Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22007D0008

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 8/2007 tas- 27 ta' April 2007 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 209, 9.8.2007, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/8(2)/oj

    9.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 209/15


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 8/2007

    tas-27 ta' April 2007

    li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) għall-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness II tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 147/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1).

    (2)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/53/KE tas-7 ta' Ġunju 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE fir-rigward tal-livelli massimi tar-residwi tal-fenbutatin-oxide, fenhexamid, cyazofamid, linuron, triadimephon/triadimenol, pymetrozine, u pyraclostrobin (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim,

    IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-inċiż li ġej għandu jiġi miżjud fil-punt 54 (Direttiva tal-Kunsill 90/642/KEE) tal-Kapitolu II ta' l-Anness XII għall-Ftehim:

    “—

    32006 L 0053: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/53/KE tas-7 ta' Ġunju 2006 (ĠU L 154, 8.6.2006, p. 11).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Direttiva 2006/53/KE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. (*)

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Alan SEATTER


    (1)  ĠU L 89, 29.3.2007, p. 17.

    (2)  ĠU L 154, 8.6.2006, p. 11.

    (*)  Ebda ħtiġijiet kostituzzjonali m'huma indikati.


    Top