This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0193
Case T-193/20: Action brought on 10 April 2020 — Eternit v EUIPO — Eternit Österreich (Panels)
Kawża T-193/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2020 – Eternit vs EUIPO – Eternit Österreich (Panels)
Kawża T-193/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2020 – Eternit vs EUIPO – Eternit Österreich (Panels)
ĠU C 201, 15.6.2020, p. 37–37
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/37 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2020 – Eternit vs EUIPO – Eternit Österreich (Panels)
(Kawża T-193/20)
(2020/C 201/50)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eternit (Kapelle-op-den-Bos, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Muyldermans u P. Maeyaert, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eternit Österreich GmbH (Vöcklabruck, l-Awtrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 2 538 140-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1661/2018-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom stess u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002. |