Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0191

    Kawża T-191/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – FCA Italy vs EUIPO – Bettag (Pandem)

    ĠU C 201, 15.6.2020, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/36


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2020 – FCA Italy vs EUIPO – Bettag (Pandem)

    (Kawża T-191/20)

    (2020/C 201/49)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: FCA Italy Spa (Torino, l-Italja) (rappreżentanti: F. Jacobacci u E. Truffo, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Christoph Bettag (Aachen, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Pandem” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 297 029

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1483/2019-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Distorsjoni serja tal-fatti.


    Top