jittieħed kont ta’ dan. Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, li huma bbażati fuq informazzjoni li ma setgħetx tkun magħrufa b’mod raġonevoli mis-servizzi tal-Kummissjoni fiż-żmien tal-bidu ta’ l-investigazzjoni fuq l-MET, l-interferenza fit-tmexxija tal-kumpanija ma tistax tiġi eskluża aktar, u l-kumpanija ma ġabetx provi bil-kuntrarju. |
(33) |
Dwar il-kriterju 2, instab li l-ispejjeż finanzjarzi kienu sottovalutati fil-kontijiet tal-produttur esportatur, bi ksur tar-regoli ġenerali tal-kontabbiltà u aktar speċifikament ta’ l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) Nru 23. Għandu jiġi nnutat li rapport mhux preċiż tas-self li għamlet il-kumpanija fil-formola għall-MET kien fixkel serjament l-eżaminazzjoni tal-bidu ta’ dal-punt, u d-diskrepanza li nstabet għalhekk ma setgħetx tkun magħrufa b’mod raġonevoli mis-servizzi tal-Kummissjoni matul il-passi preċedenti tal-proċediment. |
(34) |
Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq, ġie konkluż li din it-talba tal-produttur esportatur għall-MET għandha tiġi rifjutata. Il-produttur esportatur konċernat ġie infurmat u ġie mogħti opportunità li jikkummenta fuq dawn is-sejbiet. B’riżultat ta’ dan, il-marġini tad-dumping għall-produtturi esportaturi kollha li ma ġewx mogħtija l-MET kellu jerġa’ jiġi kalkulat, billi tiġi segwita l-istess metodoloġija bħal dik deskritta fil-premessi (96) tar-Regolament proviżorju. |
(35) |
Finalment, produttur esportatur wieħed li ngħata l-MET issottometta żewġ talbiet fir-rigward tal-kalkolazzjoni tal-valur normali tiegħu u tal-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni, li nstabu li ma kinux biżżejjed biex jiġġustifikaw aġġustament. Talba oħra mill-istess produttur esportatur rigward l-allokazzjoni ta’ ċertu spejjeż ta’ loġistika li kellu jħallas importatur relatat fuq id-dħul totali tal-kumpanija minflok fuq id-dħul tal-prodott konċernat, fuq ir-raġunijiet li kienu marbuta ma’ ristrutturar ġenerali li seħħ fil-kumpanija matul il-PI, ġew kunsidrati sostanzjati biżżejjed u ġew aċċettati. F’kull eventwalità, il-marġini tad-dumping ta’ dan il-produttur esportatur kellu jiġi kalkolat mill-ġdid wara korrezzjonijiet magħmula mill-importatur relatat fil-Komunità għal lista li turi kull tranżazzjoni provduta b’appoġġ għall-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid tal-presulphates fi ħdan il-Komunità. |
(36) |
Minħabba dan t’hawn fuq, il-marġini tad-dumping, espressi bħala persentaġġ tal-prezz ta’ l-importazzjoni CIF fuq il-fruntiera Komunitarja, bid-dazju mhux imħallas, huma dawn li ġejjin:
|
(37) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward id-determinazzjoni tad-dumping fir-rigward tar-RPĊ, id-dispożizzjonijiet l-oħra tal-premessi (51) sa (97) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati. |
3. It-Tajwan
(38) |
Wara l-iżvelar proviżorju, il-produttur esportatur li kkoopera tenna żewġ talbiet għal aġġustamenti tal-livell tal-kummerċ u kummissjonijiet, kif deskritt diġà fil-premessi (101) u (102) tar-Regolament proviżorju rispettivament. Madankollu, l-ispjegazzjonijiet provduti mill-produttur esportatur, li ma kinux sostanzjalment differenti mill-ispjegazzjonijiet li kienu waslu qabel fil-proċediment, instabu li ma kinux konvinċenti. Il-produttur esportatur naqas b’mod partikolari li jindirizza uħud mill-argumenti li jappoġġaw id-deċiżjoni li tiġi rifjuata t-talba tiegħu kif żvelata fir-Regolament proviżorju u parzjalment ikkontradixxa dikjarazzjonijiet preċedenti li saru waqt iż-żjarat ta’ verifika fil-post tiegħu. |
(39) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra rigward id-determinazzjoni tad-dumping fir-rigward tat-Tajwan, il-premessi (98) sa (105) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
E. DANNU
1. Il-produzzjoni tal-Komunità u l-industrija tal-Komunità
(40) |
Produttur esportatur wieħed fl-Istati Uniti tenna li l-produttur tal-Komunità li jimporta l-prodott konċernat mill-kumpanija relatata tiegħu fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għandu jkun eskluż mid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. Intqal li l-fatt li prodott isir f’pajjiż terz konċernat bl-investigazzjoni kontra d-dumping fih innfisu huwa biżżejjed biex juri li l-produttur konċernat jiġi prodott mill-effetti ta’ l-importazzjoni dumped. Il-produttur esportatur qal ukoll li l-produttur konċernat ġab ruħu differenti minn produttur tal-Komunità mhux relatat li jidher b’mod partikolari mill-investiment tiegħu fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. |
(41) |
Kien ikkunsidrat li l-fatt li produttur tal-Komunità qed jagħmel il-produzzjoni fiċ-Ċina per se mhux raġuni biżżejjed biex dan il-produttur jiġi eskluż mid-definizzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. Fil-fatt, l-ewwel għandu jiġi eżaminat jekk il-produttur tal-Komunità konċernat kienx protett mill-effetti ta’ l-importazzjonijiet dumped. F’dan ir-rigward, kif imsemmi fil-premessa (106) u (151) tar-Regolament proviżorju, instab li l-kwantitajiet importati mill-kumpanija relatata fil-RPĊ kienu żgħar u saru biss biex jinżammu klijenti globali. Dawn l-importazzjonijiet ikkostitwew biss 7 % tal-bejgħ totali ta’ dan il-produttur fis-suq tal-Komunità. Dan indika li l-produttur in kwestjoni kien impenjat għall-produzzjoni fil-komunità u l-importazzjonijiet kienu forma biex jiddefendi ruħu. F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-investiment mill-produttur tal-Komunità fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, il-produttur esportatur li qed jilmenta ma spjegax kif dawn l-investimenti ipproteġew lill-produttur tal-Komunità mill-effetti ta’ l-importazzjonijiet dumped, kif allegat. Għalhekk dawn l-argumenti kellhom jiġu rifjutati. |
(42) |
L-istess produttur esportatur allega li wieħed mill-kriterji ewlenin biex wieħed jasal għall-konklużjoni li l-produttur tal-Komunità in kwistjoni ifforma parti mill-industrija tal-Komunità kien li l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Komunità kienu f’livell ogħla mill-prezzijiet ta’ importazzjonijiet mir-RPĊ. Il-produttur esportatur qal li l-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid kellhom jiġu kumparati mal-prezz medju ta’ l-importazzjoni mill-pajjiżi kollha konċernati, minflok dawk biss mir-RPĊ. |
(43) |
Madankollu l-livell tal-prezzijiet tal-bejgħ mill-ġdid kien biss element wieħed addizzjonali li kien kunsidrat (ara wkoll premessa (106) tar-Regolament proviżorju). Il-prezz tal-bejgħ mill-ġdid indika li l-produttur tal-Komunità ma bigħx taħt il-livell tal-kompetituri Ċiniżi, li kien ikun ta’ dannu għall-industrija tal-Komunità. |
(44) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-produzzjoni u l-industrija tal-Komunità, il-premessa (106) tar-Regolament proviżorju hija b’dan ikkonfermata. |
2. Il-konsum tal-Komunità
(45) |
Produttur esportatur wieħed fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika qal li l-bejgħ ta’ l-esportazzjonijiet tiegħu lill-utent relatat fil-Komunità għandhom jiġu esklużi mid-determinazzjoni tal-konsum totali fil-Komunità fuq il-bażi li dan il-bejgħ ma sarx fis-“suq tan-negozju”. |
(46) |
Il-konsum huwa definit bħala t-total ta’ l-importazzjonijiet kollha fil-Komunità mis-sorsi kollha u l-bejgħ kollu tal-prodott konċernat mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità. Il-fatt li l-importazzonijiet saru mill-kumpaniji relatati fil-Komunità huwa irrelevanti u ma jipprevenix li dan il-bejgħ jittieħed in konsiderazzjoni meta jiġi kkalkulat il-konsum totali tal-Komunità. L-argument tal-produttur esportatur f’dawn ir-rigward ġie għalhekk rifjutat. |
(47) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-konsum tal-Komunità, il-premessi (107), (108) u (109) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3. Il-valutazzjoni kumulattiva ta’ l-effetti ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati
(48) |
Żewġ esportatur fl-Istati Uniti qali li għall-iskop tal-valutazzjoni tad-dannu li sofriet l-industrija tal-Komunità, l-importazzjonijiet tal-persulphates li joriġinaw fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika għandhom jiġu dekumulati. Iż-żewġ produtturi esportaturi issottomettew li l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienu f’livell ogħla u wrew xejriet differenti mill-prezzijiet ta’ importazzjoni mir-RPĊ u mit-Tajwan. Dan juri li l-prodott esportat mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika inbigħ taħt kundizzjonijiet tas-suq differenti. Wieħed mill-produtturi esportaturi argumenta wkoll li l-bejgħ tiegħu li sar ma’ utent relatat fil-Komunità għandu jkun ikkunsidrat separatament minħabba li jsir taħt kundizzjonijiet tas-suq differenti u juri xejriet differenti. Għalhekk, il-produttur esportatur allega li l-volum ta’ importazzjoni mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika lill-klijenti mhux relatati ma żdiedx jew żdied b’mod insinjifikanti. Iż-żewġ produtturi esportaturi talbu li l-prezzijiet għal kull pajjiż konċernat għandhom jiġu ppubblikati. |
(49) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet, u kif imsemmi diġà fil-premessa (112) tar-Regolament proviżorju, instab li l-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mir-RPĊ, it-Tajwan u l-Istati Uniti ta’ l-Amerika urew xejriet simili (ta’ tnaqqis) matul il-perjodu kkunsidrat u kien anqas mill-livell tal-prezzijiet tal-Komunità b’livell sinifikanti. Qed jiġi nnurtat li l-konklużjonijiet proviżorji huma bbażata fuq it-tagħrif verifikat fir-rapport attwali fornut mill-produtturi esportaturi li kkooperaw. Dan it-tagħrif kien ikkunsigrat bħala l-aktar sors affidabbli mill-informazzjoni disponibbli. Il-prezz medju ta’ importazzjoni fornut mill-produtturi esportaturi kellu għalhekk jiġi rifjutat. |
(50) |
Il-prezzijiet medji ta’ importazzjoni li ġejjin ġew determinati għal kull pajjiż konċernat. It-tabella t’hawn taħt turi li l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-pajjiżi kollha konċernata kellha xejra simili ta’ tnaqqis. Tabella 1 Prezzijiet medji ta’ importazzjoni għal kull pajjiż konċernat
|
(51) |
F’dak li għandu x’jaqsam mal-volumi ta’ importazzjoni, s-sejbiet tal-premessa (111) tar-Regolament proviżorju huma konfermati, i.e. il-volum ta’ esportazzjoni mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika kien sinjifikanti fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku, u wera xejra ta’ żieda. L-esportazzjoni mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika kienet ukoll dumped b’mod sinifikanti u wriet prezzijiet taħt il-livell tas-suq b’mod sostanzjali. It-tipi kollha tal-prodott kienu esportati mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika miż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw u nofs l-esportazzjonijiet tal-KMPS saru wkoll lil klijenti mhux relatati. Għalhekk ġie konkluż li l-prodott esportat mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika inbigħ permezz ta’ l-istess kanali ta’ bejgħ u l-istess tip ta’ klijenti fil-Komunità bħall-prodott magħmul u mibjugħ mill-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità u l-prodott importat mill-pajjiżi l-oħra konċernati. |
(52) |
Minkejja dan, anke kieku l-bejgħ tal-KMPS tal-produttur esportatur konċernat li saru lill-utent relatat fil-Komunità kellu jiġi eskluż mill-analiżi dan ma kienx jibdel l-istampa ġenerali. Is-sehem tas-suq mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika xorta jkun ogħla mil-limitu de minimis u xorta jkun qed juri rata ta’ tnaqqis. Bl-istess mod, il-prezzijiet ta’ importazzjonijet xorta juru xejra ta’ tnaqqis. |
(53) |
Fuq il-bażi ta’ dan t’hawn fuq, l-argument taż-żewġ produtturi esportaturi biex jiddekumulaw l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika meta jevalwaw id-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Komunità ma kienx validu u ġie rifjutat. |
(54) |
Importatur wieħed qal li l-importazzjonijiet mill-fornitur tiegħu fit-Tajwan naqsu meta jiġi kkunsidrat perjodu itwal mill-perjodu kkunsidrat f’din l-investigazzjoni. Dan l-importatur, madankollu, ma ssottometta ebda figura biex jappoġġa l-istqarrija tiegħu, jew xi indikazzjoni tal-perjodu ta’ żmien li kien qed jirreferi għalih. Aktar minn hekk, hija prattika stabbilita ta’ l-Istituzzjonijiet tal-Komunità li jikkunsidraw perjodu li jinkludi l-perjodu ta’ l-investigazzjoni flimkien mat-tliet jew l-erba’ snin preċedenti fl-analiżi tax-xejriet, li huwa kkunsidrat perjodu raġonevoli biex jiġu evalwati x-xejriet u għalhekk x’hemm raġuni oġġettiva biex tinbidel din il-prattika. Qed jiġi nnutat ukoll li kif muri fil-premessa (114) tar-Regolament proviżorju (tabella 2), l-importazzjonijiet mit-Tajwan żdiedu bi kważi 20 % matul il-perjodu kkunsidrat li ssarraf f’żdieda żgħira tas-sehem tas-suq (ara l-premessa (115) tar-Regolament provviżorju) matul il-perjodu kkunsidrat. L-importatur ma ressaq ebda raġuni oħra ’l għala t-Tajwan għandu jiġi dekumulat mill-pajjiżi l-oħra konċernati, u l-investigazzjoni ma wriet ebda raġuni lanqas. L-istqarrija ta’ l-importatur f’dan ir-rigward kellha għalhekk tiġi rifjutata. |
(55) |
Minħabba li ma kien hemm ebda kumment ieħor f’dan il-qasam partikolari, is-sejbiet fil-premessi (110) sa (113) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati. |
4. Importazzjonijiet fil-Komunità mill-pajjiżi konċernati, sehem tas-suq u prezzijiet
(56) |
Minħabba s-sejbiet tal-premessi (31) sa (34), il-bejgħ ta’ l-esportazzjoni tal-produttur esportatur Ċiniż li nstabu li huma dumped kellhom jiġu inklużi fl-analiżi tal-volum ta’ importazzjoni, sehem tas-suq u prezzijiet mir-RPĊ u l-figuri fit-tabelli 2 sa 4 (premessi (114) sa (116) tar-Regolament proviżorju kellhom għalhekk jiġu adattati skond dan, kif ġej: Tabella 2 Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati
|
(57) |
Importazzjonijiet mill-pajjiżi konċernati żdiedu b’53 % bejn l-2003 u l-PI. Fil-waqt li dawn l-importazzjonijiet ammontaw għal 9 839 tunnellati fl-2003 huma laħqu livell ta’ 15 065 tunnellata matul il-PI. Iż-żieda fl-importazzjonijiet kienet osservata partikolarment bejn l-2003 u l-2004 minħabba li żiedu bi 38 %. Tabella 3 Sehem mis-suq tal-pajjiżi kkonċernati
|
(58) |
Is-sehem tas-suq li kellhom il-pajjiżi konċernati żdied bejn l-2003 u l-PI minn 25,3 % għal 36,1 % i.e. b’10,8 punti perċentwali. Iż-żieda kienet osservata partikolarment bejn l-2003 u l-2004 minħabba li kienet ta’ 7 punti perċentwali. Tabella 4 Prezzijiet ta’ l-importazzjonijiet ikkonċernati
|
(59) |
Mill-2003 sal-PI, il-prezzijiet ta’ l-importazzjoni mill-pajjiżi konċernati naqsu bi 13 %. Għalhekk, huma naqsu minn EUR 902/tun fl-2003 għal EUR 784/tun fil-PI. |
(60) |
Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti oħra f’dan il-qasam partikolari, is-sejbiet u l-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessi (114) sa (119) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati. |
5. Il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità
(61) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika argumentaw li l-industrija tal-Komunità kellhom marġini ta’ profitti “raġonevoli” matul il-PI, u f’kull każ ma kienx hemm telf, u għalhekk ma jista’ jiġi konkluż li sofriet dannu materjali matul il-PI. Produttur wieħed ta’ l-Istati Uniti qal ukoll li l-marġini għolja ta’ profitt li sar fl-2003 ikun indikazzjoni li l-industrija tal-Komunità ma sofrietx dannu materjali. |
(62) |
Skond l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-impatt ta’ l-importazzjonijiet dumped irid jinkludi valutazzjoni tal-fatturi u l-indiċijiet kollha rilevanti li għandhom rilevanza fuq l-istat ta’ l-industrija Komunitarja. F’dan ir-rigward, ebda wieħed mill-fatturi f’iżolament ma’ jista’ jservi ta’ gwida deċiżiva. L-analiżi tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità għalhekk mhix limitata biss għall-profitt ta’ l-industrija tal-Komuntà, imma trid tinkludi l-fatturi kollha elenakti fl-Artikolu msemmi hawn fuq. Aktar minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (131) tar-Regolament proviżorju, il-profitabbiltà naqset sostanzjalment matul il-perjodu kkunsidrat, i.e. bi 80 % u b’riżultat ta’ dan is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ l-industrija tal-Komunità ddeterjorat b’mod drammatiku. F’dan il-kuntest, ġie kkunsidrat li kien irrelevanti jekk l-industrija tal-Komunità sofriet telf matul il-PI. Qed jiġi nnutat ukoll li l-marġini ta’ profitt li l-industrija tal-Komunità setgħet tistenna li tikseb b’mod raġonevoli fl-assenza ta’ l-importazzjonijiet dumped kien determinat fil-premessa (169) tar-Regolament proviżorju u konfermat aktar ’l isfel fil-premessa (154) għal 12 %, i.e. ogħla b’mod sinjifikanti mill-marġini ta’ profitt li nkiseb matul il-PI. |
(63) |
B’referenza għall-istqarrija li l-marġini ta’ profitt għola mwettqa fl-2003 jkunu indikazzjoni li l-industrija tal-Komunità ma sofrietx dannu materjali, qed jiġi nnutat li anke jekk ma jiġux meqjusa l-marġini ta’ profitt imwettqa dik is-sena, ix-xejra xorta tkun negattiva b’mod sinifikanti. Għallhekk, il-profitti bejn l-2004 u l-PI naqsu bi kważi 60 %. Dan għalhekk ma jibdilx il-konklużjonijiet ġenerali li l-industrija tal-Komunità sofriet dannu materjali matul il-PI. |
(64) |
Produttur esportatur wieħed ta’ l-Istati Uniti allega li l-profittabbiltà ta’ l-industrija tal-Komunità setgħet naqset minħabba tneħħija ta’ EUR 830 miljun ta’ assi tanġibbli marbuta ma’ l-akkwist ta’ Laporte fl-2005. Madankollu għandu jiġi nnutat li x-xejra ta’ tnaqqis tal-profittabbiltà kif stabbilit fir-Regolament proviżorju hija kostanti matul il-perjodu kkunsidrat u mhux marbuta ma’ sena speċifika. B’żieda ma’ dan, l-investigazzjoni wriet li l-ispiża għall-akkwist tal-Laporte sar minn kumpanija li għandha sehem tagħha, mhux minn Degussa Initiators Ltd. Dan il-fattur ma kellux impayy fuq ix-xejriet ta’ profitabbiltà kif muri fir-Regolament proviżorju. |
(65) |
Finalment, produttur esportatur wieħed ta’ l-Istati Uniti qal li l-analiżi tad-dannu kien bażat fuq aspettativi żbaljati ta’ l-industrija tal-Komunità biex tikseb marġini ta’ profitt li huma ’l fuq mill-medja ta’ din l-industrija. Fir-rigward ta’ dan l-argument, għandu l-ewwel jiġi nnutat li, kif jidher b’mod ċar mill-premessi (120) sa (139) tar-Regolament proviżorju, l-analiżi tad-danni kien bażat fuq l-iżviluppi ta’ l-indikaturi kollha tad-dannu matul il-perjodu kkunsidrat u għalhekk fuq is-sitwazzjoni propja ta’ l-industrija tal-Komunità matul dak il-perjodu, li ta’ stampa oġġettiva bażata fuq tagħrif propja verifikat. Fi kliem ieħor, l-aspettattivi tal-Komunità, fihom infushom ma servewx bħala bażi fl-analiżi tad-dannu u dan l-argument ġie għalhekk rifjutat. |
(66) |
Utent wieħed allega li ma kienx hemm tnaqqis fil-prezz tas-suq tal-Komunità imma ma ssottometta ebda evidenza biex jappoġġa din l-osservazzjoni. Minħabba li l-informazzjoni sottomessa mill-produtturi esportaturi konċernati u l-industrija tal-Komunità b’mod ċar uriet ix-xejra ta’ tnaqqis fil-prezzijiet medji tal-bejgħ matul il-perjodu kkunsidrat, din it-talba kellha tiġi rifjutata. |
(67) |
Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward il-qagħda ta’ l-industrija tal-Komunità, il-premessi (120) sa (139) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
F. KAWŻA
1. Effett ta’ l-importazzjonijiet illi huma l-oġġetti ta’ dumping
(68) |
Fin-nuqqas ta’ xi kummenti dwar l-effetti ta’ l-importazzjoni dumped, il-premessi (141) sa (143) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
2. Effetti ta’ fatturi oħra
Importazzjonijiet li joriġinaw f’pajjiżi terzi minbarra r-RPĊ, l-Istati Uniti u t-Tajwan
(69) |
Iż-żewġ produtturi esportaturi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika allegaw li l-importazzjonijiet mill-pajjiżi l-oħra, u b’mod partikolari mit-Turkija, setgħu kkawżaw dannu lill-industrija tal-Komunità partikolarment fil-dawl tal-prezzijiet tagħhom li allegatament huma aktar baxxi mill-prezzijiet ta’ l-US. B’mod partikolari, intqal li dawn l-importazzjonijiet saru fi kwantitajiet sinifikanti u bi prezzijiet dumped li kien ferm aktar baxxi mill-prezzijiet ta’ l-industrija tal-Komunità. Iż-żewġ produtturi esportaturi qali li l-importazzjonijiet mit-Turkija kkawżaw dannu lill-industrija tal-Komunità għall-anqas fl-istess grad ta’ l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, jekk mhux aktar. |
(70) |
L-ewwel net, għandu jiġi nnutat li t-Turkija mhux inkluża fl-ilment minħabba li dawk li ressqu l-ilment ma sabu ebda evidenza ta’ dumping dannuż mit-Turkija. Fiż-żmien tal-bidu ta’ dan il-proċediment, il-Kummissjoni ma kellhiex provi għad-dispożizzjoni tagħha li kkontradixxew id-dikjarazzjoni ta’ dawk li ressqu l-ilment. It-tieni, il-fatt li l-prezzijiet ta’ esportazzjoni Torok jistgħu jidhru aktar baxxi minn ta’ l-Istati Uniti meta wieħed iħares lejn il-prezzijiet medji ta’ l-istatistiċi tal-kummerċ tal-Eurostat jista’ jkun dovut għar-riżultat ta’ taħlitiet differenti tal-prodott esportati miż-żewġ pajjiżi. Fil-fatt, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, l-esportazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti jikkonsistu fil-parti l-kbira tagħhom fil-KMPS filwaqt illi, li fl-istadju tal-bidu u lanqas matul l-investigazzjoni, ma nstabu provi li l-esportazzjonijiet Torok lejn il-Komunità juru taħlita simili tal-prodott. Għalhekk ma setgħet tinkiseb l-ebda konklużjoni mid-differenzi fil-prezzijiet medji tal-Eurostat. Finalment, qed jiġi mfakkar li lanqas ma ġiet provduta ebda evidenza simili mill-produtturi esportaturi konċernati. |
(71) |
Fl-analiżi tas-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità, l-effetti ta’ l-importazzjonijiet dumped mit-tliet pajjiżi esportaturi konċernati ġew evalwati b’mod kumulattiv għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (48) sa (54) hawn fuq. Fuq il-bażi ta’ dan, ġie kkunsidrat mhux adatt li l-analiżi jiġi bbażat fir-rigward tal-kawża f’kull pajjiż konċernat separatament. Madankollu, anke jekk jiġu kkunsidrati l-importazzjonijiet ta’ l-Istati Uniti separatament, ix-xejriet ta’ importazzjoni mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u mit-Turkija huma differenti. Filwaqt li l-volumi ta’ importazzjoni mit-Turkija naqsu sew matul il-perjodu kkunsidrat (i.e. bi 42 %), il-volum ta’ importazzjoni u sehem mis-suq mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika żdied. Rigward il-prezzijiet ma nstabux provi ta’ dumping mit-Turkija mill-produttur esportatur. Għalhekk, rigward it-tnaqqis tal-prezzijiet, fuq il-bażi tal-provi disponibbli, it-taħlita tal-prodott esportata mit-Turkija kienet differenti minn dik ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, partikolarment minħabba li fit-Turkija ma kienx hemm produzzjoni ta’ KMPS. Meta jiġu kumparati prezzijiet medji mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika esklużi esportazzjonijiet tal-KMPS i l-prezzijiet medji ta’ esportazzjoni mit-Turkija, instab li l-prezzijiet Torok kienu ogħla mill-prezzijiet ta’ l-US. |
(72) |
Fuq il-bażi ta’ dawn ta’ hawn fuq, il-konklużjonijiet stabbiliti fir-recitals (144) sa (148) tar-Regolament proviżorju kienu konfermati. |
L-importazzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità
(73) |
Intqal diversi drabi minn għadd ta’ partijiet interessati li l-importazzjonijiet ta’ produttur wieħed tal-Komunità tal-prodott konċernat mill-kumpanija relatata fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kienu dumped u naqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità u kkawżaw dipressjoni fil-prezz fis-suq tal-Komunità. Kull dan jkun għalhekk konsegwenza ta’ dawn l-importazzjonijiet. |
(74) |
L-importazzjonijiet ta’ l-industrija tal-Komunità mill-kumpanija relatata tagħha fir-RPĊ biss jirrappreżentaw parti żgħira mill-konsum tal-Komunità (anqas minn 4 %) u anqas minn 8 % tal-bejgħ tal-produttur tal-Komunità in kwestjoni u saru biss biex jinżammu l-klijenti globali li nkella kienu jixtru l-prodott konċernat mingħand fornituri Ċiniżi bi prezzijiet dumped. Ebda wieħed minn dawn il-partijiet interessati ma ssottometta evidenza jew spjega kif dawn il-kwantitajiet relattivament żgħar (b’paragun ma’ l-importazzjonijiet dumped li saru mal-klijenti mhux relatati fil-Komunità) setgħu kienu fattur ewlieni għat-tnaqqis il-prezz fis-suq tal-Komunità u din it-talba kellha għalhekk tiġi rifjutata. |
L-investiment ta’ l-industrija tal-Komunità fir-RPĊ
(75) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi ta’ l-Istati Uniti qal li x-xejra ta’ tnaqqis ta’ l-attivitajiet ta’ investiment ta’ l-industrija tal-Komunità murija fit-tabella 8 tar-Regolament proviżorju kienet dovuta għal żieda fl-attività ta’ investiment ta’ wieħed mill-produtturi tal-Komunità fil-kumpanija relatata tiegħu fir-RPĊ u għalhekk mhux dovuta għall-importazzjonijiet dumped. |
(76) |
Qed jiġi nnutat li l-kapaċità żejda ta’ l-industrija tal-Komunità kienet għolja, i.e. kważi laħqet it-30 % matul il-PI. F’dawn iċ-ċirkostanzi u meta wieħed jikkunsidra li l-importazzjonijiet dumped żdiedu sew matul il-perjodu kkunsidrat u ħadu parti mis-sehem tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità, kien ikkunsidrat li ma kienx ikun raġonevoli li jsir investiment f’żieda ta’ kapaċità tal-produzzjoni fis-suq tal-Komunità. Madankollu, kif imsemmi fil-premessa (129) tar-Regolament proviżorji, saru investimenti biex jinżammu il-kapaċitajiet eżistenti ta’ produzzjoni. F’dawn iċ-ċirkostanzi, din kienet ikkunsidrat bħala deċiżjoni raġonevoli tan-negozju fl-isfond ta’ l-importazzjonijiet dumped. Ġie għalhekk konkluż li t-tnaqqis fl-investimenti fis-suq tal-Komunità ma kienx marbut ma’ l-attivitajiet ta’ investiment ta’ dan il-produttur fis-suq Ċiniż u għalhekk ma indikax li d-dannu sofrut sar minnu stess. Dan l-argument għalhekk kellu jiġi rrifjutat. |
Attivitajiet oħra ta’ l-industrija tal-Komunità fir-RPĊ
(77) |
Importatur mhux relatat qal li l-produzzjoni, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-utilizzazzjoni naqsu minħabba r-relazzjoni ta’ wieħed mill-produtturi tal-Komunità ma’ wieħed mill-produtturi esportaturi fir-RPĊ. Dan l-importatur qal li l-produttur Ċiniż relatat se jservi s-suq Ażjatiku tan-Nofsinhar bil-persulphate bi prezz baxx magħmul mill-kumpanija relatata fir-RPĊ u b’konsegwenza ta’ dan il-produttur tal-Komunità naqqas sew l-esportazzjonijiet tiegħu f’dan il-qasam, li hija l-kawża tat-tnaqqis tal-volum ta’ produzzjoni fil-Komunità. |
(78) |
Għandu jiġi nnutat li x-xejriet fir-rigward tal-volum ta’ produzzjoni, kapaċità u utilizzazzjoni tal-kapaċità kif muri fil-premessa (12) tar-Regolament proviżorju (tabella 5) huma relatati mal-volum ta’ produzzjoni għall-prodotti mibjugħa fil-Komunità. L-allegat tnaqqis fl-esportazzjonijiet ta’ produttur wieħed tal-Komunità għalhekk ma kellux impatt u l-argument ta’ l-importatur kellu jiġi rifjutat. |
Effiċċjenza ta’ l-industrija tal-Komunità
(79) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi ta’ l-Istati Uniti qal li ż-żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni bħala kawża possibbli tad-dannu sofrut mill-industrija tal-Komunità ma kinitx indirizzata fir-Regolament proviżorju. |
(80) |
Dan kellu jiġi rrifjutat. Ir-raġuni għaż-żieda fl-industrija tal-Komunità ta’ l-ispejjeż ta’ l-unità huwa ssottolineat fil-premessa (125) tar-Regolament proviżorju. Għalhekk, hija r-riżultat ta’ tnaqqis fil-volum ta’ produzzjoni minħabba importazzjonijiet dumped fuq kapaċitajiet stabbli. B’riżultat ta’ dan, l-ispejjeż ġew allokati għal volumi ta’ produzzjoni aktar baxxi. Minħabba li m’hemmx rabta diretta ma’ l-importazzjonijiet dumped, l-argument tal-produttur esportatur kellu jiġi rifjutat. |
Livelli ta’ profittabbiltà ta’ l-industrija tal-Komunità fl-2003
(81) |
L-istess produttur esportatur ta’ l-Istati Uniti qal ukoll li r-raġunijiet għal-livelli għolja fil-profittabbiltà fl-2003 kellhom jiġu analizzati aktar u meħuda in konsiderazzjoni fl-analiżi tal-kawża. |
(82) |
Dan il-produttur esportatur naqas ukoll milli jipprovdi xi spjegazzjoni jew evidenza li turi kif il-livelli ta’ profitt fl-2003 setgħu kisru ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet dumped u d-dannu sofrut mill-industrija tal-Komunità. Il-kwistjoni jekk il-marġini ta’ profitt miksub fl-2003 jindikax li l-industrija tal-Komunità ma sofrietx dannu materjali matul il-Pi hija indirizzata hawn fuq fil-premessa (63). |
Spiża ta’ l-għaqda ta’ wieħed mill-produtturi tal-Komunità
(83) |
Il-produttur esportatur l-ieħor tal-Komunità qal li ż-żieda fl-ispejjeż matul il-PI hija dovuta għall-akkwist ta’ kumpanija minn wieħed mill-produtturi tal-Komunità u konsegwentement it-tneħhija ta’ assi tanġibbli mill-kontijiet tagħhom. |
(84) |
Madankollu ix-xejra ta’ tnaqqis fil-profittabbiltà kif stabbilita fit-tabella 9 tal-premessa (130) tar-Regolament proviżorju hija kostanti u mhix marbuta ma’ sena speċifika matul il-perjodu kkunsidrat. B’żieda ma’ dan, l-investigazzjoni wriet li l-ispiża ta’ l-akkwist ma saritx mill-produttur tal-Komunità imma mill-kumpanija azzjonista. Din il-pretensjoni għalhekk kellha tkun rifjutata. |
Aġir mhux kompetittiv mill-industrija tal-Komunità
(85) |
Utent wieħed qal li l-produtturi Ċiniżi relatati ma’ l-indistrija tal-Komunità offrew il-prodott konċernat fis-suq tal-Komunità f’livelli li kienu ġeneralment ogħla mill-prezzijiet tas-suq, filwaqt li l-istess produtturi setgħu joffri l-prodott bi prezzijiet ferm aktar baxxi f’suq ieħor, u anke taħt il-livelli tal-prezzijiet tal-kompetituri tagħhom fi swieq terzi. Dan l-utent qal li l-produtturi konċernati imisshom kienu jafu li offerti ta’ prezzijiet simili huma inaċċettabbli għal klijent potenzjali u allega li l-industrija tal-Komunità permezz tar-rabtiet ma’ dawn il-produtturi apposta ma bigħetx il-prodott lil ċertu klijenti fil-Komunità. Għalhekk, it-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq fuq is-suq tal-Komunità kien dovut għal dan l-aġir mhux kompetittiv minflok għall-importazzjonijiet dumped. |
(86) |
Instab li wieħed biss mill-produtturi msemmija kien qed jesporta l-prodott konċernat lill-Komunità matul il-PI. L-argumenti fir-rigward tal-produttur l-ieħor ġew għalhekk kunsidrati irrelevanti u rifjutati. |
(87) |
Fir-rigward tal-produttur fir-RPĊ, huwa esporta l-prodott konċernat matul il-PI (ara l-premessa (74) hawn fuq). Madankollu nstab li d-deċiżjonijiet tan-negozju ttieħdu kompletament b’mod indipendenti mill-produttur tal-Komunuità kkonċernat u b’mod partikolari, l-istrateġija tal-prezz fis-suq tal-Komunità ma ġietx maqbula. L-utent konċernat ma ssottometta ebda evidenza biex jappoġġa l-istqarrija tiegħu li l-industrija tal-Komunità għandha tinżamm responsabbli għad-deċiżjonijiet tan-negozju tal-produttur esportatur relatat tagħha fir-RPĊ. Għalhekk, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli, din it-talba ġiet rifjutata. |
(88) |
Għandu jiġi nnutat ukoll li l-evidenza sottomessa fir-rigward tal-prezzijiet minn dan l-utent ma setgħetx tiġi verifikata, minħabba li ġiet sottomessa wara l-limitu ta’ żmien preskritt u fi stadju tard tal-proċediment. F’kwalunkwe każ, l-offerti tal-prezzijiet murija kienu offerti qabel in-negozjar u ma kinux finali. Lanqas ma kienu relatati mal-PI. Aktar minn hekk, il-prezz tal-bejgħ li ġie verifikat ta’ l-industrija tal-Komunità kien aktar baxx mil-livelli ta’ l-offerti murija. Qed jiġi nnutat ukoll li fil-premessi (117) sa (119) tar-Regolament proviżorju, il-livelli medji ta’ tnaqqis instabu li kienu sinifikanti. L-importazzjonijiet dumped ikkawżaw tnaqqis fil-prezzijiet fuq is-suq tal-Komunità u f’dawn iċ-ċirkostanzi il-“prezz tas-suq” huwa mibni f’kundizzjonijiet mhux ġusti u x’għandux neċessarjament jiġi użata bħala riferiment. F’kwalunkwe każ, dan huwa irrelevanti minħabba li d-dumping huwa definit fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament bażiku, li ma jirreferix għal “prezz tas-suq” jew “raġonevoli”. |
(89) |
Rigward il-livelli tal-prezzijiet ta’ dan il-produttur esportatur lil swieq terzi oħra l-evidenza sottomessa f’dan ir-rigward kienet aneddotali u ma setgħetx tiġi verifikata. B’żieda ma’ dan, dawn il-prezzijiet ma kinux relatati mas-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità u għalhekk irrelevanti għall-analiżi tal-kawżalità. F’kwalunkwe każ, ebda evidenza jew informazzjoni ma kienet disponibbli rigward il-kundizzjonijiet differenti tas-suq f’dawn is-swieq. Ġie kkunsidrat li fuq il-bażi ta’ l-evidenza sottomessa, wieħed ma seta’ jasal għall-ebda konklużjoni dwar il-kumparabbiltà tal-prezzijiet imħallsa fis-swieq differenti. Bl-istess mod, il-kundizzjonijiet tal-produzzjoni u l-issettjar tal-prezzijiet fir-RPĊ, fejn il-kumpanija kienet il-kumpanija relatata ta’ produttur wieħed tal-Komunità, ma tistax tiġi kumparata ma’ dik fis-suq tal-Komunità, li, madankollu, jista’ jiġġustifika d-differenza fil-livelli tal-prezzijiet. Din l-argument kellu għalhekk jiġi rifjutat. |
(90) |
B’kuntrast, wieħed mill-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika qal li l-industrija tal-Komunità kienet responsabbli għat-tnaqqis fil-prezzijiet fis-suq tal-Komunità minħabba li segwiet politika ta’ tnaqqis fil-prezzijiet fir-rigward tal-kompetituri tagħha fis-suq tal-Komunità. Il-produttur esportatur appoġġa dan l-argument billi ssottometta għadd ta’ eżempji fejn kellu jbaxxi l-prezz tiegħu sabiex ilaħħaq mal-livell ta’ l-industrija tal-Komunità. |
(91) |
L-evidenza sottomessa kienet kunsidrata anedottali u wieħed ma seta’ jasal għall-ebda konklużjoni ġenerali. Kif juru l-premessi (85) sa (89) hawn fuq, eżempji oħra tas-sitwazzjoni opposta ġew provduti. Filwaqt li jidher li hemm grad għoli ta’ kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità, fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli wieħed ma setax jikkonkludi li l-industrija tal-Komunità kienet qed tbaxxi l-prezzijiet fis-suq tal-Komunità u dan l-argument kellu jiġi rifjutat. |
Is-sitwazzjoni fis-suq dinji
(92) |
Importatur wieħed qal li t-telf tal-bejgħ fl-industrija tal-Komunità huwa dovut għas-sitwazzjoni fus-suq dinji fejn il-klijenti internazzjonali ċċentralizzaw l-istrateġiji tax-xiri. Dan l-importatur madankollu, ma weriex kif din il-bidla fl-istrateġiji seta kellha impatt fuq il-konsum ta’ l-industrija tal-Komunità u r-rabta każwali bejn l-importazzjonijiet dumped u d-dannu sofrut u dan l-argument kellu jiġi rifjutat. |
Żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni fl-industrija tal-Komunità
(93) |
Produttur esportatur Ċiniż qal li suppost kellu jiġi kkunsidrat jekk iż-żieda fl-ispiża ta’ l-industrija tal-Komunità setgħet ikkawżat id-dannu materjali li sofriet l-industrija tal-Komunità. |
(94) |
L-iżvilupp ta’ l-ispejjeż ta’ l-unità matul il-perjodu kkunsidrat m’humiex elenkati fl-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku u għalhekk m’humiex sistematikament imsemmija meta tiġi evalwata s-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. Madankollu bħala parti mill-analiżi tad-dannu materjali, il-prezzijiet tal-bejgħ u l-profittabbiltà ġew analizzati sistematika li jimplika li anke l-ispejjeż tal-produzzjoni ġew kunsidrati. F’kwalunkwe każ, kif stabbilit fil-premessa (125) tar-Regolament proviżorju, l-ispejjeż ta’ l-unità ġew kunsidrati fit-determinazzjoni proviżorja. |
(95) |
Għalhekk, il-premessa (125) tar-Regolament proviżorju tispjega li l-ispejjeż ta’ l-unità ta’ l-industrija tal-Komunità naqsu b’5 % minħabba tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni b’kapaċitajiet stabbli. Il-volum tal-produzzjoni naqas minħabba telf tal-volum tal-bejgħ u sehem mis-suq bħala konsegwenza tal-pressjoni tal-prezzijiet minn importazzjonijiet dumped. Ġie għalhekk konkluż li l-impatt fuq ż-żieda fl-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità fuq l-iżviluppi negattivi ta’ l-industrija tal-Komunità kienu, jekk jeżistu, limitati. |
Konklużjoni dwar il-kawżalità
(96) |
Bħala konklużjoni, qed jiġi kkonfermat li d-dannu materali ta’ l-industrija tal-Komunità li huma msemmi fil-premessa (137) tar-Regolament proviżorji kkaratterizzat b’xejra ta’ tnaqqis ta’ l-indikaturi kollha tad-dannu, kien kawżat fl-importazzjonijiet dumped konċernati. Fil-fatt, l-effett ta’ importazzjonijiet mhux dumped minn pajjiżi oħra terzi partikolarment, mit-Turkija, l-investimenti ta’ l-industrija tal-Komunità kif ukoll attivitajiet oħra fir-RPĊ, l-ispiża ta’ l-akkwist ta’ kumpanija terza, iż-żieda fl-ispejjeż ta’ l-unità, l-allegat nuqqas ta’ effiċjenza u mġiba mhux kompetittiva ta’ l-industrija tal-Komunità u s-sitwazzjoni tas-suq dinji, fuq l-iżviluppi negattivi ta’ l-industrija tal-Komunità kienu, jekk jeżistu, limitati. |
(97) |
Meta jitqies l-analiżi t’hawn fuq, li ddistingwa kif suppost u ssepara l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa dwar is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità mill-effetti ta’ ħsara ta’ l-importi li jifqgħu s-suq, huwa hawnhekk konfermat li dawn il-fatturi l-oħra ma jaqilbux il-fatt li l-ħsara stmata trid tiġi attribbwita lill-importi li jifqgħu s-suq. |
(98) |
Minħabba dan t’hawn fuq, qed jiġi konkluż li l-importazzjonijiet dumped tal-persulphates mir-RPĊ, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika u t-Tajwan ikkawżaw dannu materjali fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku. |
(99) |
Minħabba li m’hemm l-ebda kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-premessi (140) sa (153) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
G. L-INTERESS TAL-KOMUNITÀ
1. L-interess ta’ l-indsutrija tal-Komunità
(100) |
Wieħed mill-utenti li ma meliex il-kwestjonarju imma sottometta kummenti wara l-iżvelar proviżorjum qal li l-industrija tal-Komunità qed tirkupra minn importazzjonijiet dumped u li l-prezzijiet tal-persulphates fil-Komunità żdiedu wara l-PI u qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. Għalhekkm ma jkunx hemm bżonn ta’ miżuri anti-dumping biex titjieb is-sitwazzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità. |
(101) |
Dan l-utent ikkontesta wkoll il-konklużjonijiet fil-premessa (158) tar-Regolament proviżorju li l-impożizzjoni tad-dazji anti-dumping tippremetti lill-Industrija tal-Komunità biex, inter alia, terġa’ tikseb sehem tas-sq y b’hekk tiġġenera ekonomiji ta’ -iskala aħjar. Intqal li fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-ishma tas-suq ta’ l-industrija tal-Komunità, hija waħda mill-akbar atturi kemm barra kif ukoll ġewwa l-Komunità u għalhekk ma jkunx hemm aktar skop għal ekonomiji sostanzjali ta’ l-iskala. L-istess utent iddubita l-intenzjoni ta’ l-industrija tal-Komunità li tinvesti fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni fil-Komunità u argumenta li l-konklużjonijiet fil-premessa (158) tar-Regolament proviżorju f’dan ir-rigward huma spekulattivi. |
(102) |
L-istess utent qal li d-dazji anti-dumping ma jkollhomx ir-riżultat li jerġgħu jġibu kompetizzjoni ġusta kif konkluż fil-premessa (158) tar-Regolament proviżorju. Minflok, il-miżuri kontra d-dumping jinfurzaw il-pożizzjoni dominanti ta’ l-industrija tal-Komunità u għalhekk inaqqsu l-kompetizzjoni fis-suq tal-Komunità. |
(103) |
Dwar l-argument li l-industrija tal-Komunità diġà qed tirkupra għandu jiġi nnutat li l-informazzjoni sottomessa mill-utent f’dan ir-rigward kienet aneddotali u relatata ma’ avvenimenti wara l-PI. Din ma setgħetx tiġi verifikata minħabba li ġiet sottomessa fi stadju tard ħafna ta’ l-investigazzjoni, i.e. wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. L-evidenza sottomessa kienet għalhekk meqjusa mhix biżżejjed. Qed jiġi nnutat li l-movimenti fis-suq u b’mod partikolari ż-żidiet fil-prezz matil l-invetsigazzjoni kontra d-dumping m’humiex rari. Fil-fatt, kif imsemmi fil-premessa (126), iż-żidiet fil-prezzijiet fis-suq tal_komunità huma effett mistenni tad-dazju kontra d-dumping. Aktar minn hekk, l-allegata żieda fil-prezz seta’ kellha wkoll raġunijiet oħra bħal żieda fl-ispiża. Per se din mhix ikkunsidrata bħala raġuni biex wieħed jirtira l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi, jekk il-kundizzjonijiet tar-Regolament bażiku jiġu sodisfatti. Dan l-argument għalhekk kellu jiġi rrifjutat. |
(104) |
Rigward il-kapaċità ta’ l-industrija tal-Komunità li twettaq ekonomiji ta’ l-iskala, l-istess, l-evidenza sottomessa kienet kunsidrata mhux biżżejjed. Qed jiġi mfakkar li kien ġie stabbilit, fuq il-bażi tat-tagħrif verifikat sottomess mill-industrija tal-Komunità fit-tweġiba tagħhom għall-kwestjonarju, li l-volum ta’ produzzjoni naqas b’kapaċità ta’ produzzjoni stabbli u li, b’konsegwenza ta’ dan, l-ispejjeż ta’ l-unità żdiedu. Fid-dawl ta’ dan, billi jiżdied il-volum ta’ produzzjoni hemm lok għal ekonomiji ta’ l-iskala, għall-anqas biex jintlaħaq il-livell ta’ l-ispiża ta’ l-unità qabel l-importazzjonijiet dumped. Is-sehem tas-suq ta’ industrija tal-Komunità barra jew ġewwa l-Komunità kien ikkunsidrat irrelevanti f’dan il-kuntest. |
(105) |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-allegazzjonijiet li l-industrija tal-Komunità ma kinitx tinvesti fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni fil-Komunità, anke jekk titjieb is-sitwazzjoni finanzjarja, l-utent argumenta li wieħed jista’ jasal għal din il-konklużjoni fuq il-bażi ta’ l-imġiba ta’ l-industrija tal-Komunità wara l-impożizzjoni tad-dazji definittivi anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-peroxodisulphates li joriġinaw fir-RPĊ fl-1995 mir-Regolament imsemmi qabel (KE) Nru 2961/95 (ara premessa (10) hawn fuq). Għalhekk, dan l-utent allega, li l-industrija tal-Komunità ma investietx fil-faċilitajiet ta’ produzzjoni tagħha lanqas meta l-miżuri anti-dumping kienu fis-seħħ, inkella, l-industrija tal-Komunità ma kienet issofri ebda dannu matul il-PI. |
(106) |
Rigward dan, qed jiġi nnutat li l-utent konċernat ma ssottometta ebda evidenza biex jappoġġa dawn l-allegazzjonijiet. B’mod partikolari, huwa ma seta jipprovdi ebda informazzjoni li tindika nuqqas ta’ investimenti wara impożizzjoni ta’ dazji definittivi kontra d-dumping fl-1995 jew li kien hemm rabta bejn dan l-allegat nuqqas ta’ investiment u d-dannu sofrut matul il-PI ta’ l-investigazzjoni kurrenti. Min-naħa l-oħra, kif issottolineat fir-Regolament proviżorju fil-premessa (140) sa (153) u kif konfermat hawn fuq fil-premessi (68) sa (99), id-dannu materjali sofrut mill-industrija tal-Komunità kien fil-fatt kawżat minn importazzjonijiet dumped mill-pajjiżi konċernati. B’mod partikolari minħabba l-konklużjonijiet t’hawn fuq fil-premessi (75) u (76), ma kienx mhux raġonevoli li wieħed jassumi li l-industrija tal-Komunità hija impenjata fis-suq tal-Komunità u li se tkompli l-attivitajiet ta’ investiment tagħha jekk is-sitwazzjoni tippermettilha dan. Ebda wieħed minn dawn l-argumenti ma seta’ jnaqqas mill-validità ta’ dawn il-konklużjonijiet u għalhekk dawn l-argumenti kellhom jiġu rifjutati. |
(107) |
Finalment, rigward is-sitwazzjoni kompetittiva fis-suq tal-Komunità, il-miżuri kontra d-dumping f’sitwazzjoni normali għandhom jerġgħu jġibu livell ġust bejn l-iskali ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità u l-importazzjonijiet minn pajjiżi konċernati minħabba li l-miżuri għandhom jikkompensaw għad-dumping. Rigward l-allegata pożizzjoni dominanti ta’ l-industrija tal-Komunità u kif imsemmi hawn taħt fil-premessi (124) sa (130), ma kienx hemm indikazzjonijiet ta’ ksur ta’ l-Artikolu 82 tat-Trattat tal-KE u ġie konkluż li l-kompetizzjoni fil-Komunità kienet ġusta. Għalhekk dan l-argument ma kienx aċċettat. |
(108) |
Minħabba li ma kien hemm ebda kummenti f’dan il-qasam partikolari, is-sejbiet fil-premessi (157) sa (160) tar-Regolament proviżorju huma hawnhekk ikkonfermati. |
2. L-interess ta’ l-importaturi mhux relatati
(109) |
Wara l-iżvelar proviżorju, importatur li kkoopera qal li b’kuntrast ma’ dak li ġie konkluż fil-premessa (163) tar-Regolament proviżorju, id-dazji kontra d-dumping ikollhom impatt sinifikanti fuq il-profitabbiltà ġenerali, li tista’ twassal għall-għeluq tal-kumpanija. |
(110) |
Madankollu, dan l-importatur ma ssottometta ebda evidenza li setgħet treġġa’ lura l-konklużjonijiet proviżorji, li huma għalhekk konfermati. |
(111) |
Minħabba li m’hemm l-ebda kummenti oħra f’dan ir-rigward, il-premessi (161) sa (164) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
3. L-interess ta’ l-utenti
(112) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa (6), wara l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji l-Kummissjoni stiednet lill-utent relatat ta’ wieħed mill-produtturi esportaturi fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika biex jimla l-kwestjonarju. Minkejja l-fatt li dan l-utent s’issa ma kooperax fl-investigazzjoni, dan kien ikkunsidrat adatt minħabba l-allegat impatt sostanzjali tad-dazju kontra d-dumping fuq il-profittabbiltà ta’ dan l-utent. B’mod partikolari, intqal li l-impatt fuq il-profitabbiltà tad-dazju anti-dumping tkun sinifikanti. |
(113) |
L-utent in kwestjoni xtara l-KMPS mill-fornitur relatat tiegħu fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika u produċa diżinfettanti użati mill-bdiewa biex jipproteġu l-irziezet tagħhom mill-vajrusijiet, eż. għal każijiet ta’ influwenza avjarja. |
(114) |
Il-verifika ta’ l-informazzjoni sottomessa mill-utent t’hawn fuq żvelat li l-kumpanija kisbet marġini ta’ profitti għoljin fis-suq tal-Komunità. Għalkemm intqal li l-KMPS ikkostitwixxa parti sostanzjali ta’ l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-utenti, l-impatt massimmu fuq il-profitabbiltà tal-kumpanija kien insinjifikanti, i.e. 0,2 %. Minħabba l-marġini għoli ta’ profitt miksub mill-kumpanija, ġie konkluż li ż-żieda minima setgħet tiġi assorbita faċilment. Minħabba n-nuqqas ta’ kompetizzjoni sinifikanti fis-suq tal-Komunità għal dan il-prodott, qed jiġi kkunsidrat li ż-żieda fl-ispejjeż tista’ faċilment tingħatta lill-klijenti ta’ din il-kumpanija. |
(115) |
Dan l-utent qal ukoll li għalkemm kiseb marġini ta’ profitt għoljin fis-suq tal-Komunità, huwa jbigħ il-prodott ukoll permezz ta’ swieq oħra ta’ pajjiżi terzi. Għal għanijiet ta’ kontabbiltà il-profitabbiltà għal dawn l-operazzjonijiet huma kkonsolidati billi jiġu eliminati l-prezzijiet ta’ trasferiment u l-marġini ta’ profitt ġenerali huma negattivi. Madankollu, fl-analiżi kurrenti huwa biss tagħrif f’relazzjoni mal-prodott konċernat u mas-suq tal-Komunità li jista’ jiġi kunsidrat. L-informazzjoni fuq il-prezzijiet tal-bejgħ u l-ispejjeż għal swieq ta’ pajjiżi terzi u dettalji tal-konsolidament għal għanijiet ta’ kontabbiltà ma kinux disponibbli u ma setgħu jiġu verifikati. Dan l-argument għalhekk kellu jiġi rrifjutat. |
(116) |
L-utent l-ieħor li kkoopera fil-Komunità qal li huwa wieħed mill-akbar utenti tal-persulpahte tat-tip APS fil-Komunità u qal li jirrapreżenta madwar 3,5 % tal-konsum totali tal-Komunità. Dan l-utent qal li kull żieda fl-ispejjeż, anke żgħira, jkollha impatt sinifikanti fuq il-qagħda finanzjarja ġenerali. Għalkemm l-utent għamel estimi li l-impatt tad-dazju kontra d-dumping ikun ta’ 0,2 %, huwa qal li minħabba li juża kwantitajiet kbar tal-prodott konċernat, ikun aktar adatt li jiġi kkunsidrat l-ammont totali ta’ dazji mħallsa fl-analiżi ta’ l-interess tal-Komunità. |
(117) |
Dan l-utent jipproduċi binders tal-latex, li jbigħ mill-ġdid lill-industrija tal-kisi tal-karti. Dawn jipproduċu wkoll prodotti għat-trattament ta’ l-ilma. Huma qalu li ma jistgħux jgħaddu ż-żieda fl-ispejjeż lill-klijenti tagħhom minħabba li jridu jikkompetu ma’ importazzjonijiet bi prezz baxx mill-Asja. Aktar minn hekk, huma qalu li l-industrija tal-karta qed taffaċċja diffikultajiet kbar u qed tiċkien, l-aktar minħabba, il-medja elettronika. Għalhekk, id-domanda għall-binders tal-latex qed tonqos ukoll. L-utent qal li l-marġini fil-profitt kien diġà baxx ħafna u kważi kemm jifdu. |
(118) |
L-utent konċernat ma ssottometta ebda tweġiba għall-kwestjonarju imma provda xi informazzjoni fuq il-bejgħ u l-profittabbiltà. Fuq il-bażi ta’ din l-informazzjoni, instab li l-impatt massimu tal-profittabbiltà ta’ dan l-utent permezz tal-prodott konċernet tammonta biss għal 0,03 %. Ġie kkunsidrat li dan l-impatt minimu ma jkun ikkunsidrat sinifikanti u ma jkollu ebda rilokazzjoni jew telf ta’ impjiegi sinifikanti f’din l-industrija kif allegat. |
(119) |
Ebda parti mill-informazzjoni provduta minn dan l-utent fir-rigward ta’ l-aspetti ta’ l-interss tal-Komunità ma setgħet tiġi kkonfermata matul l-investigazzjoni. F’kull eventwalità, ġie kkunsidrat li bħala riżultat tad-dazji anti-dumping il-livelli tal-prezzijiet fil-Komunità fuq bażi ġenerali jiżdiedu. Madankollu, ma kien hemm ebda indikazzjoni u l-utent konċernat lanqas ma ssottometta xi evidenza li turi li l-importazzjonijiet tal-prodott minn pajjiżi terzi inaqqsu l-prezzijiet ta’ l-utenti fil-Komunità. Dan l-argument għalhekk kellu jiġi rrifjutat. |
(120) |
Aktar minn hekk, kif ammetta l-utent konċernat, l-industrija tal-karta affaċċat problemi mhux relatati mad-dazji kontra d-dumping u għalhekk mhux ċert jekk id-dazji kontra d-dumping ikollhomx impatt, minħabba l-parti negliġibbli li tirrappreżenta fl-ispiża ta’ l-utent jew fatturi oħra, bħas-suq li qed jiċkien għall-karta. Għalhekk ġie kkunsidrat li l-impożizzjoni tad-dazi kontra d-dumping ma jkollhiex effetti negattivi sinifikanti fuq l-industrija. |
(121) |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-premessi (165) u (166) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
4. Nuqqas ta’ fornitura
(122) |
L-utent l-ieħor fil-Komunità qal li l-industrija tal-Komunità ma tkun tista’ tforni d-domanda tas-suq tal-Komunità minħabba nuqqas ta’ kapaċitajiet suffiċjenti. Dan l-utent qal ukoll li s-sorsi l-oħra ta’ forniment bħat-Turkija u l-Ġappun m’humiex alternattivi realistiċi minħabba li l-volum ta’ produzzjoni f’dawn il-pajjiżi huwa baxx wisq meta mqabbel mal-RPĊ u fil-każ tal-Ġappun, kważi maħsub esklussivament għas-suq domestiku tal-Ġappun. |
(123) |
L-utent t’hawn fuq ma appoġġax l-argument tiegħu bil-provi. Aktar minn hekk, fuq il-bażi tat-tagħrif verifikat, il-kapaċità ta’ produzzjoni tal-Komunità instabet li kienet kważi ugwali għad-domanda tas-suq tal-Komunità. Għandu jiġi nnutat li d-dazji kontra d-dumping m’għandhomx l-għan li jwaqqfu l-importazzjonijiet fis-suq tal-Komunità imma li jistabbilixxu suq ġust. Dan l-argument għalhekk kellu jiġi rrifjutat. |
5. Il-pożizzjoni dominanti ta’ l-industrija tal-Komunità
(124) |
Iż-żewġ produtturi esportati mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika u wieħed mill-utenti ippreżentaw it-tħassib tagħhom li l-impożizzjoni tad-dazji kontra d-dumping jirrinfurzaw il-pożizzjoni digà dominanti ta’ l-industrija tal-Komunità minħabba li tipproteġihom mill-kompetizzjoni. |
(125) |
Dan l-argument argumenta li l-fatt li l-prezzijiet żdiedu wara l-impożizzjoni tar-Regolament proviżorju mill-fornituri mhux soġġetti għad-dazju kontra d-dumping juri l-effett ta’ tfixkil tal-miżuri. Intqal li żieda simili fil-prezz kienet bażata biss fuq impożizzjoni tad-dazju kontra d-dumping u għalhekk mhux ġustifikata. |
(126) |
F’dan il-kuntest qed jiġi kkunsidrat li l-effett mistenni tad-dazju kontra d-dumping huwa li jżid il-livelli fil-prezz fis-suq tal-Komunità u għalhekk li jikkumpensa għal-pressjoni li sofriet l-industrija tal-Komunità mill-importazzjonijiet dumped. Qed jiġi nnutat li importazzjonijiet mhux dumped qed jikkompetu ma’ importazzjoni dumoed u dan jista’ jaffettwa wkoll il-pressjoni fuq il-prezz. M’huwiex rari li produttur esportata b’marġini ta’ dumping de minimis iżid il-prezzijiet tiegħu aktar wara impożizzjoni tad-dazju kontra d-dumping. Dan l-aġir ma jfissirx neċessarjament li hemm xi tfixkil fis-suq u l-argumenti f’dan ir-rigward ġew rifjutati. |
(127) |
L-utent allega wkoll li kien hemm rabtiet mill-qrib bejn iż-żewġ produttur tal-Komunità. Fil-fatt, iż-żewġ produttur jagħmlu użu mill-istess siti ta’ produzzjoni u produttur wieħed tal-Komunità iforni lill-ieħor bl-enerġija għall-proċess ta’ produzzjoni tiegħu. Aktar minn hekk, ġie allegat minn għadd ta’ partijiet interessati li ż-żewġ produtturi tal-Komunità kellhom storja ta’ kontroll ta’ prezzijiet fis-suq tal-Komunità permezz ta’ prattiċi anti-kompetittivi. |
(128) |
Madankollu, l-investigazzjoni ma kkonfermatx dawn l-allegazzjonijiet. Ma żvelat ebda evidenza li turi mġiba mhux kompetittiva ta’ l-industrija tal-Komunità, i.e. abbuż ta’ l-allegata pożizzjoni dominanti. Rigward l-allegati rabtiet taż-żewġ produtturi tal-Komunità, l-investigazzjoni wriet li d-deċiżjonijiet tan-negozju jittieħdu b’mod indipendenti minn xulxin u l-immaniġġjar huwa separat. Ġie kkunsidrat li l-industrija tal-Komunità ma gawdietx minn livelli għoljin b’mod abnormali fil-profitti, imma b’kuntrast sofriet minn profitabbiltà li kienet dejjem qed tmur għall-agħar. Qed jiġi nnutat li kif muri fil-premessi (85) sa (91), għadd ta’ fornituri tal-persulphate ikkompetew fis-suq tal-Komunità u n-negozjati fil-prezzijiet mal-klijenti kienu għaddejjin il-ħin kollu. |
(129) |
Aktar minn hekk, kif imsemmi fil-premessa (107) il-miżuri kontra d-dumping għandhom jerġgħu joħolqu livell ugwali bejn il-bejgħ ta’ l-industrija tal-Komunità fis-suq tal-Komunità u l-importazzjonijiet li jidħlu fis-suq tal-Komunità. Fil-fatt, l-iskop tad-dazji huwa sempliċiment li jgħollu l-prezzijiet ta’ l-importazzjoni f’livell li jippermetti lill-industrija tal-Komunità li tikseb profitt normali. Qed jiġi nnutat ukoll li minkejja sorsi oħra possibbli ta’ forniment bħat-Turkija, l-Ġappun u l-Indja, hemm ukoll produttur esportatur wieħed fir-RPĊ li għalih id-dumping instab li kien de minimis u dawn l-importazzjonijiet għalhekk se jidħlu fis-suq tal-Komunità mingħajr ħlas tad-dazju kontra d-dumping. |
(130) |
Minħabba dan t’hawn fuq, l-istqarrijiet tal-partijiet interessati f’dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati. |
6. Rilokazzjoni ta’ l-industrija fi grad aktar ’l isfel
(131) |
Produttur wieħed fl-Istati Uniti u żewġ utenti li kkooperaw allegaw li l-impożizzjoni tad-dazju kontra d-dumping jaċċelera l-proċess ta’ rilokazzjoni ta’ l-industrija fi grad aktar ’l isfel. |
(132) |
Rigward l-esportatur mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, huma allegaw li t-tip tal-prodott tal-KMPS ikkostitwixxa sehem kbir mill-ispiża tal-produzzjoni ta’ l-industrija fi grad aktar ’l isfel u għalhekk id-dazju kontra d-dumping ikollu impatt sinifikanti fuq il-profittabbiltà ta’ dawn l-industriji. |
(133) |
Wieħed minn dawn l-utenti allega li n-numru ta’ impjegati fl-industrija fi grad aktar ’l isfel huwa sostanzjalment ogħla min-numru ta’ impjegati fl-industrija tal-Komunità tal-persukphates, i.e. numru ferm ogħla ta’ impjiegi kien involut. |
(134) |
Kif imsemmi hawn fuq fil-premessi (112) sa (121), l-impatt tal-miżuri kontra d-dumping fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni ta’ l-idustrija fi grad aktar ’l isfel instab li kien negliġibbli. Dan jgħodd għat-tipi kollha tal-prodott, inkluż il-KMPS. Fuq din il-bażi, ma setax jiġi konkluż li d-dazji kontra d-dumping setgħu bdew il-produzzjoni barra l-Komunità ta’ l-industrija fi grad aktar ’l isfel għal pajjiżi terzi. Qed jiġi nnutat ukoll li n-numru ta’ impjegati fl-industrija fi grad aktar ’l isfel m’huwiex direttament kumparabbli man-numru ta’ impjegati fl-industrija tal-Komunità tal-persulphates. Per eżempju, l-utent konċernat ma ssottometta ebda indikazzjoni jew evidenza ta’ kemm impjiegi fl-idustrija fi grad aktar ’l isfel kienu direttament marbuta mal-produzzjoni konċernata u għalhekk potenzjalment affettwati bl-impożizzjoni tad-dazi kontra d-dumping. |
(135) |
Minħabba l-kunsiderazzjonijiet t’hawn fuq, dawn l-istqarrijiet kellhom jiġu rifjutati. |
7. Dazji kontra d-dumping imposti fl-1995
(136) |
Wieħed mill-utenti qal li d-dannu materjali sofrut mill-industrija tal-Komunità matul il-PI kurrenti wera li l-miżuri kontra d-dumping fuq il-peroxodisulphates fl-1995 ma kinux effettivi. Għalhekk m’huwiex fl-interess tal-Komunità li timponi miżuri ġodda kontra d-dumping fuq prodott bi skop simili li x’aktarx jerġa’ ma jkunx effettiv. B’mod partikolari m’huwiex fl-interess tal-Komunità li timponi miżuri li ma jkunux ta’ benefiċċji għall-industrija tal-Komunità imma jkunu ta’ ħsara għall-industrija fi grad aktar ’l isfel. |
(137) |
Għandu l-ewwel jiġi nnutat li l-miżuri definittivi kontra d-dumping li saret referenza għalihom spiċċaw fl-2002 (8) minħabba l-irtirar tat-talba ta’ reviżjoni għal skadenza mill-industrija tal-Komunità skond l-Artikol 11(2) tar-Regolament bażiku. Instab li t-tkomplija ta’ l-investigazzjoni ma kinitx fl-interess tal-Komunità. Minħabba li l-industrija tal-Komunità ma kinitx interessata fit-tkomplija ta’ l-investigazzjoni, wieħed jista’ jassumi b’mod raġonevoli li ma kinitx f’sitwazzjoni ta’ dannu u l-miżuri fil-fatt kienu effettivi. |
(138) |
It-tieni, instab matul l-investigazzjoni preżenti li d-dannu materjali sofrut mill-industrija tal-Komunità kien ikkawżat minn importazzjonijiet dumped wara t-twaqqif tal-proċediment imsemmi hawn fuq. Ġie għalhekk konkluż li l-assunzjonijiet magħmula mill-utenti fir-rigward ta’ l-effettività tal-miżuri kontra d-dumping kienu ħżiena u kellhom jiġu rifjutati. |
(139) |
Aktar minn hekk, kif konkluż fil-premessi (157) sa (160) fir-Regolament proviżorju u kif konfermat bl-investigazzjoni preżenti, l-impożizzjoni tal-miżuri definittivi kontra d-dumping kien fl-interess ta’ l-industrija tal-Komunità u li hija mistennija tibbenefika minnhom u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha. Min-naħa l-oħra, kif konkluż hawn fuq, l-impatt tal-miżuri kontra d-dumping fuq utenti u importaturi huwa mistenni li jkun negliġibbli. |
(140) |
Għalhekk dawn l-argumenti kellhom jiġu rifjutati. |
8. Il-katina tal-forniment tal-prodott fi grad aktar ’l isfel
(141) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi ta’ l-Istati Uniti qal li minħabba li l-produttur relatat fil-Komunità x’aktarx li jwaqqaf il-produzzjoni tiegħu fil-Komunità, il-forniment tad-diżinfettant użat f’każijiet ta’ l-influwenza avjarja ma jistax jiġi aktar ganantit. Minħabba li dan il-prodott ikollu jibda jsir barra l-Komunità, dan itawwal il-katina tal-forniment u jnaqqas il-kapaċità tal-Komunità li tirrispondi fil-każ ta’ tifqigħa tal-marda. |
(142) |
Rigward dan, qed issir referenza għas-sejbiet hawn fuq tal-premessa (112) sa (120), li juru li l-impatt finanzjarju tad-dazji kontra d-dumping huma stmati li huma baxxi hafna u għalhekk, l-industrija mhix mistennija li tmexxija s-siti tal-produzzjoni minħabba d-dazju kontra d-dumping, imma minħabba riżultati ta’ negozju negattivi. |
(143) |
Instab ukoll li d-diżinfettant magħmul minn din il-kumpanija ma kienx l-unika wieħed użat għal skopijiet ta’ diżinfettar u għalhekk, anke fil-każ li l-kumpanija ttemm il-produzzjoni fil-Komunità, prodotti oħra ikunu disponibbli faċilment. |
(144) |
L-argument f’dan ir-rigward kellu għalhekk jiġi rifjutat. |
9. Konklużjoni fuq l-interess Komunitarju
(145) |
Meta wieħed jikkunsidra dan t’hawn fuq, il-konklużjonijiet fil-premessa (167) tar-Regolament proviżorju hija hawnhekk ikkonfermata, i.e. li m’hemmx raġunijiet li juru li l-impożizzjoni tal-miżuri kontra d-dumping imorru kontra l-interess tal-Komuntà. |
H. MIŻURI DEFINITTIVI KONTRA D-DUMPING
1. Il-livell ta’ l-eliminazzjoni tal-ħsara
(146) |
Għadd ta’ partijiet interessati kkuntestaw is-sejbiet proviżorju li 12 % tal-marġini tal-profitt ikun marġini ta’ profitt qabel it-taxxa li seta’ jinkiseb b’mod raġonevoli mill-industrija ta’ dan it-tip fis-settur taħt ċirkostanzi normali ta’ kompetizzjoni. |
(147) |
Wieħed mill-produtturi esportaturi ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika qal li l-persulphate huwa komodità kimika li l-Istituzzjonijiet tal-Komunità għandhom prattika stabbilita li jikkunsidraw 5-8 % bħala adatt biex jiddeterminaw il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu. Dan il-produttur esportatur qal ukoll li fl-investigazzjoni oriġinali rigward prodott simili, il-marġini ta’ profitt kunsidrat kien 5 % li għandu jiġi użat ukoll fl-investigazzjoni preżenti għal raġunijiet ta’ konsistenza. |
(148) |
L-istess produttur esportatur allega li l-marġini ta’ profitt ta’ 12 % ma nkisibx taħt kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni u kien għalhekk eċċessiv. Konsegwentement m’għandux jiġi kkunsidrat. Il-produttur esportatur appoġġa dan l-argument billi pprovda figura ta’ profittabbiltà disponibbli pubblikament ta’ wieħed mill-produtturi tal-Komunità, li ammontaw għal 5,1 %. |
(149) |
Intqal li għandu jiġi kkunsidrat il-marġini ta’ profitt meħtieġ biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ l-industrija tal-Komunità jew il-marġini ta’ profitt li jikkorrispondi ma’ ritorn raġonevoli fuq il-kapital. |
(150) |
L-ewwel nett qed jiġi nnutat li l-kriterji msemmija hawn fuq fil-premessa (149) huma irreleventa għad-determinazzjoni ta’ l-eliminazzjoni tal-livell ta’ dannu. Fil-fatt, l-Istituzzjonijiet tal-Komunità jridu jibbażaw id-determinazzjoni tagħhom fuq evalwazzjoni li l-livell ta’ marġini li l-industrija tal-Komunità tista’ tikseb b’mod raġonevoli fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped, fuq il-bejgħ tal-prodott simili fis-suq tal-Komunità. F’dan ir-rigward, ġeneralment huwa kkunsidrat li l-marġini ta’ profitt fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat huwa l-marġini ta’ profitt miksub fin-nuqqas ta’ importazzjonijiet dumped. Qed jiġi nnutat li m’hemmx prattika, kif qal wieħed mill-produtturi esportaturi ta’ l-US, li l-Istituzzjonijiet tal-Komunità jużaw l-istess livell ta’ profittabbiltà għal industriji simili. Il-margini ta’ profitt sabiex jiġi determinat il-livell tal-prezz li ma jikkawżax dannu lill-industrija tal-Komunità huwa bbażat fuq tagħrif miġbur u vverifikat matul kull investigazzjoni u huwa għalhekk speċifiku għall-każ. |
(151) |
Għal dawn ir-raġunijiet, qed jiġi rrifjutat li jintużaw l-marġini ta’ profitt ta’ wieħed mill-produtturi tal-Komunità minħabba li mhux relatat mal-prodott konċernat jew mas-suq tal-Komunità, jew ma’ l-industrija tal-Komunità. |
(152) |
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-investigazzjoni kontra d-dumping preċedenti rigward prodott simili li qed isir riferenza għaliha, qed jiġi nnutat li t-tip ta’ prodott tal-KMPS ma kienx inkluż f’dik l-investigazzjoni, li seta’ kellu impatt fuq il-profittabbiltà ġenerali ta’ l-industrija tal-Komunità. |
(153) |
Finalment, rigward l-imġiba mhux kompetittiva ta’ l-industrija tal-Komunità, qed jiġi nnutat li kif deskritt fil-premessi (124) sa (130) hawn fuq, dawn l-allegazzjonijiet ma kinux konfermati fl-investigazzjoni kurrenti u l-istqarrijiet f’dan ir-rigward kellhom jiġu rifjutati. |
(154) |
Qed jiġi għalhekk konkluż li l-profittabbiltà ta’ 12 % kienet adatta u ġiet użata fis-sejbiet definittivi. Fin-nuqqas ta’ xi kummenti oħra dwar il-livell tat-tneħħija tal-ħsara, il-premessi (168) sa (171) tar-Regolament proviżorju huma b’dan ikkonfermati. |
2. Forom u livelli tad-dazji
(155) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal u skond l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju anti-dumping definittiv għandu jiġi impost fuq livell biżżejjed biex titneħħa l-ħsara kkawżata mill-importazzjonijiet mingħajr ma jinqabeż il-marġinu ta’ dumping misjub. |
(156) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, id-dazji definittivi huma li ġejjin:
|
(157) |
Ir-rati tad-dazju ta’ l-antidumping ta’ kumpanija individwali li ġew speċifikati f’dan ir-Regolament kienu stabbiliti fuq il-bażi tas-sejbiet ta’ l-investigazzjoni attwali. Għalhekk, dawn jirriflettu l-qagħda ta’ dawn il-kumpaniji li nstabet matul din l-investigazzjoni. Dawn ir-rati ta’ dazju (għall-kuntrarju tad-dazju madwar il-pajjiż kollu applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”) huma għalhekk applikabbli esklussivament għal importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw fil-pajjiż ikkonċernat u mmanifatturati mill-kumpaniji u għalhekk mill-entitajiet legali speċifiċi msemmija. Il-prodotti importati mmanifatturati minn xi kumpanija oħra mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament bl-isem u l-indirizz, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u għandhom ikunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”. |
(158) |
Kull talba għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati ta’ dazju anti-dumping għal kumpaniji individwali (eż. wara tibdil fl-isem ta’ l-entità jew wara li jiġu stabbiliti entitajiet ġodda tal-produzzjoni jew tal-bejgħ) għandha tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (9) bit-tagħrif kollu rilevanti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwalunkwe modifikazzjoni fl-attivitajiet tal-kumpanija marbuta mal-produzzjoni, mal-bejgħ domestiku u ma’ dak ta’ l-esportazzjoni u li jkunu assoċjati, pereżempju, ma’ dik il-bidla fl-isem jew ma’ dik il-bidla fl-entitajiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ. Jekk ikun xieraq, ir-Regolament ikun imbagħad amendat kif suppost billi tiġi aġġornata l-lista ta’ kumpanniji li jgawdu minn rati ta’ dazju individwali. |
(159) |
Sabiex ikun assigurat li jkun infurzat sew id-dazju kontra l-iddampjar, il-livell ta’ dazju li jifdal m’għandux japplika biss għall-produtturi esportaturi li ma jikkooperawx, iżda anki għal dawk il-produtturi li ma kellhom l-ebda esportazzjoni lejn il-Komunità matul il-PI. Madankollu, dawn il-kumpaniji ta’ l-aħħar huma mistiedna, meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet tat-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, li jippreżentaw talba għal reviżjoni skond dak l-Artikolu sabiex is-sitwazzjoni tagħhom tiġi eżaminata. |
3. Il-ġbir definittiv tad-dazji proviżorji u s-superviżjoni speċjali
(160) |
Minħabba l-kobor tal-marġini ta’ dumping li nstabu u fid-dawl tal-livell ta’ ħsara ikkaġunat lill-industrija tal-Komunità, huwa meqjus neċessarju li l-ammonti li ġew żgurati permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju, impost mir-Regolament proviżorju, i.e. ir-Regolament (KE) Nru 390/2007, għandhom jinġabru b’mod definittiv sa l-ammont tad-dazji definittivi imposti. Fejn id-dazji definittivi jkunu aktar baxxi mid-dazji proviżorji, l-ammonti żgurati b’mod proviżorju b’żieda mar-rata definittiva tad-dazji anti-dumping għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji proviżorji, għandhom jinġabru b’mod definittiv biss l-ammonti żgurati fil-livell tad-dazji proviżorji. |
(161) |
Sabiex jitnaqqsu kemm jista’ jkun ir-riskji ta’ elużjoni minħabba d-differenza għolja fir-rati tad-dazju, huwa meqjus li jinħtieġu miżuri speċjali f’dan il-każ sabiex jiżguraw l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping Dawn il-miżuri speċjali, li japplikaw biss għal kumpaniji li għalihom iddaħħlet rata tad-dazju individwali, jinkludu l-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri ta’ fattura kummerċjali valida, li trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament. L-importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati b’fattura tali għandhom jiġu soġġetti għad-dazju residwu ta’ l-anti-dumping li japplika għall-esportaturi l-oħra kollha. |
(162) |
Ta’ min ifakkar li jekk l-esportazzjonijiet mill-kumpaniji li jgawdu minn rati aktar baxxi ta’ dazju individwali jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum wara l-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku din iż-żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li tikkostitwixxi fiha nnfisha bidla fil-mudell tan-negozju li tkun dovuta għall-impożizzjoni tal-miżuri. F’dawn iċ-ċirkustanzi, u sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet, tista’ tingħata bidu għal investigazzjoni ta’ kontra l-elużjoni. Din l-investigazzjoni tista’, inter alia, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rati tad-dazju individwali u għall-impożizzjoni konsegwenti tad-dazju madwar il-pajjiż kollu, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Dazju definittiv kontra d-dumping huwa permezz ta’ dan impost fuq l-importazzjonijiet tal-peroxosulphates (persulphates), inkluż il-potassium peroxymonosulphate sulphate, li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 2833 40 00 u ex 2842 90 80 (il-kodiċi TARIC 2842908020) u li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan.
2. Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv li hi applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, tal-prodotti mmanifatturati mill-kumpaniji mniżżla hawn taħt għandha tkun kif ġej:
Il-pajjiż |
Kumpanija |
Id-Dazju Anti-dumping |
Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC |
L-Istati Uniti ta’ l-Amerika |
E.I. DuPont De Nemours, Wilmington, Delaware |
10,6 % |
A818 |
FMC Corporation, Tonawanda, New York |
39,0 % |
A819 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
39,0 % |
A999 |
|
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina |
ABC Chemicals (Shanghai) Co., Ltd, Shanghai |
0 % |
A820 |
Degussa-AJ (Shanghai) Initiators Co., Ltd, Shanghai |
24,5 % |
A821 |
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
71,8 % |
A999 |
|
It-Tajwan |
San Yuan Chemical Co., Ltd, Chiayi |
22,6 % |
A823 |
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
22,6 % |
A999 |
3. L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha sseħħ bil-kundizzjoni li tkun ippreżentata lill-awtoritajiet doganali ta’ l-Istati Membri fattura kummerċjali valida, li trid tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness. Jekk ma tiġix ippreżentata din il-fattura, għandha tapplika r-rata tad-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħra kollha.
4. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-dazji tad-dwana li huma fis-seħħ.
Artikolu 2
L-ammonti żgurati permezz tad-dazji kontra d-dumping proviżorji skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 390/2007 fuq importazzjonijiet tal-peroxosulphates (persulphates), inkluż il-potassium peroxymonosulphate sulphate, li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi NM 2833 40 00 u ex 2842 90 80 (il-kodiċi TARIC 2842908020) u li joriġinaw mill-Istati Uniti ta’ l-Amerika, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u t-Tajwan. L-ammonti żgurati b’żieda ma’ l-ammont tad-dazji anti-dumping definittivi għandhom jinħelsu. Fejn id-dazji definittivi huma ogħla mid-dazji proviżorji, għandhom jinġabru b’mod definittiv biss l-ammonti żgurati fil-livell tad-dazji proviżorji.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada ta’ meta ssir il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 9 ta’ Ottubru 2007,
Għall-Kunsill
Il-President
F. TEIXEIRA DOS SANTOS
(1) ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).
(3) ĠU L 308, 21.12.1995, p. 61.
(4) Il-Kummissjoni Internazzjoni tal-Kummerċ ta’ l-Istati Uniti, Persulfates miċ-Ċina, Investigazzjoni Nru 731-TA-479 (Reviżjoni); Determinazzjoni u opinjoni tal-Kummissjoni (USITC Pubblikazzjoni Nru 3555, Ottubru 2002).
(5) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(6) EN 12678 u 12926.
(7) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1), korrett bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.
Direttiva 2006/121/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettar ta’ sustanzi perikolużi sabiex tadattaha għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 850), korrett bil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 281.
(8) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 695/2002 tat-22 ta’ April 2002 li jtemm il-proċediment kontra d-dumping rigward importazzjonijiet tal-peroxosulphates li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, (ĠU L 109, 25.4.2002, p. 1).
(9) European Commission, Directorate-General for Trade, Direction H, Office J-79 4/23, 1049 Brussels, Belgium.
ANNESS
Il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament għandha tinkludi dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-kumpanija, fil-format li ġej:
1. |
L-isem u l-kariga ta’ l-uffiċjal tal-kumpanija li tkun ħarġet il-fattura kummerċjali. |
2. |
Id-dikjarazzjoni li ġejja “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li [il-volum] ta’ peroxsulphates li nbiegħu għall-esportazzjoni lill-Komunità Ewropea u li huma koperti b’din il-fattura ġew immanifatturati minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (il-kodiċi addizzjonali TARIC) fi (il-pajjiż ikkonċernat). Niddikjara li t-tagħrif mogħti f’din il-fattura huwa sħiħ u korrett.” |
Data u firma