Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D0629(01)

    Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

    ĠU C 205, 29.6.2017, p. 2–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/06/2018; Imħassar b' 32018D0628(01)

    29.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 205/2


    DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW

    tat-12 ta’ Ġunju 2017

    li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

    (2017/C 205/02)

    IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (“ir-Regolament Finanzjarju”),

    Wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3) (“ir-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju”),

    Wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (4),

    Wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew (“ir-Regoli ta’ Proċedura”), u b’mod partikolari l-Artikoli 25(11) u 223a tagħhom,

    Billi:

    (1)

    Hemm bżonn li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    (2)

    Għal raġunijiet ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u ta’ trasparenza, kull għotja ta’ finanzjament għandha tkun is-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Bureau u notifikata lid-destinatarju u għandu jkun fiha dikjarazzjoni tar-raġunijiet f’każ li l-miżura tolqot lid-destinatarju b’mod negattiv,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Suġġett

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-proċeduri applikabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor, din id-Deċiżjoni tapplika kemm għall-partiti politiċi Ewropej kif ukoll għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

    L-Annessi għal din id-deċiżjoni jifformaw parti integrali minnha.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni:

    (1)

    “applikant” tfisser partit jew fondazzjoni li j/tippreżenta applikazzjoni għal finanzjament skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, wara s-sejħa għal kontribuzzjonijiet jew is-sejħa għal proposti;

    (2)

    “uffiċjal awtorizzanti b’delega” tfisser il-membru tal-persunal li lilu ġew delegati s-setgħat tal-uffiċjal awtorizzanti skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta’ Ġunju 2014 (5) u d-Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali dwar id-delega tal-kompiti tal-uffiċjal awtorizzanti;

    (3)

    “awtorità” tfisser l-istess bħal “Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej” fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (4)

    “benefiċjarju” tfisser il-partit li jkun ingħata kontribuzzjoni jew il-fondazzjoni li tkun ingħatat għotja skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (5)

    “ammont definittiv tal-finanzjament” tfisser jew l-ammont definittiv tal-kontribuzzjoni (għall-partiti) jew l-ammont definittiv tal-għotja (għall-fondazzjonijiet) stabbilit mill-Bureau wara d-Deċiżjoni tiegħu dwar ir-rapport annwali;.

    (6)

    “fondazzjoni” tfisser l-istess bħal “Fondazzjoni politika Ewropea” fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (7)

    “finanzjament” tfisser jew kontribuzzjoni skont it-termini tat-Titolu VIII tat-Tieni Parti tar-Regolament Finanzjarju (għall-partiti) jew għotja operattiva skont it-termini tat-Titolu VI tal-Ewwel Parti tar-Regolament Finanzjarju (għall-fondazzjonijiet);

    (8)

    “deċiżjoni ta’ finanzjament” tfisser jew id-deċiżjoni dwar l-għoti ta’ kontribuzzjoni (għall-partiti) jew għotja (għall-fondazzjonijiet) skont it-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati fis-sejħa;

    (9)

    “proċedura ta’ finanzjament” tfisser il-proċedura li ssegwi ċ-ċiklu mis-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet sal-approvazzjoni tar-rapport annwali u l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-ammont definittiv ta’ finanzjament;

    (10)

    “partit” tfisser l-istess bħal “partit politiku Ewropew” fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    Artikolu 3

    Sejħiet

    1.   Wara l-approvazzjoni mill-Bureau, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jeħtieġ li jiżgura l-pubblikazzjoni ta’ sejħa għal kontribuzzjonijiet fir-rigward tal-partiti u sejħa għal proposti fir-rigward ta’ fondazzjonijiet (“sejħiet”).

    2.   Is-sejħiet għandhom jispeċifikaw l-iskadenza ta’ żmien, għall-partiti u l-fondazzjonijiet, biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għal finanzjament bil-miktub lill-Parlament Ewropew.

    3.   Is-sejħiet għandhom jinkludu dan li ġej:

    (a)

    l-objettivi segwiti,

    (b)

    il-qafas ġuridiku,

    (c)

    il-kalendarju tal-proċedura tal-finanzjament,

    (d)

    l-arranġamenti għall-finanzjament mill-Unjoni,

    (e)

    il-kriterji ta’ eleġibbiltà u esklużjoni,

    (f)

    (fil-każ tal-fondazzjonijiet biss) il-kriterji ta’ għażla,

    (g)

    il-kriterji ta’ għotja, kif speċifikat fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014,

    (h)

    il-formola tal-applikazzjoni u l-istruttura tal-estimi tal-baġit għandhom jiġu pprovduti mill-applikant flimkien mal-applikazzjoni tiegħu,

    (i)

    jekk applikabbli, lista ta’ kwalunkwe dokument ta’ sostenn rikjest,

    (j)

    it-termini u l-kundizzjonijiet speċjali u ġenerali għall-għoti ta’ kontribuzzjonijiet u ta’ għotjiet, kif approvati mill-Bureau.

    4.   Is-sejħa għal kontribuzzjonijiet jew is-sejħa għall-proposti għandhom jispeċifikaw li kull applikant għandu jimpenja ruħu b’mod espliċitu u bil-miktub li jirrispetta t-termini u l-kundizzjonijiet rilevanti bħala kundizzjoni għall-ammissibbiltà tal-applikazzjoni tiegħu.

    Artikolu 4

    Applikazzjoni għal finanzjament

    1.   F’konformita’ mal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, l-applikant li jixtieq jirċievi finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni għandu jippreżenta applikazzjoni bil-miktub lill-President tal-Parlament Ewropew.

    2.   L-applikant jista’ jkun mistieden mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega biex jippreżenta, sa data ta’ skadenza raġonevoli, aktar dokumenti ta’ sostenn jew kjarifiki relatati mal-applikazzjoni.

    Artikolu 5

    Deċiżjoni dwar applikazzjoni għal finanzjament

    1.   Abbażi ta’ proposta mis-Segretarju-Ġenerali, il-Bureau għandu jiddeċiedi, fi żmien tliet xhur mill-għeluq tat-talba, dwar l-applikazzjonijiet ta’ finanzjament rispettiva, wara li jkun ivverifika l-konformita mal-kriterji stipulati fl-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Bureau għandu jqis kwalunkwe bidla li saret fis-sitwazzjoni ta’ applikant wara l-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal finanzjament.

    2.   Jekk l-applikazzjoni tiġi approvata, il-Bureau għandu joħroġ Deċiżjoni ta’ Finanzjament skont il-mudell stabbilit fl-Anness 1a (għall-partiti) jew fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), fejn jiġi stabbilit l-ammont ta’ għotja lill-applikant.

    3.   F’każ li applikazzjoni tkun miċħuda, id-deċiżjoni għandha tiddikjara r-raġunijiet għal dan ir-rifjut.

    4.   L-ammont ta’ finanzjament għandu jiġi stabbilit b’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u f’dan l-istadju jkun biss provviżorju. L-ammont definittiv ta’ finanzjament għandu jiġi stabbilit b’konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 8 ta’ din id-Deċiżjoni.

    5.   Jekk l-ammonti għal kull applikant ikunu notevolment differenti minn dawk mistennija fil-mument tal-pubblikazzjoni tas-sejħiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-Bureau jista’ jistieden lill-President tal-Parlament Ewropew iressaq proposta lill-kumitat kompetenti biex dan jadatta l-approprjazzjonijiet disponibbli.

    Artikolu 6

    Pagamenti

    1.   Il-finanzjament għandu jitħallas lill-benefiċjarji f’forma ta’ prefinanzjament, kif speċifikat fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet). Sakemm il-Bureau ma jiddeċidix mod ieħor, f’każijiet dovutament ġustifikati, il-prefinanzjament għandu jitħallas f’pagament uniku ta’ 100 % tal-ammont massimu ta’ finanzjament.

    2.   Fuq bażi ta’ każ b’każ u suġġett għall-analiżi tar-riskji, il-Bureau jista’ jiddeċiedi li jirrikjedi lill-benefiċjarju jippreżenta garanzija ta’ prefinanzjament skont ir-Regolament Finanzjarju.

    3.   Id-dispożizzjonijiet dwar il-pagamenti u d-dati ta’ skadenza tagħhom għandhom jiġu speċifikati fid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

    Artikolu 7

    Awditjar estern

    1.   Il-Parlament Ewropew għandu jirċievi direttament mingħand il-korpi jew l-esperti esterni indipendenti, maħtura skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, ir-rapport tal-awditjar estern kif speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    2.   L-ambitu tal-awditjar estern huwa speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. L-ambitu tal-awditu estern hu speċifikat aktar fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u fil-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet).

    Artikolu 8

    Deċiżjoni dwar ir-rapport annwali u l-ammont tal-finanzjament definittiv

    1.   Abbażi ta’ proposta tas-Segretarju Ġenerali, il-Bureau għandu, sat-30 ta’ Settembru tas-sena wara s-sena finanzjarja kkonċernata fir-rapport annwali, japprova jew jirrifjuta r-rapport annwali.

    2.   Il-Bureau jew l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jista’ jitlob lill-benefiċjarji jippreżenta informazzjoni addizzjonali għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità mar-regoli rilevanti.

    3.   Jekk tali informazzjoni addizzjonali tiġi mitluba mill-Bureau jew mill-uffiċjal awtorizzanti b’delega, l-iskadenza ta’ żmien għal deċiżjoni dwar ir-rapport annwali għandha tkun prorogata sakemm tali informazzjoni addizzjoni tkun waslet u ġiet evalwata.

    4.   Fir-rigward tal-partiti, il-Bureau għandu fuq bażi annwali, jistabbilixxi l-ammont ta’ nefqa rimborżabbli, abbażi tar-rapport annwali. F’każ ta’ riport ta’ finanzjament mhux minfuq għas-sena finanzjarja ta’ wara, l-ammont ta’ finanzjament definittiv għandu jiġi stabbilit f’konformita’ mal-Parti B tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a.

    5.   Fir-rigward tal-fondazzjonijiet l-ammont definittiv tal-għotja għandu jiġi ddeterminat abbażi tar-rapport annwali.

    6.   L-ammont definittiv ta’ finanzjament ma għandux jeċċedi:

    (a)

    l-ammont massimu tal-finanzjament stabbilit fid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

    (b)

    85 % tan-nefqa rimborżabbli jew tan-nefqa eleġibbli effettivament inkorsa.

    7.   Abbażi tal-ammont definittiv tal-finanzjament stabbilit skont il-paragrafi 4 sa 6 u tal-pagamenti ta’ prefinanzjament li saru preċedentement skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jiddetermina l-ammonti dovuti lill-benefiċjarju jew lill-Parlament Ewropew.

    8.   L-ammont definittiv tal-finanzjament għandu jiġi stabbilit mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jwettaq verifiki ex post f’konformità mal-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet) u bil-possibbiltà li l-ammont definittiv tal-finanzjament ikun jista’ jiġi aġġustat b’mod retroattiv.

    9.   Id-deċiżjonijiet adottati fl-ambitu ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu notifikati lill-benefiċjarju bħala deċiżjoni individwali, f’konformita’ mal-Artikolu 223a(1) tar-Regoli ta’ Proċedura.

    10.   Il-proċedura applikabbli għal approvazzjoni tar-rapport annwali u għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-ammont definittiv tal-finanzjament hija speċifikata aktar fil-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u fil-Parti B tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet).

    11.   Il-Bureau jew l-uffiċjal awtorizzanti b’delega jista’ jikkonsulta lill-Awtorità, f’konformita’ mal-Artikolu 6(9) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, bil-għan li tintalab informazzjoni addizzjonali li jikkunsidra rilevanti għall-approvazzjoni tar-rapport annwali għall-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament definittiv.

    Artikolu 9

    Proċedura ta’ sospensjoni

    1.   F’konformita’ mar-regoli applikabbli tar-regolament Finanzjarju u mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali kif stipulat fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali kif stipulat fl-Anness 1b (għall-fundazzjonijiet), il-Bureau jista’ jiddeċiedi, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali, li jissospendi il-pagament ta’ finanzjament għall-partit politku jew fondazzjoni u jiddeċiedi fuq it-tkomplija tal-pagament, f’każ li ċ-ċirkostanzi għal tali sospensjoni ma japplikawx aktar. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkun kompetenti biex jniedi tali proċedura u biex jieħu il-passi kollha meħtieġa, f’konformita’ mal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), qabel tali deċiżjoni mill-Bureau.

    2.   It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 223a(1) tar-Regoli ta’ Proċedura għandu japplika għal deċiżjonijiet adottati mill-Bureau skont dan l-Artikolu.

    Artikolu 10

    Irtirar tad-deċiżjoni ta’ finanzjament

    1.   F’konformita’ mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, u b’mod partikolari mal-Artikolu 30 tiegħu, flimkien mar-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u mal-Parti A tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), il-Bureau jista’ jiddeċiedi, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali, li jirtira d-deċiżjoni ta’ finanzjament. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkun kompetenti biex jniedi tali proċedura u biex jieħu il-passi kollha meħtieġa, f’konformita’ mal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), qabel tali deċiżjoni mill-Bureau.

    2.   It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 223a(1) tar-Regoli ta’ Proċedura għandu japplika għal deċiżjonijiet adottati mill-Bureau skont dan l-Artikolu.

    3.   L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkollu s-setgħa li joħroġ l-ordni ta’ rkupru meħtieġa.

    Artikolu 11

    Terminazzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament

    1.   F’konformita’ mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, u b’mod partikolari mal-Artikoli 27 u 30 tiegħu, flimkien mar-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju u mal-Parti A tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali stipulati fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), il-Bureau jista’ jiddeċiedi, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali, li jtemm id-deċiżjoni ta’ finanzjament. L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkun kompetenti biex jniedi tali proċedura u biex jieħu il-passi kollha meħtieġa, f’konformita’ mal-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1a (għall-partiti) u l-Parti A tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali stipulat fl-Anness 1b (għall-fondazzjonijiet), qabel tali deċiżjoni mill-Bureau.

    2.   It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 223a(1) tar-Regoli ta’ Proċedura għandu japplika għal deċiżjonijiet adottati mill-Bureau skont dan l-Artikolu.

    3.   L-uffiċjal awtorizzanti b’delega għandu jkollu s-setgħa li joħroġ l-ordni ta’ rkupru meħtieġa.

    Artikolu 12

    Kontroll

    Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tipprevedi espressament għad-drittijiet tal-Parlament Ewropew u tal-awtoritajiet kompetenti biex jeżeritaw is-setgħat tagħhom ta’ kontroll fir-rigward tal-benefiċjarju, kif imsemmi fl-Artikoli 24 u 25 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    Artikolu 13

    Assistenza teknika

    F’konformita’ mal-Artikolu 26 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-benefiċjarji jistgħu japplikaw għall-assistenza teknika, skont id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-14 ta’ Marzu 2000 li tirregola l-użu tal-bini tal-Parlament Ewropew minn entitajiet esterni, kif emendata, u kull tip ieħor ta’ assistenza teknika kif imfissra fir-regoli adottati sussegwentement mill-Bureau. Il-Bureau jista’ jiddelega lis-Segretarju Ġenerali s-setgħa li jieħu deċiżjonijiet relatati mal-assistenza teknika.

    Artikolu 14

    Dritt ta’ smigħ

    F’każijiet fejn, skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament applikabbli, inklużi fit-Termini u Kundizzjonijiet Speċjali u Ġenerali, il-benefiċjajru hu intitolat, qabel kwalunkwe deċiżjoni tiġi adottata mill-Parlament, li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu, il-benefiċjarju għandu jingħata perijodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor mir-regoli applikabbli, biex jissottometti l-osservazzjonijiet bil-miktub tiegħu. Dan il-perjodu jista’, fuq talba motivata tal-benefiċjarju, jiġi prorogat darba b’għaxart ijiem ta’ xogħol oħra.

    Artikolu 15

    Tħassir, dħul fis-seħħ u applikazzjoni effettiva

    1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għandha tibda tapplika mill-proċedura ta’ għoti tal-finanzjament tas-sena baġitarja 2018.

    2.   Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004 (6) hi revokata mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni. Hija għandha, madankollu, tibqa’ tapplika fir-rigward tal-atti u tal-impenji relatati mal-proċeduri pendenti fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti u tal-fondazzjoni politiċi fil-livell Ewropew li huma regolati mir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

    Artikolu 16

    Pubblikazzjoni

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fuq is-sit web tal-Parlament Ewropew.

    Annessi — mudell ta’ Deċiżjonijiet ta’ Finanzjament:

     

    Anness 1a — mudell ta’ Deċiżjoni ta’ Kontribuzzjoni — partit

     

    Anness 1b — mudell ta’ Deċiżjoni ta’ Għotja — fondazzjoni


    (1)  ĠU L 317. 4.11.2014, p. 1.

    (2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (3)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

    (4)  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.

    (5)  Deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta’ Ġunju 2014 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew.

    (6)  Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004 li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU C 63, 4.3.2014, p. 1), kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Bureau tas-7 ta’ Ottubru 2015 (ĠU C 428, 19.12.2015, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir- regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).


    ANNESS 1a

    [MUDELL] DEĊIŻJONI TA’ GĦOTI TA’ KONTRIBUZZJONI — PARTIT

    NUMRU: …[DAĦĦAL]..


    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu;

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (“ir-Regolament Finanzjarju”),

    Wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3) (“ir-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju”),

    wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (4),

    Wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(11) tagħhom,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2017 (5) li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014,

    Wara li kkunsidra t-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Parlament Ewropew fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet bl-għan li jingħata finanzjament lill-partiti politiċi fil-livell Ewropew,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-partiti politiċi fil-livell Ewropew għandhom jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni.

    (2)

    Din id-deċiżjoni hija r-riżultat ta’ sejħa għal kontribuzzjonijiet li permezz tagħha l-applikanti ġew mgħarrfa bil-mudell ta’ Deċiżjoni ta’ Finanzjament, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet.

    (3)

    [il-benefiċjarju] ressaq talba għal finanzjament fi [data meta l-Parlament Ewropew irċieva t-talba], u qabel b’mod espliċitu mat-termini u l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament,

    IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW EŻAMINA t-talba fil-laqgħa tiegħu ta’ [data] u ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti fis-sens tal-Artikolu 204a tar-Regolament Finanzjarju (“finanzjament”) qed jingħataw lil:

    [isem uffiċjali sħiħ tal-benefiċjarju]

    [forma legali uffiċjali]

    [Numru ta’ reġistrazzjoni legali]

    [indirizz uffiċjali sħiħ]

    [numru tal-VAT],

    (‘il-benefiċjarju’),

    rappreżentat, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament minn:

    …[rappreżentant intitolat li jidħol f’impenji legali]…,

    biex jappoġġa l-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-benefiċjarju,

    skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din s-sejħa għal kontribuzzjonijiet u d-Deċiżjoni ta’ Kontribuzzjoni attwali (“id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament”), inklużi t-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali, it-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali fl-istima ta’ baġit fl-Anness li għandu jifforma parti integrali minn din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament preżenti.

    Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ta’ partijiet oħra ta’ din id-Deċiżjoni. Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk tal-Annessi l-oħra.

    Werrej

    I.

    TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI 9

    Artikolu I.1 —

    Suġġett tad-Deċiżjoni 9

    Artikolu I.2 —

    Perjodu ta’ eliġibbiltà 10

    Artikolu I.3 —

    Forma ta’ finanzjament 10

    Artikolu I.4 —

    Ammont ta’ finanzjament (massimu) provviżorju 10

    Artikolu I.5 —

    Pagamenti u arranġamenti ta’ pagament 10

    I.5.1

    Prefinanzjament 10

    I.5.2

    Pagament tal-bilanċ jew irkupru ta’ prefinanzjament imħallas indebitament 10

    I.5.3

    Munita 10

    Artikolu I.6 —

    Kont bankarju 10

    Artikolu I.7 —

    Dispożizzjonijiet amministrattivi ġenerali 11

    Artikolu I.8 —

    Dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni 11

    II.

    KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI 11

    PARTI A:

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI 11

    Artikolu II.1 —

    Definizzjonijiet 11

    Artikolu II.2 —

    Obbligi ġenerali tal-benefiċjarju 12

    Artikolu II.3 —

    Obbligi marbuta mal-kont tal-bank 12

    Artikolu II.4 —

    Responsabbiltà għad-danni 12

    Artikolu II.5 —

    Kunfidenzjalità 13

    Artikolu II.6 —

    Ipproċessar ta’ data personali 13

    Artikolu II.7 —

    Żamma ta’ rekords 13

    Artikolu II.8 —

    Viżibilità tal-finanzjament mill-unjoni 13

    II.8.1

    Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni 13

    II.8.2

    Ċaħdiet li jeskludu r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew 13

    II.8.3

    Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew 13

    Artikolu II.9 —

    Għoti ta’ kuntratti mill-benefiċjarju 13

    II.9.1

    Prinċipji 13

    II.9.2

    Żamma ta’ rekords 14

    II.9.3

    Kontroll 14

    II.9.4

    Responsabbiltà 14

    Artikolu II.10 —

    Force majeure 14

    Artikolu II.11 —

    Sospensjoni tal-pagament ta’ finanzjament 14

    II.11.1

    Raġunijiet għas-sospensjoni 14

    II.11.2

    Proċedura għal sospensjoni 14

    II.11.3

    Effetti tas-sospensjoni 14

    II.11.4

    Tkomplija tal-pagament 15

    Artikolu II.12 —

    Irtirar tad-Deċiżjoni ta’ finanzjament mill-Parlament Ewropew 15

    II.12.1

    Raġunijiet għall-irtirar 15

    II.12.2

    Proċedura għall-irtirar 15

    II.12.3

    Effetti tal-irtirar 15

    Artikolu II.13 —

    Terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament 15

    II.13.1

    Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju 15

    II.13.2

    Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew 15

    II.13.3

    Effetti tat-terminazzjoni 16

    Artikolu II.14 —

    Ċessjoni 16

    Artikolu II.15 —

    Imgħax ta’ inadempjenza 16

    Artikolu II.16 —

    Liġi applikabbli 16

    Artikolu II.17 —

    Dritt għal smigħ 16

    PARTI B:

    DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI 16

    Artikolu II.18 —

    Nefqa rimborsabbli 16

    II.18.1

    Kundizzjonijiet 16

    II.18.2

    Eżempji ta’ nfiq rimborsabbli 17

    Artikolu II.19 —

    Infiq mhux rimborsabbli 17

    Artikolu II.20 —

    Kontribuzzjonijiet in natura 18

    Artikolu II.21 —

    Trasferimenti tal-baġit 18

    Artikolu II.22 —

    Obbligi ta’ rapportar 18

    II.22.1

    Rapport annwali 18

    II.22.2

    Rapport tal-awditjar estern 19

    Artikolu II.23 —

    Deċiżjoni dwar rapport annwali 19

    Artikolu II.24 —

    Deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament 20

    II.24.1

    Impatt tar-rapport annwali 20

    II.24.2

    Limitu 20

    II.24.3

    Riport ta’ fondi mhux minfuqa 20

    II.24.4

    Id-Deċiżjoni tal-ammont finali ta’ finanzjament 20

    II.24.5

    Irkupru ta’ finanzjament mhux minfuq 20

    II.24.6

    Il-bilanċ tal-finanzjament 20

    II.24.7

    Bilanċ favorevoli ta’ riżorsi proprji 20

    Artikolu II.25 —

    Imgħax fuq il-prefinanzjament 21

    Artikolu II.26 —

    Irkupru 21

    II.26.1

    Imgħax fuq pagament tard 21

    II.26.2

    Tpaċija 21

    II.26.3

    Spejjeż bankarji 21

    Artikolu II.27 —

    Garanzija finanzjarja 22

    Artikolu II.28 —

    Kontroll 22

    II.28.1

    Dispożizzjonijiet ġenerali 22

    II.28.2

    Dover li jinżammu d-dokumenti 22

    II.28.3

    L-obbligu li jipprovdi dokumenti u/jew informazzjoni 22

    II.28.4

    Żjarat fuq il-post 22

    II.28.5

    Proċedura tal-awditjar kontradittorja 22

    II.28.6

    Effetti tas-sejbiet tal-awditjar 23

    II.28.7

    Id-drittijiet ta’ kontroll tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) 23

    II.28.8

    Id-drittijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 23

    II.28.9

    Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-Artikolu II.28.1 sa 23

    Anness —

    Stima tal-Baġit 24

    I.   TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI

    Artikolu I.1

    Suġġett tad-Deċiżjoni

    Il-Parlament Ewropew jagħti finanzjament għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-benefiċjarju fis-sena finanzjarja [daħħal], skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali u fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali (“termini u kundizzjonijiet”), kif ukoll skont l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Dan jikkostitwixxi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament min-naħa tal-Parlament Ewropew.

    Il-benefiċjarju ser juża l-finanzjament għall-fini tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tiegħu, filwaqt li jaġixxi fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u skont it-termini u l-kundizzjonijiet u l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Dan jikkostitwixxi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament min-naħa tal-benefiċjarju.

    Artikolu I.2

    Perjodu ta’ eliġibbiltà

    Il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal finanzjament mill-Unjoni għandu jibda jgħodd minn [daħħal JJ/XX/SS] sa [daħħal JJ/XX/SS].

    Artikolu I.3

    Forma ta’ finanzjament

    Il-kontribuzzjonijiet mogħtija lill-benefiċjarju skont it-Titolu VIII tal-Parti II tar-Regolament Finanzjarju għandu jieħdu l-forma ta’ rimbors ta’ perċentwal tan-nefqa rimborsabbli li fil-fatt tkun ġiet imġarrba.

    Artikolu I.4

    Ammont ta’ finanzjament (massimu) provviżorju

    Il-Parlament Ewropew għandu jikkontribwixxi ammont massimu ta’ EUR [daħħal l-ammont], li m’għandux jeċċedi il-85 % tat-total tan-nefqa rimborsabbli stmata.

    In-nefqa rimborsabbli stmata tal-benefiċjarju hija mniżżla fl-Anness (“l-istima ta’ baġit”). L-istima ta’ baġit għandha tkun f’bilanċ u għandha tagħti analiżi statistika tal-kosti u d-dħul kollu tal-benefiċjarju għall-perjodu ta’ eleġibilità. In-nefqa rimborsabbli għandha tkun separata min-nefqa mhux rimborsabbli, skont l-Artikolu II.18.

    Artikolu I.5

    Pagamenti u arranġamenti ta’ pagament

    Il-finanzjament għandu jitħallas skont l-iskeda u l-arranġamenti li ġejjin.

    I.5.1   Prefinanzjament

    Il-pagament ta’ prefinanzjament ta’ EUR [daħħal ammont], li jirrappreżenta [100 % awtomatikament, inkella daħħal il-perċentwal deċiż mill-Parlament Ewropew] tal-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu I.4 ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, għandu jsir lill-benefiċjarju fi żmien 30 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew, jekk applikabbli, mid-data meta l-Parlament Ewropew jirċievi l-garanzija finanzjarja ta’ EUR [daħħal l-ammont], skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

    I.5.2   Pagament tal-bilanċ jew irkupru ta’ prefinanzjament imħallas indebitament

    Il-bilanċ tal-finanzjament għandu jitħallas lill-benefiċjarju jew kwalunkwe prefinanzjament imħallas indebitament għandu jiġi rkuprat fi żmien 30 jum wara d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport annwali u d-determinazzjoni tal-ammont finali tal-finanzjament kif speċifikat fl-Artikolu II.24.

    I.5.3   Munita

    Il-pagamenti għandhom isiru mill-Parlament Ewropew f’euro. Kwalunkwe konverżjoni tal-kosti reali f’euro għandha ssir bir-rata ta’ kuljum ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew inkella, fin-nuqqas ta’ dan, bir-rata menswali tal-kontabilità stabbilita mill-Parlament Ewropew u ppubblikata fis-sit tiegħu tal-Internet, fil-ġurnata meta tinħareġ l-ordni ta’pagament mill-Parlament Ewropew, ħlief fejn it-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali espressament jispeċifikaw mod ieħor.

    Il-pagamenti mill-Parlament Ewropew għandhom jitqiesu li jkunu saru fid-data li fiha jiġu ddebitati mill-kont tal-Parlament Ewropew.

    Artikolu I.6

    Kont bankarju

    Il-pagamenti għandhom isiru f’kont jew subkont bankarju miżmum mill-benefiċjarju fil-bank stabbilit fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, denominat f’euro, u li d-dettalji tiegħu jidhru hawn taħt:

    Isem il-bank: […]

    Indirizz tal-fergħa bankarja fejn hu miżmum il-kont: […]

    Id-denominazzjoni eżatta tad-detentur tal-kont: […]

    Numru tal-kont sħiħ (inklużi l-kodiċijiet bankarji): […]

    IBAN: […]

    KODIĊI BIC/SWIFT: […]

    Artikolu I.7

    Dispożizzjonijiet amministrattivi ġenerali

    Kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew b’rabta mad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha ssir bil-miktub, għandha tinkludi n-numru tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u għandha tintbagħat f’dan l-indirizz:

    Parlament Ewropew

    Il-President

    c/o Direttur Ġenerali tal-Finanzi

    Uffiċċju SCH 05B031

    2929 Lussemburgu

    Il-posta ordinarja għandha titqies li ġiet irċevuta mill-Parlament Ewropew fid-data li hija tkun uffiċjalment irreġistrata mis-Servizz Postali tal-Parlament Ewropew.

    Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament hija indirizzata lill-benefiċjarju taħt dan l-indirizz:

    Sinjur/Sinjura […]

    [Funzjoni]

    [Isem uffiċjali tal-korp benefiċjarju]

    [Indirizz uffiċjali sħiħ]

    Kwalunkwe tibdil fl-indirizz tal-benefiċjarju għandu jiġi kkomunikat lill-Parlament Ewropew bil-miktub mingħajr dewmien.

    Artikolu I.8

    Dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni

    Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha tiġi ffirmata f’isem il-Parlament Ewropew.

    II.   KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI

    PARTI A: DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI

    Artikolu II.1

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament:

    (1)

    “rapport ta’ attività” tfisser ġustifikazzjoni bil-miktub tal-kosti mġarrba matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà. Pereżempju, spjegazzjoni tal-attivitajiet, kosti amministrattivi, eċċ. Ir-rapport tal-attività huwa parti mir-rapport annwali;

    (2)

    “rapport annwali” tfisser rapport li jrid jiġi ppreżentat fi żmien sitt xhur wara li tagħlaq is-sena finanzjarja skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u l-Artikolu 204l tar-Regolament Finanzjarju;

    (3)

    “bilanċ tal-finanzjament” tfisser id-differenza bejn l-ammont ta’ prefinanzjament skont l-Artikolu I.5.1 u l-ammont finali tal-finanzjament stabbilit skont l-Artikolu II.24.4;

    (4)

    “ikklerjar tal-prefinanzjament” tfisser sitwazzjoni fejn l-ammont finali tal-finanzjament huwa stabbilit mill-uffiċjal awtorizzanti u l-ammont imħallas lill-benefiċjarju m’għaduxil-proprjetà tal-Unjoni;

    (5)

    “kunflitt ta’ interessi” tfisser sitwazzjoni fejn l-implimentazzjoni imparzjali u oġġettiva tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-benefiċjarju tkun kompromessa għal raġunijiet li jinvolvu lill-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità nazzjonali, l-interess ekonomiku, jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma’ kwalunkwe parti terza relatata mal-kwistjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. L-affinità politika, fil-prinċipju, ma tikkostitwixxix raġuni għal kunfitt ta’ interessi fil-każ ta’ ftehimiet konklużi bejn il-partit politiku u organizzazzjonijiet li jħaddnu l-istess valuri politiċi. Madankollu, fil-każ ta’ ftehim bħal dan, il-konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 trid tiġi osservata;

    (6)

    “kontribuzzjonijiet in natura” jew “offerta in natura” t-tnejn jfissru riżorsi mhux finanzjarji, imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju mingħajr ħlas minn partijiet terzi, skont l-Artikolu 2(7) u 2(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (7)

    “sena finanzjarja N” jew “perjodu ta’ eliġibbiltà” it-tnejn ifissru l-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-attivitajiet li għalihom ġie mogħti l-finanzjament skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, kif speċifikat fl-Artikolu I.2;

    (8)

    “force majeure” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni jew avveniment mhux previst u eċċezzjonali li jmur lil hinn mill-kontroll tal-benefiċjarju jew tal-Parlament Ewropew li jipprevjeni lil kwalunkwe wieħed minnhom milli jissodisfa l-obbligi tagħhom taħt id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, li ma huwiex attribwibbli għal żball jew negliġenza min-naħa tagħhom jew min-naħa ta’ sottokuntratturi, entitajiet affiljati jew partijiet terzi li jirċievu appoġġ finanzjarju u li jkun inevitabbli minkejja li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta. Dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu invokati bħala force majeure: tilwim industrijali, strikes, diffikultajiet finanzjarji jew kwalunkwe difett ta’ servizz, difett f’tagħmir jew f’materjali jew dewmien biex isiru disponibbli, kemm-il darba ma jkunux ġejjin direttament minn każ rilevanti ta’ force majeure;

    (9)

    “formalment innotifika” tfisser kommunikzzjoni bil-miktub permezz tal-posta jew tal-posta elettronika bi prova tal-kunsinna;

    (10)

    “frodi” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni relatati mal-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, jew man-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni bi ksur ta’ obbligu speċifiku;

    (11)

    “finanzjament” tfisser “kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti” skont it-termini tat-Tieni Parti, Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju u tal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (12)

    “irregolarità” tfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew ommissjoni min-naħa tal-benefiċjarju, li jkollu, jew jista’ jkollu l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni;

    (13)

    “riżorsi proprji” tfisser sorsi esterni ta’ finanzjament li mhumiex finanzjament mill-Unjoni. Pereżempju: donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet minn membri (kif definit fil-punti (7) u (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014)), eċċ.;

    (14)

    “persuna relatata” tfisser kwalunkwe persuna li għandha s-setgħa li tirrappreżenta lill-benefiċjarju jew li tieħu deċiżjonijiet f’ismu;

    (15)

    “żball sostanzjali” tfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament li jirriżulta minn att jew ommissjoni, li jikkawża jew jista’ jikkawża telf għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu II.2

    Obbligi ġenerali tal-benefiċjarju

    Il-benefiċjarju:

    (a)

    għandu jkollu r-responsabbiltà unika u l-oneru tal-prova tal-konformità ma’ kwalunkwe obbligu legali li jaqa’ fuqu;

    (b)

    għandu jkun mitlub jagħmel tajjeb għal kull dannu li sofra l-Parlament Ewropew bħala riżultat tal-implimentazzjoni, inkluża l-implimentazzjoni żbaljata, tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, ħlief fil-każijiet ta’ force majeure;

    (c)

    għandu jkun l-uniku wieħed responsabbli fir-rigward ta’ partijiet terzi, inkluż għal dannu ta’ kwalunkwe għamla li dawn ikunu sofrew waqt l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

    (d)

    għandu jinforma lill-Parlament Ewropew minnufih bi kwalunkwe tibdil fis-sitwazzjoni legali, finanzjarja, teknika, organizzattiva jew ta’ sjieda tiegħu u bi kwalunkwe tibdil f’ismu, fl-indirizz jew fir-rappreżentant legali tiegħu;

    (e)

    għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjeni li jinqala’ kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

    Artikolu II.3

    Obbligi marbuta mal-kont tal-bank

    Il-kont jew is-subkont speċifikati fl-Artikolu I.6 jridu jippermettu l-identifikazzjoni tal-ammonti mħallsa mill-Paralment Ewropew u jrid ikun riservat esklussivament biex jilqa’ fih l-ammonti msemmija fl-Artikolu I.5 mħallsa mill-Parlament Ewropew.

    Jekk l-ammonti mħallsa għal ġo dan il-kont bħala prefinanzjament jirrendu imgħax jew benefiċċji ekwivalenti skont iil-liġi tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab miftuħ il-kont, tali mgħax jew benefiċċji għandhom jiġu rkuprati mill-Parlament Ewropew suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu II.25, skont l-Artikolu 204k(5) tar-Regolament Finanzjarju. malArtikolu 204k(5) tar-Regolament Finanzjarju.

    L-ammonti mħallsa mill-Parlament Ewropew ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jintużaw għal skopijiet ta’ spekulazzjoni.

    Il-prefinanzjament għandu jibqa’ proprjetà tal-Unjoni sakemm jiġi kklerjat permezz tat-tnaqqis tiegħu mill-ammont finali tal-finanzjament.

    Artikolu II.4

    Responsabbiltà għad-danni

    Il-Parlament Ewropew ma jista jinżamm responsabbli għall-ebda dannu kkawżat jew imġarrab mill-benefiċjarju, inkluż kwalunkwe dannu kkawżat lil partijiet terzi matul l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew b’konsegwenza ta’ tali implimentazzjoni.

    Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, il-benefiċjarju jew il-persuna relatata għandha tikkumpensa lill-Parlament Ewropew għal kwalunkwe dannu li jġarrab bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew għaliex id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament ma tkunx ġiet implimentata b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tiegħu.

    Artikolu II.5

    Kunfidenzjalità

    Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u f’atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju jintrabtu li jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe dokument, informazzjoni jew materjal ieħor direttament relatat mas-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

    Artikolu II.6

    Ipproċessar ta’ data personali

    Kwalunkwe data ta’ natura personali miġbura fil-kuntest tad-Deċizjoni ta’ Finanzjament għandha tiġi proċessata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

    Tali data għandha tiġi pproċessata biss għall-iskop tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mingħajr preġudizzju għall- għall-possibbiltà li din id-data tiġi kkomunikata lill-korpi responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tal-awditjar u l-verifika b’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

    Artikolu II.7

    Żamma ta’ rekords

    B’konformità mal-Artikolu 204o tar-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jżomm ir-rekords u d-dokumenti ġustifikattivi kollha li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għal ħames snin wara l-ippreżentazzjoni tar-rapport annwali, inklużi d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali msemmija fl-Artikolu 204l(1) tar-Regolament Finanzjarju.

    Ir-rekords relatati mal-awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew is-saldu ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw mill-użu tal-finanzjament għandhom jinżammu sa tmiem tali awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew saldu ta’ pretensjonijiet.

    Artikolu II.8

    Viżibilità tal-finanzjament mill-unjoni

    II.8.1   Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni

    Sakemm il-Parlament Ewropew ma jitlobx jew ma jaqbilx mod ieħor, kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni tal-benefiċjarju li tikkonċerna d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, inkluż f’konferenza, seminar jew fi kwalunkwe materjal ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni (bħalma huma brochures, fuljetti, posters, preżentazzjonijiet, f’forma elettronika, eċċ.), għandha tindika li l-programm ikun irċieva għajnuna finanzjarja mingħand il-Parlament Ewropew.

    II.8.2   Ċaħdiet li jeskludu r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew

    Kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni mill-benefiċjarju, fi kwalunkwe forma u bi kwalunkwe mezz, għandha tindika li r-responsabbli uniku hu l-awtur u li l-Parlament Ewropew ma hu responsabbli għall-ebda użu li jista’ jsir tal-informazzjoni misjuba fihom.

    II.8.3   Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew

    Il-Parlament Ewropew jippubblika fuq sit web l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    Artikolu II.9

    Għoti ta’ kuntratti mill-benefiċjarju

    II.9.1   Prinċipji

    Skont l-Artikolu 204b(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-finanzjament jista’ jintuża għar-rimbors tan-nefqa relatata ma’ kuntratti konklużi mill-benefiċjarju, sakemm ma kien hemm l-ebda kunflitt ta’ interessi meta kienu ngħataw.

    Għall-kuntratti b’valur ta’ aktar minn EUR 60 000 għal kull fornitur u għal kull beni jew servizz, il-benefiċjarju għandu jiġbor mill-inqas tliet offerti irċevuti bi tweġiba għal stedina bil-miktub biex jintefgħu l-offerti li tagħti fid-dettall ir-rekwiżiti għall-akkwist. Id-durata tal-kuntratti kkonċernati m’għandhiex taqbeż il-ħames snin.

    Jekk ikun hemm inqas minn tliet offerti bi tweġiba għall-istedina bil-miktub għat-tfigħ tal-offerti, il-benefiċjarju għandu jkun meħtieġ li jagħti provi li kien impossibbli li jikseb aktar offerti għall-akkwist inkwistjoni.

    II.9.2   Żamma ta’ rekords

    Il-benefiċjarju għandu jżomm rekord tal-evalwazzjoni tal-offerti u għandu jiġġustifika bil-miktub l-għażla tiegħu tal-fornitur finali.

    II.9.3   Kontroll

    Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-Parlament Ewropew, l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta’ kontroll skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u skont l-Artikolu 204n tar-Regolament Finanzjarju. Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-kuntratti konklużi ma’ partijiet terzi jiddisponu għall-possibilità li dawk is-setgħat ta’ kontroll jistgħu jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dawk il-partijiet terzi.

    II.9.4   Responsabbiltà

    Il-benefiċjarju għandu jkun l-uniku wieħed responsabbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u l-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Il-benefiċjarju għandu jintrabat li jagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiżgura li l-kuntrattur jaċċetta li jirrinunzja għad-drittijiet kollha fil-konfront tal-Parlament Ewropew taħt id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

    Artikolu II.10

    Force majeure

    Jekk jew il-Parlament Ewropew jew il-benefiċjarju jiffaċċjaw sitwazzjoni ta’ force majeure, dawn għandhom jinformaw lil xulxin mingħajr dewmien, permezz ta’ ittra rreġistrata li jkollha rċevuta li tagħti prova tal-kunsinna jew ekwivalenti, liema ittra tiddikjara n-natura, id-durata probabbli u l-effetti probabbli tas-sitwazzjoni inkwistjoni.

    Il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju għandhom jagħmlu kull sforz biex inaqqsu kemm jista’ jkun kwalunkwe ħsara li tista’ tiġi kkawżata minn sitwazzjoni ta’ force majeure.

    La l-Parlament Ewropew u lanqas il-benefiċjarju m’għandhom jitqiesu li jkunu kisru xi obbligu tagħhom skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jekk dawn ikunu nżammu milli jissodisfaw dak l-obbligu minħabba każ ta’ force majeure.

    Artikolu II.11

    Sospensjoni tal-pagament ta’ finanzjament

    II.11.1   Raġunijiet għas-sospensjoni

    Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jissospendi l-pagament tal-finanzjament, skont ir-regoli applikabbli taħt ir-Regolament Finanzjarju, fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    (i)

    meta jissuspetta li l-benefiċjarju jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi relatati mal-użu tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 204k tar-Regolament Finanzjarju sakemm dak is-suspett jiġi vverifikat; jew

    (ii)

    meta l-benefiċjarju jkun ġie soġġett għal sanzjonijiet finanzjarji previsti fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 sa meta s-sanzjoni finanzjarja tkun tħallset.

    II.11.2   Proċedura għal sospensjoni

    L-Ewwel Pass — Qabel ma jissospendi l-pagament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ sospensjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għaliex jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jippreżenta l-osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

    It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jkomplix il-proċedura ta’ sospensjoni, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

    Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jwettaq il-proċedura ta’ sospensjoni, hu għandu jinforma formalment lill-benefiċjarju, permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar is-sospensjoni, fejn jinfurmah:

    (i)

    bid-data indikattiva tat-tlestija tal-verifika neċessarja fil-każ imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu II.11.1; u

    (ii)

    bi kwalunkwe rimedju legali.

    II.11.3   Effetti tas-sospensjoni

    Is-sospensjoni tal-pagament għandu jkollha l-effett li l-benefiċjarju ma jkun intitolat li jirċievi l-ebda pagament mill-Parlament Ewropew sa meta l-verifika msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu II.11.2, fl-ambitu tat-Tieni Pass, tkun tlestiet għalkollox jew ir-raġuni għas-sospensjoni ma tibqax tapplika. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jwaqqaf il-finanzjament jew li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

    II.11.4   Tkomplija tal-pagament

    Mill-mument meta r-raġuni għas-sospensjoni tal-pagament ma tibqax tapplika, il-pagamenti kollha kkonċernati għandhom jitkomplew u l-Parlament Ewropew għandu jinnotifika b’dan lill-benefiċjarju.

    Artikolu II.12

    Irtirar tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-Parlament Ewropew

    II.12.1   Raġunijiet għall-irtirar

    Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-Awtorità li tneħħi lill-benefiċjarju mir-Reġistru, ħlief fil-każijiet previsti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    II.12.2   Proċedura għall-irtirar

    L-Ewwel Pass — Qabel l-irtirar tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu formalment jinnotifika lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu li jirtira, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għaliex jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jippreżenta l-osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

    It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jirtirax id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

    Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar l-irtirar.

    Kwalunkwe ammont imħallas indebitament lill-benefiċjarju għandu jiġi rkuprat skont ir-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju.

    II.12.3   Effetti tal-irtirar

    Id-deċiżjoni li d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tiġi rtirata għandu jkollha effett retroattiv mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

    Artikolu II.13

    Terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament

    II.13.1   Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju

    Il-benefiċjarju jista’ jitlob li d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tiġi terminata.

    Il-benefiċjarju għandu jinnotifika formalment lill-Parlament Ewropew dwar it-terminazzjoni, filwaqt li jiddikjara:

    (a)

    ir-raġunijiet għat-terminazzjoni; u

    (b)

    id-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, li ma għandhiex tkun qabel id-data li fiha tkun intbagħtet in-notifika.

    It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum speċifikat fid-deċiżjoni ta’ terminazzjoni.

    II.13.2   Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew

    (a)   Raġunijiet għat-terminazzjoni

    Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jtemm id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    (a)

    fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-Awtorità li tneħħi lill-benefiċjarju mir-Reġistru, fil-każijiet previsti fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (b)

    jekk il-benefiċjarju ma jibqax konformi mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (c)

    jekk il-Parlament Ewropew jistabbilixxi li l-benefiċjarju jkun naqas milli jikkonforma mal-obbligi relatati mal-użu tal-kontribuzzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 204k tar-Regolament Finanzjarju;

    (d)

    jekk il-benefiċjarju jiġi ddikjarat fallut, ikun għaddej minn proċedura ta’ xoljiment jew ikun is-suġġett ta’ kwalunkwe proċedura oħra simili.

    (b)   Proċedura għal terminazzjoni

    L-Ewwel Pass — Qabel it-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ terminazzjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għala jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jressaq osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

    It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jtemmx id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

    Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jittermina d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar it-terminazzjoni.

    It-terminazzjoni għandha ssir effettiva fid-data speċifikata fid-deċiżjoni ta’ terminazzjoni.

    II.13.3   Effetti tat-terminazzjoni

    Id-deċiżjoni li tintemm id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tidħol fis-seħħ ex nunc. Il-kosti attwalment imġarrba mill-benefiċjarju mill-jum li tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni ta’ terminazzjoni għandhom jiġu kkwalifikati bħala nefqa mhux rimborsabbli.

    Artikolu II.14

    Ċessjoni

    Il-benefiċjarju ma jista’ jċedi l-ebda waħda mit-talbiet tiegħu għall-ħlas kontra l-Parlament Ewropew lill-ebda parti terza, ħlief jekk dan ikun approvat minn qabel mill-Parlament Ewropew abbażi ta’ talba motivata u bil-miktub mill-benefiċjarju.

    Jekk il-Parlament Ewropew ma jaċċettax bil-miktub iċ-ċessjoni jew il-kundizzjonijiet ta’ tali ċessjoni ma jiġux osservati, iċ-ċessjoni ma jkollha l-ebda effett legali.

    Ċessjoni taħt l-ebda ċirkostanza ma tista’ teżenta lill-benefiċjarju mill-obbligi tiegħu lejn il-Parlament Ewropew.

    Artikolu II.15

    Imgħax ta’ inadempjenza

    Jekk il-Parlament Ewropew ma jħallasx fil-limiti ta’ żmien għall-ħlas, il-benefiċjarju għandu jkun intitolat għal imgħax ta’ inadempjenza bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu f’euro (ir-“rata ta’ referenza”), biż-żieda ta’ tliet punti u nofs. Ir-rata ta’ referenza hija r-rata fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-ħlas, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Jekk il-Parlament Ewropew jissospendi l-pagamenti kif jiddisponi l-Artikolu II.11, dawn l-azzjonijiet jistgħu ma jiġux ikkunsidrati bħala każijiet ta’ inadempjenza.

    L-imgħax ta’ inadempjenza jkopri l-perjodu li jibda mill-jum wara d-data dovuta għall-pagament sa, u inkluża, id-data tal-pagament attwali.

    Bħala eċċezzjoni għall-ewwel subparagrafu, jekk l-imgħax ikkalkulat ikun ta’ inqas minn EUR 200 jew ugwali għal dan l-ammont, il-Parlament Ewropew għandu jiġi rikjest iħallas dan l-ammont lill-benefiċjarju biss jekk il-benefiċjarju jitlob dan fi żmien xahrejn minn meta jirċievi ħlas tardiv.

    Artikolu II.16

    Liġi applikabbli

    Din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament hija rregolata mil-liġi applikabbli tal-Unjoni, u b’mod partikolari mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u r-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju li japplikaw b’mod sħiħ. Dawn huma kkomplementati, fejn meħtieġ, mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-benefiċjarju għandu s-sede tiegħu.

    Artikolu II.17

    Dritt għal smigħ

    F’każijiet fejn, taħt din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-benefiċjarju jkun intitolat biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, il-benefiċjarju għandu jingħata perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, ħlief fejn previst espressament mod ieħor, biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu bil-miktub. Dan il-perjodu jista’, fuq talba motivata tal-benefiċjarju, jiġi estiż darba b’għaxart ijiem ta’ xogħol oħra.

    PARTI B: DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

    Artikolu II.18

    Nefqa rimborsabbli

    II.18.1   Kundizzjonijiet

    Sabiex jitqiesu eliġibbli għal rimbors minn finanzjament mill-Unjoni, u skont l-Artikolu 204k tar-Regolament Finanzjarju, il-kosti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

    (a)

    ikunu direttament relatati mas-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u previsti fl-istima ta’ baġit annessa mad-Deċiżjioni ta’ Finanzjament;

    (b)

    ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

    (c)

    ikunu raġonevoli u ġustifikati, u konformi mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza;

    (d)

    ikunu ġġenerati matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà kif definit fl-Artikolu I.2, bl-eċċezzjoni ta’ kosti relatati ma’ rapporti annwali jew ċertifikati dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji jew kontijiet ta’ bażi;

    (e)

    ikunu verament intefqu mill-benefiċjarju;

    (f)

    ikunu identifikabbli u verifikabbli, u mniżżla fil-kontijiet tal-benefiċjarju, skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli għalih;

    (g)

    ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-liġijiet applikabbli tat-taxxa u soċjali;

    (h)

    ikunu konformi mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1, u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1.

    Il-proċeduri tal-kontabilità u tal-kontroll intern tal-benefiċjarju jridu jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni diretta tal-kosti u d-dħul iddikjarat fir-rapport annwali mar-rapporti finanzjarji u d-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti.

    II.18.2   Eżempji ta’ nfiq rimborsabbli

    B’mod partikulari u, jekk jissodisfaw il-kriterji stipulati fl-Artikolu II.18.1, il-kosti tal-operat li ġejjin għandhom jitqiesu bħala rimborsabbli mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 204K tar-Regolament Finanzjarju:

    (a)

    kosti amministrattivi u kosti relatati ma’ assistenza teknika, laqgħat, riċerka, avvenimenti transfruntiera, studji, informazzjoni u pubblikazzjonijiet;

    (b)

    kosti relatati mal-persunal, li jinkludu s-salarji attwali, kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali u kosti oħra statutorji inklużi fir-remunerazzjoni, sakemm dawn ma jaqbżux ir-rati medji skont il-politika normalment segwita mill-benefiċjarju dwar ir-remunerazzjoni;

    (c)

    spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-persunal, sakemm dawn ikunu konsistenti man-norma applikata mill-benefiċjarju rigward il-kosti tal-ivvjaġġar;

    (d)

    il-kosti ta’ deprezzament ta’ tagħmir jew assi oħra (ġodda jew użati) kif irreġistrati fir-rapporti kontabilistiċi tal-benefiċjarju, sakemm l-assi:

    (i)

    jiġu deprezzati skont standards internazzjonali tal-kontabilità u l-prassi normali tal-kontabilità tal-benefiċjarju u

    (ii)

    ikunu mixtrija skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1 jekk ix-xiri jseħħ fi ħdan il-perjodu ta’ eliġibbiltà;

    (e)

    il-kosti ta’ oġġetti għall-konsum u provvisti u kuntratti oħra, sakemm dawn ikunu:

    (i)

    mixtrija skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1; u

    (ii)

    assenjati direttament lis-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

    (f)

    kosti li huma riżultat dirett ta’ ħtiġiet imposti mid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament inklużi, jekk japplika, il-kosti ta’ servizzi finanzjarji (b’mod partikolari il-kosti ta’ garanziji finanzjarji), bil-kundizzjoni li s-servizzi korrispondenti jkunu mixtrija skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1;

    (g)

    appoġġ finanzjarju għall-entitajiet assoċjati tal-benefiċjarju li ġejjin: [daħħal l-ismijiet tal-entitajiet assoċjati, bħal organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u tan-nisa, kif ikkomunikat mal-applikazzjoni għal finanzjament] bil-kundizzjoni li l-appoġġ finanzjarju għal kull entità ma jaqbiżx EUR 100 000, li jiġi wżat mill-entità assoċjata għan-nefqa rimborsabbli, li somma f’daqqa mħallsa lill-entità assoċjat ma teċċediex kwart tal-appoġġ finanzjarju totali lil dik l-entità, u li l-benefiċjarju jiggarantixxi rkupru possibbli ta’ dan l-appoġġ finanzjarju.

    Artikolu II.19

    Infiq mhux rimborsabbli

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu II.18.1 ta’ din id-Deċiżjoni u għall-Artikolu 204K tar-Regolament Finanzjarju, il-kosti li ġejjin m’għandhomx jitqiesu rimborsabbli:

    (a)

    ir-redditu fuq il-kapital u d-dividendi mħallsa mill-benefiċjarju;

    (b)

    id dejn u l-ispejjeż għas-servizz tad-dejn;

    (c)

    id-dispożizzjonijiet għal telf jew djun;

    (d)

    l-imgħax dovut;

    (e)

    id-djun dubjużi;

    (f)

    it-telf fuq il-kambju;

    (g)

    il-kosti tat-trasferimenti mill-Parlament Ewropew imposti mill-bank tal-benefiċjarju;

    (h)

    il-kosti ddikjarati mill-benefiċjarju fil-qafas ta’ azzjoni oħra li tirċievi għotja ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni;

    (i)

    il-kontribuzzjonijiet in natura;

    (j)

    in-nefqa żejda jew irresponsabbli;

    (k)

    il-VAT deduċibbli;

    (l)

    il-finanzjament projbit ta’ ċerti partijiet terzi skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u l-Artikolu 204b(3) tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu II.20

    Kontribuzzjonijiet in natura

    Il-Parlament Ewropew għandu jippermetti lill-benefiċjarju li jirċievi kontribuzzjonijiet in natura matul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, sakemm il-valur ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet ma jeċċedix:

    (a)

    il-kosti li fil-fatt saru u ppruvati debitament b’dokumenti ta’ rendikont tal-partijiet terzi li għamlu dawn il-kontribuzzjonijiet lill-benefiċjarju bla ħlas imma li jġarrbu l-kosti korrispondenti;

    (b)

    fin-nuqqas ta’ dawn id-dokumenti, il-kosti li jikkorrispondu għal dawk ġeneralment aċċettati fis-suq partikolari;

    (c)

    il-valur tagħhom kif aċċettati fl-istima ta’ baġit;

    (d)

    50 % tar-riżorsi proprji aċċettati fl-istima ta’ baġit.

    Kontribuzzjonijiet in natura:

    (a)

    għandhom jiġu ppreżentati separatament fl-istima ta’ baġit, sabiex dawn jirriflettu r-riżorsi kollha;

    (b)

    għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE, Eurotom) Nru 1141/2014, kif ukoll mar-regoli tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali nazzjonali;

    (c)

    għandhom biss jiġu aċċettati fuq bażi provviżorja, soġġett għal ċertifikazzjoni mill-awditur estern u mill-aċċettazzjoni fid-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament;

    (d)

    ma għandhomx ikunu f’forma ta’ proprjetà immobbli.

    Artikolu II.21

    Trasferimenti tal-baġit

    Il-benefiċjarju għandu jingħata permess jaġġusta l-istima ta’ baġit stabbilita fl-Anness, permezz ta’ trasferimenti bejn kategoriji differenti tal-baġit. Dan l-aġġustament ma għandux jesiġi emenda tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Tali trasferimenti għandhom jiġu ġġustifikati fir-rapport annwali.

    Artikolu II.22

    Obbligi ta’ rapportar

    II.22.1   Rapport annwali

    Preferibbilment sal-15 ta’ Mejju u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju wara tmiem is-sena finanzjarja N, il-benefiċjarju għandu jissottometti rapport annwali, li ser ikun magħmul kif ġej:

    (a)

    dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u noti li jakkumpanjawhom, li jkopru d-dħul u l-kosti tal-benefiċjarju, l-assi u l-obbligazzjonijiet fil-bidu u fit-tmiem tas-sena finanzjarja, skont il-liġi applikabbli fl-Istat Membru tas-sede tal-benefiċjarju;

    (b)

    dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali abbażi tal-istandards internazzjonali tal-kontabilità definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

    (c)

    lista ta’ donaturi u kontributuri u d-donazzjonijiet jew il-kontribuzzjonijiet korrispondenti tagħhom irrapurtati skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE, Euratom) No 1141/2014;

    (d)

    rapport ta’ attività;

    (e)

    dikjarazzjoni finanzjarja bbażata fuq l-istruttura tal-istima ta’ baġit;

    (f)

    dettalji tal-kontijiet fir-rigward ta’ dħul, kosti, assi u obbligazzjonijiet;

    (g)

    rikonċiljazzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (e) b’dettalji tal-kontijiet imsemmija fil-punt (f);

    (h)

    lista ta’ fornituri li f’sena finanzjarja partikolari talbu lill-benefiċjarju aktar minn EUR 10 000, li tispeċifika l-isem u l-indirizz tal-fornitur kif ukoll in-natura tal-oġġetti jew is-servizzi pprovduti.

    L-informazzjoni inkluża fir-rapport annwali trid tkun biżżejjed biex jiġi stabbilit l-ammont finali tal-finanzjament.

    II.22.2   Rapport tal-awditjar estern

    Il-Parlament Ewropew għandu jirċievi direttament mingħand il-korpi jew l-esperti esterni indipendenti, maħtura skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, ir-rapport tal-awditjar estern kif speċifikat fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    L-iskop tal-awditjar estern għandu jkun dak li jiċċertifika l-affidabilità tar-rapporti finanzjarji u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tagħhom, u b’mod partikolari li:

    (a)

    id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tħejjew f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-benefiċjarju, ma fihomx dikjarazzjonijiet materjali foloz u juru perspettiva vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja u tar-riżultati operattivi;

    (b)

    id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tħejjew skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

    (c)

    il-kosti ddikjarati verament saru;

    (d)

    id-dikjarazzjoni tad-dħul tkun eżawrjenti;

    (e)

    id-dokumenti finanzjarji preżentati mill-benefiċjarju lill-Parlament ikunu konsistenti mad-dispożizzjonijiet finanzjarji tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

    (f)

    l-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, b’mod partikolari mill-Artikolu 20 tiegħu, ikunu ġew issodisfati;

    (g)

    l-obbligi skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, b’mod partikolari l-Artikolu II.9 u l-Artikolu II.18, twettqu;

    (h)

    il-kontribuzzjoni in natura realment ikunu ngħataw lill-benefiċjarju u ġew valutati f’konformità mar-regoli applikabbli;

    (i)

    kwalunkwe parti mhux użata tal-finanzjament tal-Unjoni tkun ġiet riportata għas-sena finanzjarja li jmiss;

    (j)

    il-parti mhux użata ta’ finanzjament tal-Unjoni tkun intużat f’konformità mal-Artikolu 204k(2) tar-Regolament Finanzjarju;

    (k)

    kwalunkwe eċċess ta’ riżorsi proprji ikun ġie trasferit lejn ir-riżerva;

    Artikolu II.23

    Deċiżjoni dwar ir-rapport annwali

    Sat-30 ta’ Settembru tas-sena li tiġi wara s-sena finanzjarja N, il-Parlament Ewropew għandu japprova jew jirrifjuta r-rapport annwali, kif speċifikat fl-Artikolu II.22.1.

    Jekk il-Parlament Ewropew ma jagħtix tweġiba bil-miktub fi żmien perjodu ta’ sitt xhur wara li jirċievi r-rapport annwali, ir-rapport annwali għandu jitqies li jkun ġie approvat.

    L-approvazzjoni tar-rapport annwali huwa mingħajr preġudizzju għall-istabbiliment tal-ammont ta’ finanzjament finali skont l-Artikolu II.24 li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew jieħu deċiżjoni finali dwar l-eliġibbiltà tal-kosti.

    Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju sabiex ikun f’pożizzjoni li jieħu deċiżjoni dwar ir-rapport annwali. Fil-każ ta’ tali talba, id-data ta’ skadenza għad-deċiżjoni dwar ir-rapport annwali għandha tkun prorogata sakemm tali informazzjoni mitluba tkun waslet u ġiet evalwata mill-Parlament Ewropew.

    Jekk ir-rapport annwali jkun vizzjat minn nuqqasijiet sostanzjali, il-Parlament Ewropew jista’ jirrifjutah mingħajr ma jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju u jista’ jitlob li l-benefiċjarju jissottometti rapport ġdid fi żmien 15-il jum ta’ xogħol.

    Talbiet għal informazzjoni addizzjonali jew għal rapport ġdid għandhom isiru lill-benefiċjarju bil-miktub.

    Jekk ir-rapport annwali li jkun ġie ppreżentat inizjalment jiġi rrifjutat u jintalab rapport ġdid, għar-rapport il-ġdid għandha tapplika l-proċedura ta’ approvazzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu.

    Artikolu II.24

    Deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament

    II.24.1   Impatt tar-rapport annwali

    Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tistabbilixxi l-ammont finali ta’ finanzjament għandha tkun ibbażata fuq ir-rapport annwali approvat f’konformità mal-Artikolu II.23. F’każ ta’ ċaħda definittiva tar-rapport annwali mill-Parlament Ewropew jew in-nuqqas tal-benefiċjarju li jippreżenta rapport annwali fi żmien l-iskadenzi applikabbli, l-ebda kost rimborsabbli ma jista’ jiġi stabbilit mid-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament.

    II.24.2   Limitu

    L-ammont finali ta’ finanzjament għandu jkun limitat għall-ammont stipulat fl-Artikolu I.4. La m’għandu jeċċedi il-85 % tan-nefqa rimborsabbli indikata fl-istima ta’ baġit u lanqas il-85 % tan-nefqa rimborsabbli li tkun verament iġġarbet.

    II.24.3   Riport ta’ fondi mhux minfuqa

    Kwalunkwe parti mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intefqet fis-sena finanzjarja N li għaliha tkun ingħatat, għandha tkun riportata għas-sena finanzjarja N+1 u tintefaq fuq kwalunkwe nefqa rimborsabbli li tkun iġġarrbet sal-31 ta’ Diċembru tas-sena N+1. L-ammonti li jkun għad fadal mill-kontribuzzjonijiet tas-sena preċedenti ma jistgħux jintużaw għall-finanzjament tal-parti tan-nefqa li l-partiti politiċi Ewropej iridu jipprovdu mir-riżorsi proprji tagħhom.

    Il-benefiċjarju għandu l-ewwel juża parti mill-kontribuzzjoni li ma tkunx intużat fis-sena finanzjarja li għaliha l-kontribuzzjoni tkun ingħatat u huwa biss wara dan li tintuża kwalunkwe kontribuzzjoni mogħtija wara dik is-sena.

    II.24.4   Deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament

    Il-Parlament Ewropew se jikkontrolla jekk in-nefqa tkunx konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, ir-Regolament Finanzjarju u d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Kull sena huwa għandu jieħu deċiżjoni dwar l- ammont finali ta’ finanzjament, li għandha tiġi notifikata lill-benefiċjarju kif suppost.

    Jekk l-ammont tal-finanzjament definit fl-Artikolu I.4 intefaq kompletament matul is-sena N, l- ammont finali ta’ finanzjament għandu jiġi stabbilit wara l-għeluq ta’ dik is-sena finanzjarja, is-sena N+1.

    F’każ ta’ riporti ta’ fondi li ma ntefqux għas-sena finanzjarja N+1 skont l-Artikolu II.24.3, l-ammont ta’ finanzjament finali għas-sena N għandu jiġi stabbilit kif ġej:

    Pass Nru 1 : Fis-sena N+1, il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi fuq il-kosti rimborsabbli tas-sena finanzjarja N u l-ewwel parti tal-ammont ta’ finanzjament finali tas-sena N, li jikkorrispondu għal dawk il-kosti. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi l-ammont ta’ finanzjament li ma ntefaqx mogħti għas-sena finanzjarja N li għandu jiġi riportat għas-sena finanzjarja N+1;

    Pass Nru 2 : Fis-sena N+2, il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi fuq il-kosti rimborsabbli tas-sena finanzjarja N+1, li jiddeterminaw liema minnhom se jkunu koperti minn fondi li ma ntefqux riportati għas-sena finanzjarja N+1 (it-tieni parti mill-ammont tal-finanzjament finali).

    L-ammont ta’ finanzjament finali għas-sena N għandu jkun is-somma tal-ammonti stabbiliti fil-fażi 1 u 2.

    L-approvazzjoni tal-prefinanzjament issir fil-mument li jiġi stabbilit l-ammont finali tal-finanzjament. Fil-każ ta’ riport, trasferiment parzjali ta’ prefinanzjament iseħħ fil-mument ta’ kull waħda mill- fażijiet imsemmija qabel.

    II.24.5   Irkupru ta’ finanzjament mhux minfuq

    Kwalunkwe parti li jifdal tal-kontribuzzjoni mogħtija għas-sena N li ma tkunx intefqet sal-aħħar tas-sena N+1 għandha tkun irkuprata skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Ewwel Parti tar-Regolament Finanzjarju.

    II.24.6   Il-bilanċ tal-finanzjament

    Jekk il-prefinanzjament imħallas jeċċedi l-ammont finali tal-finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jirkupra l-prefinanzjament imħallas indebitament.

    Jekk l-ammont finali tal-finanzjament jeċċedi l-prefinanzjament imħallas, il-Parlament Ewropew għandu jħallas il-bilanċ.

    II.24.7   Bilanċ favorevoli ta’ riżorsi proprji

    (a)   Il-bini ta’ riżerva speċjali

    Il-benefiċjarju jista’ jibni riżerva speċjali mill-eċċess tar-riżorsi proprji.

    Il-bilanċ pożittiv ta’ riżorsi proprji li għandu jiġi trasferit lejn il-kont ta’ riżerva speċjali għandu jkun l-ammont tar-riżorsi proprji li jeċċedi is-somma ta’ riżorsi proprji meħtieġa biex ikopri 15 % tal-kosti rimborsabbli fil-fatt imġarrba fis-sena finanzjarja N. Il-benefiċjarju għandu l-ewwel ikun kopra l-kosti mhux rimborsabbli tas-sena finanzjarja N bl-użu tar-riżorsi proprji biss.

    Ir-riżerva għandha tintuża biss għall-fini ta’ kofinanzjament ta’ kosti rimborsabbli u mhux rimborsabbli li għandhom ikunu koperti minn riżorsi proprji waqt l-implimentazzjoni ta’ kwalunkwe Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-futur.

    (b)   Profitt

    Il-profitt hu definit bħala eċċess ta’ introjtu fuq in-nefqa.

    L-introjtu jinkludi finanzjament mill-baġit tal-Unjoni u r-riżorsi proprji tal-benefiċjarju.

    Il-kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi għal avvenimenti konġunti ma għandhomx jiġu kkunsidrati bħala parti mir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju. Barra minn hekk, il-benefiċjarju ma għandux jirċievi direttament jew indirettament finanzjament ieħor mill-baġit tal-Unjoni. B’mod partikolari, id-donazzjonijiet mill-baġits tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew għandhom jiġu pprojbiti.

    L-eċċess allokat għar-riżerva speċjali mhux se jitqies għall-kalkolu tal-profitt.

    (c)   Irkupru

    Il-finanzjament jista’ ma jipproduċix profitt għall-benefiċjarju. Il-Parlament Ewropew għandu jkun intitolat li jirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kosti rimborsabbli.

    Artikolu II.25

    Imgħax fuq il-prefinanzjament

    Il-benefiċjarju għandu jgħarraf lill-Parlament Ewropew bl-ammont ta’ imgħax jew benefiċċji ekwivalenti ġġenerati mill-prefinanzjament li jkun irċieva mill-Parlament Ewropew.

    Il-Parlament Ewropew għandu jnaqqas l-imgħax iġġenerat mill-prefinanzjament meta jikkalkula l-ammont finali tal-finanzjament. L-imgħax m’għandhux jiġi inkluż fir-riżorsi proprji.

    Artikolu II.26

    Irkupru

    Jekk ammonti ġew imħallsa indebitament lill-benefiċjarju jew jekk proċedura ta’ rkupru tkun ġustifikata skont it-termini u l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jew ir-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jrodd lura l-ammonti kkonċernati lill-Parlament Ewropew, skont it-termini u l-kundizzjonijiet u sad-data ta’ skadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew.

    II.26.1   Imgħax għal dewmien fil-pagament

    Jekk il-benefiċjarju jonqos li jħallas lura sal-iskadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew, il-Parlament Ewropew għandu jinponi l-imgħax għal dewmien fil-pagament bir-rata stabbilita fl-Artikolu II.15. L-imgħax għal dewmien fil-pagament għandu jkopri l-perjodu bejn tmiem l-iskadenza stabbilita għall-pagament lura u d-data li fiha l-Parlament Ewropew jirċievi l-pagament lura sħiħ, inklużi.

    Kull rimbors parzjali għandu jiddaħħal l-ewwel taħt l-ispejjeż u l-imgħax għal dewmien fil-pagament u biss wara taħt il-kapital.

    II.26.2   Tpaċija

    Jekk l-ebda pagament ma jsir sad-data ta’ skadenza stipulata, l-ammonti li għandu jieħu l-Parlament Ewropew jistgħu jkunu rkuprati billi jitnaqqsu minn kull ammont li jkollu jieħu l-benefiċjarju fi kwalunkwe kont ieħor skont l-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Applikazzjoni tiegħu. F’każijiet eċċezzjonali, iġġustifikati bil-bżonn li jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew jista’ jirkurpa permezz bi tnaqqis li jsir qabel id-data ta’ meta jkun dovut il-pagament. M’għandux ikun hemm il-ħtieġa ta’ kunsens minn qabel tal-benefiċjarju.

    II.26.3   Spejjeż bankarji

    Spejjeż bankarji ġġenerati mill-irkupru tas-somom dovuti lill-Parlament Ewropew għandhom jitħallsu biss mill-benefiċjarju.

    Artikolu II.27

    Garanzija finanzjarja

    Jekk il-Parlament Ewropew jitlob garanzija finanzjarja skont l-Artikolu 204j tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu soddisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-garanzija finanzjarja trid tkun ipprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja approvata jew, jekk mitluba mill-benefiċjarju u aċċettata mill-Parlament Ewropew, minn parti terza;

    (b)

    il-garanti jrid joqgħod bħala garanti tal-ewwel sejħa u ma jkunx jeħtieġ li l-Parlament Ewropew l-ewwel jirrikorri kontra d-debitur prinċipali (jiġifieri l-benefiċjarju konċernat); u

    (c)

    il-garanzija finanzjarja trid b’mod espliċitu tibqa’ fis-seħħ sakemm il-prefinanzjament jitħallas kontra pagamenti interim jew pagamenti tal-bilanċ mill-Parlament Ewropew; jekk il-pagament tal-bilanċ jieħu l-forma ta’ rkupru, il-garanzija finanzjarja trid tibqa’ fis-seħħ sakemm id-dejn ikun meqjus li jkun kompletament ikklerjat; u l-Parlament Ewropew irid jirrilaxxa l-garanzija fix-xahar ta’ wara.

    Artikolu II.28

    Kontroll

    II.28.1   Dispożizzjonijiet ġenerali

    Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tagħhom u f’konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u tal-Artikolu 204n(1) tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għal Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jistgħu fi kwalunkwe ħin jeżerċitaw is-setgħat rispettivi tagħhom ta’ kontroll sabiex jiġi vverifikat jekk il-benefiċjarju huwiex f’konformità sħiħa mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva dwar id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u r-Regolament Finanzjarju.

    Il-benefiċjarju għandu jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti u għandu jipprovdihom bl-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli tagħhom.

    Il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għal Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jistgħu jiddelegaw il-kompitu ta’ kontroll lil korpi esterni debitament awtorizzati li jaġixxu għan-nom tagħhom (iktar’ il quddiem “il-korpi awtorizzati”).

    II.28.2   Dover li jinżammu d-dokumenti

    Għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mid-data tal-preżentazzjoni tar-rapport annwali, il-benefiċjarju għandu jżomm maħżuna fuq kwalunkwe mezz adegwat, id-dokumenti oriġinali kollha, u b’ mod partikolari r-rekords tal-kontabilità u tat-taxxa, inkluż l-oriġinali diġitalizzati meta jkunu awtorizzati mil-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u skont il-kundizzjonijiet stipulati fihom.

    Il-perjodu ta’ ħames snin stipulat fl-ewwel subparagrafu m’għandux japplika fil-każ ta’ awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew insegwimenti ta’ pretensjonijiet li għaddejjin li jikkonċernaw il-finanzjament. F’każijiet bħal dawn, il-benefiċjarju għandu jżomm id-dokumenti sakemm tali awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew insegwimenti ta’ pretensjonijiet ikunu ġew magħluqa.

    II.28.3   L-obbligu li jipprovdi dokumenti u/jew informazzjoni

    Il-benefiċjarju għandu jipprovdi kwalunkwe dokument u/jew informazzjoni, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, mitluba mill-Parlament Ewropew, mill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jew mill-korp awtorizzat (“l-awtorità kompetenti”).

    Kwalunkwe dokument jew informazzjoni pprovduta mill-benefiċjarju għandhom jiġu pproċessati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu II.6.

    II.28.4   Żjarat fuq il-post

    L-awtorità kompetenti tista’ twettaq żjarat fuq il-post fil-bini tal-benefiċjarju. Għal dan l-għan, hija tista’ titlob bil-miktub li l-benefiċjarju jagħmel l-arranġamenti xierqa għal tali żjara fi żmien skadenza xierqa li għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti.

    Matul żjara fuq il-post, il-benefiċjarju għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti aċċess għal siti u bini fejn l-operazzjoni tkun qed titwettaq jew tkun ġiet imwettqa, kif ukoll għall-informazzjoni kollha neċessarja, inkluża dik f’format elettroniku.

    Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-informazzjoni tkun faċilment disponibbli fil-mument taż-żjara fuq il-post u li l-informazzjoni mitluba tiġi mgħoddija f’forma xierqa.

    II.28.5   Proċedura tal-awditjar kontradittorja

    Fuq il-bażi tas-sejbiet li jsiru waqt il-proċedura ta’ kontroll, il-Parlament Ewropew għandu jħejji rapport tal-awditjar provviżorju li għandu jintbagħat lill-benefiċjarju. Il-benefiċjarju jista’ jissottometti osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tar-riċevuta tar-rapport tal-awditjar provviżorju.

    Fuq il-bażi tas-sejbiet tar-rapport tal-awditjar provviżorju u l-osservazzjonijiet possibbli tal-benefiċjarju, il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi s-sejbiet tal-awditjar finali tiegħu f’rapport finali tal-awditjar. Ir-rapport finali tal-awditjar għandu jintbagħat lill-benefiċjarju fi żmien 60 jum mill-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet.

    II.28.6   Effetti tas-sejbiet tal-awditjar

    Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament li jieħu miżuri skont l-Artikolu II.11 sal-Artikolu II.13, l-aħħar sejbiet tal-awditjar għandhom ikunu kkunsidrati debitament mill-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-istabbiliment tal-ammont tal-finanzjament finali.

    Każijiet possibbli ta’ frodi jew ksur serju tar-regoli applikabbli żvelati mis-sejbiet tal-awditjar finali għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew l-awtoritajiet tal-Unjoni għal azzjoni ulterjuri.

    Il-Parlament Ewropew jista’ b’mod retroattiv jaġġusta d-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament fuq il-bażi tas-sejbiet tal-verifika finali.

    II.28.7   Id-drittijiet ta’ kontroll tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

    L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta’ kontroll vis-a-vis il-benefiċjarju f’konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (8), ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), Artikolu 204n(1) tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikoli 24(4) u 25(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    Il-benefiċjarju għandu jikkoopera mal-OLAF u għandu jipprovdi lill-OLAF b’kull għajnuna meħtieġa għat-twettiq tagħha ta’ kontroll.

    Il-Parlament Ewropew jista’ fi kwalunkwe ħin jaġġusta b’mod retroattiv id-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament abbażi ta’ sejbiet li jkunu waslu mingħand l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) f’konformità mal-Artikolu 25(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Qabel ma l-Parlament Ewropew jiddeċiedi b’mod retroattiv id-deċiżjoni dwar l-aġġustament tal-ammont tal-finanzjament finali, il-benefiċjarju għandu jkun debitament infurmat dwar is-sejbiet rilevanti u l-intenzjoni tal-Parlament li jaġġusta d-deċiżjoni dwar l-ammont tal-finanzjament finali, u għandu jkollu l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

    II.28.8   Id-drittijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha teżerċita d-dritt tagħha ta’ kontroll skont ir-regoli applikabbli, u b’mod partikolari l-Artikolu 204n(1) tar-Regolament Finanzjarju, u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. L-Artikoli II.28.3 u II.28.4 japplikaw.

    Il-benefiċjarju għandu debitament jikkoopera mal-Qorti tal-Awdituri u għandu jipprovdi lill-Qorti bl-assistenza kollha meħtieġa meta tkun qed twettaq il-kontroll.

    II.28.9   Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi tal-Artikolu II.28.1 sa 4

    Jekk il-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi stipulati fl-Artikolu II.28.1 sa 4, il-Parlament Ewropew jista’ jqis mhux rimborsabbli kwalunkwe spiża li ma tkunx ġiet issostanzjata b’mod suffiċjenti mill-benefiċjarju.

    Għall-Parlament Ewropew

    [kunjom, isem]

    [firma]

    Magħmul fi [belt: Strasburgu, il-Lussemburgu, Brussell]

    Anness

    Stima tal-Baġit

    Spejjeż

    Spejjeż rimborsabbli

    Baġit

    Attwali

    A.1: Kosti tal-persunal

    1.

    Salarji

    2.

    Kontribuzzjonijiet

    3.

    Taħriġ professjonali

    4.

    Spejjeż tal-missjonijiet tal-persunal

    5.

    Kosti oħra tal-persunal

     

     

    A.2: Kosti tal-infrastruttura u tal-operat

    1.

    Kera, ħlas u kosti ta’ manutenzjoni

    2.

    Kosti relatati mal-installazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-apparat

    3.

    Deprezzament ta’ proprjetà mobbli u immobbli

    4.

    Kartolerija u provvisti tal-uffiċċju

    5.

    Spejjeż tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet

    6.

    Kosti għall-istampar, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni

    7.

    Kosti oħra tal-infrastruttura

     

     

    A.3: Kosti amministrattivi

    1.

    Kosti ta’ dokumentazzjoni (ġurnali, aġenziji tal-istampa, bażijiet tad-data)

    2.

    Kosti ta’ studji u ta’ riċerka

    3.

    Kosti legali

    4.

    Kosti ta’ kontabilità u awditjar

    5.

    Kosti amministrattivi mixxellanji

    6.

    Appoġġ għak entitajiet assoċjati

     

     

    A.4: Kosti ta’ laqgħat u ta’ rappreżentanza

    1.

    Kosti ta’ laqgħat

    2.

    Parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi

    3.

    Kosti ta’ rappreżentanza

    4.

    Kosti ta’ stediniet

    5.

    Kosti oħra relatati ma’ laqgħat

     

     

    A.5: Kosti marbuta ma’ informazzjoni u pubblikazzjoni

    1.

    Kosti tal-pubblikazzjoni

    2.

    Ħolqien u tħaddim ta’ siti tal-Internet

    3.

    Kosti ta’ pubbliċità

    4.

    Tagħmir tal-komunikazzjoni (“gadgets”)

    5.

    Seminars u wirjiet

    6.

    Kampanji elettorali

    7.

    Kosti oħra relatati mal-informazzjoni

     

     

    A. KOSTI TOTALI RIMBORSABBLI

     

     

    Kosti mhux rimborsabbli

    1.

    Allokazzjonijiet għal provvisti oħra

    2.

    Tariffi finanzjarji

    3.

    Telf mill-kambju

    4.

    Pretensjonijiet dubjużi fuq partijiet terzi

    5.

    Oħrajn (li jridu jiġu speċifikati)

    6.

    Kontribuzzjonijiet in natura

     

     

    B. KOSTI TOTALI MHUX RIMBORSABBLI

     

     

    C. KOSTI TOTALI

     

     


    Dħul

     

    Baġit

    Attwali

    D.1-1. Finanzjament tal-Parlament Ewropew riportat mis-sena N-1

     

     

    D.1-2. Finanzjament tal-Parlament Ewropew allokat għas-sena N

     

     

    D.1-3. Finanzjament tal-Parlament Ewropew riportat għas-sena N+1

    Mhux applikabbli

     

    D.1. Finanzjament tal-Parlament Ewropew użat biex ikopri 85 % tal-kosti rimborsabbli fis-sena N

     

     

    D.2 imposti tas-sħubija

     

     

    2.1

    mill-partiti membri

    2.2

    mill-membri individwali

     

     

    D.3 Donazzjonijiet

     

     

     

     

     

    D.4 Riżorsi proprji oħra

     

     

    (li jridu jiġu speċifikati)

     

     

    D.5 Kontribuzzjonijiet in natura

     

     

    D: DĦUL TOTALI

     

     

    E. profitt/telf (D-C)

     

     


    F. Allokazzjoni ta’ riżorsi proprji għall-kont ta’ riserva

     

     

    G. Profitt/telf biex tiġi vverifikata l-osservanza tar-regola ta’ ebda profitt (F-G)

     

     

     

     

     

    H. Imgħax fuq il-prefinanzjament

     

     

    Nota: struttura indikattiva biss. L-istruttura vinkolanti tal-istima ta’ baġit għandha tiġi ppubblikata kull sena b’sejħa għal kontribuzzjonijiet.


    (1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.

    (2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (3)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

    (4)  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.

    (5)  ĠU C 205, 29.6.2017, p. 2.

    (6)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 dwar l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali ta’ kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

    (9)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).


    ANNESS 1b

    [MUDELL] DEĊIŻJONI TA’ GĦOTJA — IL-FONDAZZJONI

    NUMRU: …[DAĦĦAL]…


    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (2) (“ir-Regolament Finanzjarju”),

    Wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (3) (“ir-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju”),

    Wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/2401 tat-2 ta’ Ottubru 2015 dwar il-kontenut u t-tħaddim tar-Reġistru tal-partiti u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (4),

    Wara li kkunsidra r-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 25(11) tagħhom,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2017 (5) li tistabbilixxi l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014,

    Wara li kkunsidra t-termini u l-kundizzjonijiet stipulati mill-Parlament Ewropew fis-sejħa għal proposti bl-għan li jingħata finanzjament lil fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-partiti politiċi fil-livell Ewropew għandhom jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni.

    (2)

    Din id-deċiżjoni hija r-riżultat ta’ sejħa għal proposti li permezz tagħha l-applikanti ġew mgħarrfa bil-mudell ta’ Deċiżjoni ta’ Finanzjament, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet.

    (3)

    [il-benefiċjarju] ressaq talba għal finanzjament fi [data meta l-Parlament Ewropew irċieva t-talba], u qabel b’mod espliċitu mat-termini u l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament,

    IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW EŻAMINA t-talba fil-laqgħa tiegħu ta’ [data] u ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Għotja operattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 121 tar-Regolament Finanzjarju (“finanzjament”) hija mogħtija lil:

    [isem uffiċjali sħiħ tal-benefiċjarju]

    [forma legali uffiċjali]

    [Numru ta’ reġistrazzjoni legali]

    [indirizz uffiċjali sħiħ]

    [numru tal-VAT],

    (“il-benefiċjarju”),

    rappreżentat, għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament minn:

    …[rappreżentant intitolat li jidħol f’impenji legali]…,

    biex jappoġġa l-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-benefiċjarju,

    skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-sejħa għal proposti u d-Deċiżjoni attwali (“id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament”), inklużi t-Termini u Kundizzjonijiet Speċjali, it-Termini u Kundizzjonijiet Ġenerali u l-Annessi tagħha:

     

    Annex 1 Annex 1 Annex 1 Annex 1 Stima’ ta’ baġit

     

    Annex 2 Annex 2 Annex 2 Annex 2 Programm ta’ ħidma

    li għandhom jagħmlu parti integrali minn din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

    Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk ta’ partijiet oħra ta’ din id-Deċiżjoni. Id-dispożizzjonijiet tat-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali għandhom jieħdu preċedenza fuq dawk tal-Annessi l-oħra.

    Werrej

    I.

    TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI 28

    Artikolu I.1 —

    Suġġett tad-Deċiżjoni 28

    Artikolu I.2 —

    Perjodu ta’ eliġibbiltà 29

    Artikolu I.3 —

    Forma ta’ finanzjament 29

    Artikolu I.4 —

    Ammont ta’ finanzjament (massimu) provviżorju 29

    Artikolu I.5 —

    Pagamenti u arranġamenti ta’ pagament 29

    I.5.1

    Prefinanzjament 29

    I.5.2

    Pagament tal-bilanċ jew irkupru ta’ prefinanzjament imħallas indebitament 29

    I.5.3

    Munita 29

    Artikolu I.6 —

    Kont tal-bank 29

    Artikolu I.7 —

    Dispożizzjonijiet amministrattivi ġenerali 30

    Artikolu I.8 —

    Dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni 30

    II.

    TERMINI U KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI 30

    PARTI A:

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI 30

    Artikolu II.1 —

    Definizzjonijiet 30

    Artikolu II.2 —

    Obbligi ġenerali tal-benefiċjarju 31

    Artikolu II.3 —

    Obbligi marbuta ma’ kont tal-bank 31

    Artikolu II.4 —

    Responsabbiltà għad-danni 31

    Artikolu II.5 —

    Kunfidenzjalità 31

    Artikolu II.6 —

    Ipproċessar ta’ data personali 32

    Artikolu II.7 —

    Żamma ta’ rekords 32

    Artikolu II.8 —

    Viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni 32

    II.8.1

    Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni 32

    II.8.2

    Ċaħdiet li jeskludu r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew 32

    II.8.3

    Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew 32

    Artikolu II.9 — L-

    għoti ta’ kuntratti mill-benefiċjarju 32

    II.9.1

    Prinċipji 32

    II.9.2

    Żamma ta’ rekords 32

    II.9.3

    Kontroll 33

    II.9.4

    Responsabbiltà 33

    Artikolu II.10 —

    Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi 33

    Artikolu II.11 —

    Force majeure 33

    Artikolu II.12 —

    Sospensjoni ta’ pagament ta’ finanzjament 33

    II.12.1

    Raġunijiet ta’ sospensjoni 33

    II.12.2

    Proċedura ta’ sospensjoni 33

    II.12.3

    Effetti tas-sospensjoni 34

    II.12.4

    Tkomplija tal-pagament 34

    Artikolu II.13 —

    Irtirar tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-Parlament Ewropew 34

    II.13.1

    Raġunijiet ta’ rtirar 34

    II.13.2

    Proċedura ta’ rtirar 34

    II.13.3

    Effetti tal-irtirar 34

    Artikolu II.14 —

    Terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament 34

    II.14.1

    Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju 34

    II.14.2

    Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew 34

    Artikolu II.15 —

    ċessjoni 35

    Artikolu II.16 —

    Imgħax ta’ inadempjenza 35

    Artikolu II.17 —

    Liġi applikabbli 35

    Artikolu II.18 —

    Dritt għal smigħ 36

    PARTI B:

    DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI 36

    Artikolu II.19 —

    Kosti eliġibbli 36

    II.19.1

    Kundizzjonijiet 36

    II.19.2

    Eżempji ta’ kosti eliġibbli 36

    Artikolu II.20 —

    Kosti ineliġibbli 36

    Artikolu II.21 —

    Kontribuzzjonijiet in natura 37

    Artikolu II.22 —

    Trasferimenti tal-baġit 37

    Artikolu II.23 —

    Obbligi tar-rapportar 37

    II.23.1

    Rapport annwali 38

    II.23.2

    Rapport tal-awditjar estern 38

    Artikolu II.24 —

    Deċiżjoni dwar ir-rapport annwali 38

    Artikolu II.25 —

    Deċiżjoni dwar l-ammont finali tal-finanzjament 39

    II.25.1

    Impatt tar-rapport annwali 39

    II.25.2

    Limitu 39

    II.25.3

    Riport tal-bilanċ favorevoli 39

    II.25.4

    Deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament 39

    II.25.5

    Bilanċ tal-finanzjament 40

    II.25.6

    Profitt 40

    Artikolu II.26 —

    Irkupru 40

    II.26.1

    Imgħax għal dewmien fil-pagament 40

    II.26.2

    Tpaċija 40

    II.26.3

    Spejjeż bankarji 40

    Artikolu II.27 —

    Garanzija finanzjarja 41

    Artikolu II.28 —

    Kontroll 41

    II.28.1

    Dispożizzjonijiet ġenerali 41

    II.28.2

    Dover li jinżammu d-dokumenti 41

    II.28.3

    L-obbligu li jipprovdi dokumenti u/jew informazzjoni 41

    II.28.4

    Żjarat fuq il-post 41

    II.28.5

    Proċedura tal-awditjar kontradittorja 41

    II.28.6

    Effetti tas-sejbiet tal-awditjar 42

    II.28.7

    Id-drittijiet ta’ kontroll tal-OLAF 42

    II.28.8

    Id-drittijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 42

    II.28.9

    Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont l-Artikoli II.28.1 sa 42

    Anness 1 —

    Stima ta’ Baġit 43

    Anness 2 —

    Programm ta’ Ħidma 45

    I.   TERMINI U KUNDIZZJONIJIET SPEĊJALI

    Artikolu I.1

    Suġġett tad-Deċiżjoni

    Il-Parlament Ewropew jagħti finanzjament għall-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tal-benefiċjarju fis-sena finanzjarja [daħħal], b’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Termini u l-Kundizzjonijiet Speċjali u t-Termini u l-Kundizzjonijiet Ġenerali (“termini u kundizzjonijiet”), kif ukoll b’konformità mal-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Dan jikkostitwixxi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-Parlament Ewropew.

    Il-benefiċjarju ser juża l-finanzjament għall-fini tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet u l-objettivi statutorji tiegħu, filwaqt li jaġixxi fuq ir-responsabbiltà tiegħu stess u b’konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet u l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Dan jikkostitwixxi l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-benefiċjarju.

    Artikolu I.2

    Perjodu ta’ eliġibbiltà

    Il-perjodu ta’ eliġibbiltà għal finanzjament mill-Unjoni għandu jibda jgħodd minn [daħħal JJ/XX/SS] sa [daħħal JJ/XX/SS].

    Artikolu I.3

    Forma ta’ finanzjament

    L-għotja mogħtija lill-benefiċjarju skont it-Titolu VI tal-Parti I tar-Regolament Finanzjarju għandha tieħu l-forma ta’ rimbors ta’ perċentwal tal-kosti eleġibbli li fil-fatt ikunu ġġarrbu.

    Artikolu I.4

    Ammont ta’ finanzjament (massimu) provviżorju

    Il-Parlament Ewropew għandu jikkontribwixxi ammont massimu ta’ EUR [daħħal l-ammont], li m’għandux jeċċedi il-85 % tat-total ta’ stima tal-kosti eliġibbli.

    L-istima tal-kosti eliġibbli tal-benefiċjarju huma stabbiliti fl-Anness 1 (“l-istima ta’ baġit”). L-istima ta’ baġit għandha tkun f’bilanċ u għandha tagħti analiżi statistika tal-kosti u d-dħul kollu tal-benefiċjarju għall-perjodu ta’ eliġibbiltà. Il-kosti eliġibbli għandhom ikunu separati mill-kosti ineliġibbli, skont Artikolu II.19.

    Artikolu I.5

    Pagamenti u arranġamenti ta’ pagament

    Il-finanzjament għandu jitħallas b’konformità mal-iskeda u l-arranġamenti li ġejjin.

    I.5.1   Prefinanzjament

    Il-pagament ta’ prefinanzjament ta’ EUR [daħħal ammont], li jirrappreżenta [100 % awtomatikament, inkella daħħal il-perċentwal deċiż mill-Parlament Ewropew] tal-ammont massimu stabbilit fl-Artikolu I.4 ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, għandu jsir lill-benefiċjarju fi żmien 30 jum wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew, jekk applikabbli, minn meta l-Parlament Ewropew jirċievi garanzija finanzjarja ta’ EUR [daħħal l-ammont], skont liema minnhom tkun l-aktar reċenti.

    I.5.2   Pagament tal-bilanċ jew irkupru ta’ prefinanzjament imħallas indebitament

    Il-bilanċ tal-finanzjament għandu jitħallas lill-benefiċjarju jew kwalunkwe prefinanzjament imħallas indebitament għandu jiġi rkuprat fi żmien 30 jum wara d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapport annwali u d-determinazzjoni tal-ammont finali tal-finanzjament kif speċifikat fl-Artikolu II.23 u l-Artikolu II.25.

    I.5.3   Munita

    Il-pagamenti għandhom isiru mill-Parlament Ewropew f’euro. Kwalunkwe konverżjoni tal-kosti reali f’euro ssir bir-rata ta’ kuljum ippublikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew, jekk dan ma jkunx possibbli, bir-rata menswali tal-kontabiltà stabbilita mill-Parlament Ewropew u ppubblikata fis-sit tiegħu tal-internet, fil-ġurnata meta tinħareġ l-ordni ta’ pagament mill-Parlament Ewropew, ħlief fejn il-Kundizzjonijiet u t-Termini Speċjali espressament jispeċifikaw mod ieħor.

    Il-pagamenti mill-Parlament Ewropew għandhom jitqiesu li saru fid-data li fiha jiġu ddebitati mil-kont tal-Parlament Ewropew.

    Artikolu I.6

    Kont tal-bank

    Il-pagamenti għandhom isiru f’kont jew subkont bankarju miżmum mill-benefiċjarju fil-bank stabbilit fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, denominat f’euro, u li d-dettalji tiegħu jidhru hawn taħt:

    Isem il-bank: […]

    Indirizz tal-fergħa bankarja fejn hemm il-kont: […]

    Id-denominazzjoni eżatta tad-detentur tal-kont: […]

    Numru tal-kont sħiħ (inklużi l-kodiċi bankarji): […]

    IBAN: […]

    BIC / SWIFT: […]

    Artikolu I.7

    Dispożizzjonijiet amministrattivi ġenerali

    Kwalunkwe komunikazzjoni indirizzata lill-Parlament Ewropew b’rabta mad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha ssir bil-miktub, għandha tinkludi n-numru tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u għandha tintbagħat f’dan l-indirizz:

    Parlament Ewropew

    Il-President

    c/o Direttur Ġenerali tal-Finanzi

    Uffiċċju SCH 05B031

    2929 Il-Lussemburgu

    Il-posta ordinarja għandha titqies li ġiet irċevuta mill-Parlament Ewropew fid-data li hija tkun uffiċjalment irreġistrata mis-Servizz Postali tal-Parlament Ewropew.

    Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament hija indirizzata lill-benefiċjarju taħt dan l-indirizz:

    Sinjur/Sinjura […]

    [Funzjoni]

    [Isem uffiċjali tal-korp benefiċjarju]

    [Indirizz uffiċjali sħiħ]

    Kwalunkwe tibdil fl-indirizz tal-benefiċjarju għandu jiġi kkomunikat lill-Parlament Ewropew bil-miktub mingħajr dewmien.

    Artikolu I.8

    Dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni

    Id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tidħol fis-seħħ fid-data li fiha tiġi ffirmata f’isem il-Parlament Ewropew.

    II.   TERMINI U KUNDIZZJONIJIET ĠENERALI

    PARTI A: DISPOŻIZZJONIJIET ĠURIDIĊI U AMMINISTRATTIVI

    Artikolu II.1

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament:

    (1)

    “rapport ta’ attività” tfisser ġustifikazzjoni bil-miktub ta-kosti mġarrba matul il-perjodu tal-eliġibbiltà. Pereżempju, spjegazzjoni tal-attivitajiet, il-kosti amministrattivi, eċċ. Ir-rapport ta’ attività huwa parti mir-rapport annwali;

    (2)

    “rapport annwali” tfisser rapport li jrid jiġi ppreżentat fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tas-sena finanzjarja b’konformità mal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (3)

    “bilanċ tal-finanzjament” tfisser id-differenza bejn l-ammont ta’ prefinanzjament skont l-Artikolu I.5.1 u l-ammont finali tal-finanzjament stabbilit skont l-Artikolu II.25.4;

    (4)

    “ikklerjar tal-prefinanzjament” tfisser sitwazzjoni fejn l-ammont ta’ finanzjament finali huwa stabbilit mill-uffiċjal awtorizzanti u l-ammont imħallas lill-benefiċjarju m’għadux proprjetà tal-Unjoni;

    (5)

    “kunflitt ta’ interessi” tfisser sitwazzjoni fejn l-implimentazzjoni imparzjali u oġġettiva tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-benefiċjarju tkun kompromessa għal raġunijiet li jinvolvu lill-familja, il-ħajja emozzjonali, l-affinità nazzjonali, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma’ kwalunkwe parti terza relatata mal-kwistjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. L-affinità politika, fil-prinċipju, ma tikkostitwixxix raġuni għal kunflitt ta’ interessi fil-każ ta’ ftehimiet konklużi bejn il-partit politiku u organizzazzjonijiet bl-istess valuri politiċi. Madankollu, fil-każ ta’ ftehim bħal dan, il-konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 trid tiġi osservata;

    (6)

    “kontribuzzjonijiet in natura” jew “offerta in natura” t-tnejn jfissru riżorsi mhux finanzjarji, imqiegħda għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju mingħajr ħlas minn partijiet terzi, skont l-Artikolu 2(7) u 2(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (7)

    “sena finanzjarja N” jew “perjodu ta’ eliġibbiltà” it-tnejn ifissru l-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-attivitajiet li għalihom ġie mogħti l-finanzjament skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, kif speċifikat fl-Artikolu I.2;

    (8)

    “force majeure” tfisser kwalunkwe sitwazzjoni jew avveniment mhux previst u eċċezzjonali li jmur lil hinn mill-kontroll tal-benefiċjarju jew tal-Parlament Ewropew li jipprevjeni lil kwalunkwe wieħed minnhom milli jissodisfa l-obbligi tagħhom taħt id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, li ma huwiex attribwibbli għal żball jew negliġenza min-naħa tagħhom jew min-naħa ta’ sottokuntratturi, entitajiet affiljati jew partijiet terzi li jirċievu appoġġ finanzjarju u li jkun inevitabbli minkejja li jeżerċitaw id-diliġenza dovuta. Dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu invokati bħala force majeure: tilwim industrijali, strikes, diffikultajiet finanzjarji jew kwalunkwe difett ta’ servizz, difett f’tagħmir jew f’materjali jew dewmien biex isiru disponibbli, kemm-il darba ma jkunux ġejjin direttament minn każ rilevanti ta’ force majeure;

    (9)

    “formalment innotifika” tfisser kommunikzzjoni bil-miktub permezz tal-posta jew tal-posta elettronika bi prova tal-kunsinna;

    (10)

    “frodi” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni intenzjonati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni relatati mal-użu jew il-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet jew dokumenti foloz, mhux korretti jew mhux kompluti, jew man-nuqqas ta’ żvelar ta’ informazzjoni bi ksur ta’ obbligu speċifiku;

    (11)

    “finanzjament” tfisser l-istess bħal “għotjiet” skont it-tifsira tal-Ewwel Parti, Titolu VI tar-Regolament Finanzjarju u l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (12)

    “irregolarità” tfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew ommissjoni min-naħa tal-benefiċjarju, li jkollu, jew jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni;

    (13)

    “riżorsi proprji”: sorsi esterni ta’ finanzjament li mhumiex finanzjament mill-Unjoni. Pereżempju: donazzjonijiet, kontribuzzjonijiet minn membri (kif definit fil-punti (7) u (8) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014), eċċ.;

    (14)

    “persuna relatata” tfisser kwalunkwe persuna li għandha s-setgħa li tirrappreżenta lill-benefiċjarju jew li tieħu deċiżjonijiet f’ismu;

    (15)

    “żball sostanzjali” tfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament li jirriżulta minn att jew ommissjoni, li jikkawża jew jista’ jikkawża telf għall-baġit tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu II.2

    Obbligi ġenerali tal-benefiċjarju

    Il-benefiċjarju:

    (a)

    għandu jkollu r-responsabbiltà unika, u l-oneru tal-prova, għall-konformità ma’ kwalunkwe obbligu legali li jaqa’ fuqu;

    (b)

    għandu jkun mitlub jagħmel tajjeb għal kull dannu li sofra l-Parlament Ewropew bħala riżultat tal-implimentazzjoni, inkluża l-implimentazzjoni żbaljata, tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, ħlief fil-każijiet ta’ force majeure;

    (c)

    għandu r-responsabbiltà unika fir-rigward ta’ partijiet terzi, inkluż dannu ta’ kwalunkwe għamla li dawn sofrew matul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

    (d)

    għandu jinforma lill-Parlament Ewropew minnufih bi kwalunkwe tibdil fis-sitwazzjoni legali, finanzjarja, teknika, organizzattiva jew ta’ sjieda tiegħu u bi kwalunkwe tibdil f’ismu, fl-indirizz jew fir-rappreżentant legali tiegħu;

    (e)

    għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jevita kwalunkwe kunflitt ta’ interessi li jirriżulta.

    Artikolu II.3

    Obbligi marbuta ma’ kont tal-bank

    Il-kont jew is-subkont speċifikati fl-Artikolu I.6 jridu jridu jippermettu l-identifikazzjoni tal-ammonti mħallsa mill-Parlament Ewropew u l-imgħaxx li jirriżulta jew benefiċċji ekwivalenti.

    Jekk l-ammonti mħallsa f’dan il-kont iħallu imgħax jew benefiċċji ekwivalenti skont il-liġi tal-Istat fejn il-kont jinsab miftuħ, dan l-imgħax jew benefiċċji jistgħu jinżammu mill-benefiċjarju, b’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Finanzjarju.

    L-ammonti mħallsa mill-Parlament Ewropew ma jistgħu taħt l-ebda ċirkostanza jintużaw għal skopijiet ta’ spekulazzjoni.

    Il-prefinanzjament għandu jibqa’ proprjetà tal-Unjoni sakemm jiġi approvat bl-ammont finali tal-finanzjament.

    Artikolu II.4

    Responsabbiltà għad-danni

    Il-Parlament Ewropew ma jistax jinżamm responsabbli għal ebda dannu kkawżat jew imġarrab mill-benefiċjarju, inkluż kwalunkwe dannu kkawżat lil partijiet terzi matul l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew b’konsegwenza ta’ tali implimentazzjoni..

    Ħlief f’każijiet ta’ force majeure, il-benefiċjarju jew il-persuna relatata għandhom jikkumpensaw lill-Parlament Ewropew għal kwalunkwe dannu li jkollu bħala riżultat tal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jew għaliex id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament ma tkunx ġiet implimentata b’konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tiegħu.

    Artikolu II.5

    Kunfidenzjalità

    Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u f’atti legali oħra applikabbli tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju jintrabtu li jippreservaw il-kunfidenzjalità ta’ kwalunkwe dokument, informazzjoni jew materjal ieħor direttament relatat mas-suġġett ta’ din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

    Artikolu II.6

    Ipproċessar ta’ data personali

    Kwalunkwe data ta’ natura personali miġbura fil-kuntest tad-Deċizjoni ta’ Finanzjament għandha tiġi pproċessata b’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

    Tali data għandha tiġi pproċessata biss għall-iskop tal-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li din id-data tiġi kkomunikata lill-korpi responsabbli biex jagħmlu xogħol ta’ awditjar u verifika b’konformità mal-liġi tal-Unjoni.

    Artikolu II.7

    Żamma ta’ rekords

    B’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jżomm kwalunkwe rekord, dokument ġustifikattif, rekord statistiku jew rekord ieħor li jikkonċernaw l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għal ħames snin wara l-pagament tal-bilanċ jew l-irkupru tal-prefinanzjament li tħallas indebitament.

    Ir-rekords relatati ma’ awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew is-saldu ta’ pretensjonijiet li jirriżultaw mill-użu tal-finanzjament għandhom jinżammu sa tmiem tali awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew saldu ta’ pretensjonijiet.

    Artikolu II.8

    Viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni

    II.8.1   Informazzjoni dwar il-finanzjament mill-Unjoni

    Sakemm il-Parlament Ewropew ma jitlobx jew ma jaqbilx mod ieħor, kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni tal-benefiċjarju li tikkonċerna d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, inkluż f’konferenza, seminar jew fi kwalunkwe materjal ta’ informazzjoni jew ta’ promozzjoni (bħalma huma brochures, fuljetti, posters, preżentazzjonijiet, f’forma elettronika, eċċ.), għandha tindika li l-programm ikun irċieva appoġġ finanzjarju mingħand il-Parlament Ewropew.

    II.8.2   Ċaħdiet li jeskludu r-responsabbiltà tal-Parlament Ewropew

    Kull komunikazzjoni jew pubblikazzjoni mill-benefiċjarju, fi kwalunkwe forma u bi kwalunkwe mezz, għandha tindika li r-responsabbiltà taqa’ biss fuq l-awtur u li l-Parlament Ewropew ma hu responsabbli għall-ebda użu li jista’ jsir tal-informazzjoni misjuba fihom.

    II.8.3   Pubblikazzjoni tal-informazzjoni mill-Parlament Ewropew

    Il-Parlament Ewropew jippubblika fuq sit web l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 32 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    Artikolu II.9

    L-għoti ta’ kuntratti mill-benefiċjarju

    II.9.1   Prinċipji

    Jekk il-benefiċjarju jikkonkludi kuntratti ta’ akkwist sabiex jimplimenta d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-benefiċjarju għandu jintalab li jara li joħroġ offerti kompetittivi u li jagħti l-kuntratt lill-offerent li joffri l-aħjar kwalità meta mqabbla mal-prezz jew, kif xieraq, lill-offerta li toffri l-irħas prezz. Il-benefiċjarju għandu jevita kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

    Għall-kuntratti b’valur ta’ aktar minn EUR 60 000 għal kull fornitur u għal kull beni jew servizz, il-benefiċjarju għandu jiġbor mill-inqas tliet offerti milqugħa bi tweġiba għal stedina bil-miktub biex jintefgħu l-offerti li tagħti fid-dettall ir-rekwiżiti għall-akkwist. Id-durata tal-kuntratti kkonċernati m’għandhiex taqbeż il-ħames snin.

    Jekk ikun hemm inqas minn tliet offerti bi tweġiba għall-istedina bil-miktub għat-tfigħ tal-offerti, il-benefiċjarju għandu jkun meħtieġ li jagħti provi li kien impossibbli li jikseb aktar offerti għall-akkwist inkwistjoni.

    II.9.2   Żamma ta’ rekords

    Il-benefiċjarju għandu jżomm rekord tal-evalwazzjoni tal-offerti u għandu jiġġustifika bil-miktub l-għażla tiegħu tal-fornitur finali.

    II.9.3   Kontroll

    Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-Parlament Ewropew, l-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom ta’ kontroll skont il-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-kuntratti konklużi ma’ partijiet terzi jiddisponu għall-possibbiltà li dawk is-setgħat ta’ kontroll jistgħu jiġu eżerċitati wkoll fir-rigward ta’ dawk il-partijiet terzi.

    II.9.4   Responsabbiltà

    Il-benefiċjarju għandu jkun l-uniku wieħed responsabbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u l-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Il-benefiċjarju għandu jintrabat li jagħmel l-arranġamenti kollha meħtieġa biex jiżgura li l-kuntrattur jaċċetta li jirrinunzja għad-drittijiet kollha fil-konfront tal-Parlament Ewropew skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

    Artikolu II.10

    Appoġġ finanzjarju lil partijiet terzi

    L-appoġġ finanzjarju mill-benefiċjarju lil partijiet terzi, skont it-tifsira tal-Artikolu 137 tar-Regolament Finanzjarju, jista’, taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin, jikkostitwixxi kosti eliġibbli:

    (a)

    l-appoġġ finanzjarju jingħata mill-benefiċjarju lill-partijiet terzi li ġejjin: …[daħħal l-ismijiet tal-benfiċjarji potenzjali kif indikat fil-formola tal-applikazzjoni];

    (b)

    l-appoġġ finanzjarju għal kull parti terza ma jeċċedix EUR 60 000;

    (c)

    jintuża mill-parti terza għal kosti eliġibbli;

    (d)

    il-benefiċjarju jiggarantixxi rkupru possibbli ta’ appoġġ finanzjarju bħal dan.

    Partit politiku nazzjonali jew Ewropew u fondazzjoni politika nazzjonali jew Ewropea m’għandhomx jitqiesu bħala parti terza għall-fini ta’ dan l-Artikolu.

    B’konformità mal-Artikolu 137(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri jistgħu jeżerċitaw is-setgħat ta’ kontroll tagħhom fuq il-partijiet terzi kollha li rċevew fondi tal-Unjoni f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dokumenti, bini jew informazzjoni, inklużi dawk maħżuna fuq mezzi elettroniċi.

    Artikolu II.11

    Force majeure

    Jekk il-Parlament Ewropew jew il-benefiċjarju jiffaċċjaw sitwazzjoni ta’ force majeure, dawn għandhom jinformaw lil xulxin mingħajr dewmien, permezz ta’ ittra rreġistrata li jkollha rċevuta li tagħti prova tal-kunsinna jew ekwivalenti, liema ittra tiddikjara n-natura, id-durata probabbli u l-effetti probabbli tas-sitwazzjoni inkwistjoni.

    Il-Parlament Ewropew u l-benefiċjarju għandhom jagħmlu kull sforz biex inaqqsu kemm jista’ jkun kwalunkwe ħsara li tista’ tiġi kkawżata minn sitwazzjoni ta’ force majeure.

    La l-Parlament Ewropew u lanqas il-benefiċjarju m’għandhom jitqiesu li jkunu kisru xi obbligu tagħhom skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament jekk dawn ikunu nżammu milli jissodisfaw dak l-obbligu minħabba każ ta’ force majeure.

    Artikolu II.12

    Sospensjoni ta’ pagament ta’ finanzjament

    II.12.1   Raġunijiet ta’ sospensjoni

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 135 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 208 tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-Parlament Ewropew għandu jkollu d-dritt li jissospendi l-pagament tal-finanzjament:

    (i)

    jekk il-Parlament Ewropew jissuspetta li twettqu żbalji sostanzjali, irregolaritajiet, frodi jew ksur tal-obbligi mill-benefiċjarju fil-proċedura tal-għoti jew waqt l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u jkun jeħtieġ jivverifika jekk dawn sarux tassew;

    (ii)

    jekk il-benefiċjarju jkun ġie soġġett għal sanzjonijiet finanzjarji previsti fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 sakemm is-sanzjoni finanzjarja tkun tħallset.

    II.12.2   Proċedura ta’ sospensjoni

    L-Ewwel Pass — Qabel ma jissospendi l-pagament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ sospensjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għaliex jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jippreżenta l-osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

    It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jkomplix il-proċedura ta’ sospensjoni, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

    Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jwettaq il-proċedura ta’ sospensjoni, hu għandu jinforma formalment lill-benefiċjarju, permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar is-sospensjoni, fejn jinfurmah:

    (i)

    bid-data indikattiva tat-tlestija tal-verifika meħtieġa fil-każ imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu II.12.1; u

    (ii)

    bi kwalunkwe rimedju legali.

    II.12.3   Effetti tas-sospensjoni

    Is-sospensjoni tal-pagament għandu jkollha l-effett li l-benefiċjarju ma jkunx intitolat li jirċievi xi pagament mill-Parlament Ewropew sakemm il-verifika msemmija fil-punt (i) tal-Artikolu II.12.2, fl-ambitu tat-Tieni Pass, tkun intemmet jew ir-raġuni għas-sospensjoni ma tibqax tapplika. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament Ewropew li jwaqqaf il-finanzjament jew jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

    II.12.4   Tkomplija tal-pagament

    Mill-mument meta r-raġuni għas-sospensjoni tal-pagament ma tibqax tapplika, il-pagamenti kollha kkonċernati għandhom jitkomplew u l-Parlament Ewropew għandu jinnotifika lill-benefiċjarju.

    Artikolu II.13

    Irtirar tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament mill-Parlament Ewropew

    II.13.1   Raġunijiet ta’ rtirar

    Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-Awtorità li tneħħi lill-benefiċjarju mir-Reġistru, ħlief fil-każ previst fil-punt (c) tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    II.13.2   Proċedura ta’ rtirar

    L-Ewwel Pass — Qabel ma jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu li jirtira, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għaliex jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jippreżenta l-osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

    It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jirtirax id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

    Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jirtira d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar l-irtirar.

    Kwalunkwe ammont imħallas indebitament lill-benefiċjarju għandu jiġi rkuprat skont ir-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju.

    II.13.3   Effetti tal-irtirar

    Id-deċiżjoni li tiġi rtirata d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandu jkollha effett retroattiv mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament.

    Artikolu II.14

    Terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament

    II.14.1   Terminazzjoni fuq talba tal-benefiċjarju

    Il-benefiċjarju jista’ jitlob li d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tiġi terminata.

    Il-benefiċjarju għandu jinnotifika formalment lill-Parlament Ewropew dwar it-terminazzjoni, filwaqt li jiddikjara:

    (a)

    ir-raġunijiet għat-terminazzjoni; u

    (b)

    id-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ it-terminazzjoni, li ma għandhiex tkun qabel id-data li fiha tkun intbagħtet in-notifika.

    It-terminazzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum speċifikat fid-deċiżjoni ta’ terminazzjoni.

    II.14.2   Terminazzjoni mill-Parlament Ewropew

    (a)   Raġunijiet ta’ terminazzjoni

    Il-Parlament Ewropew għandu jkollu s-setgħa li jtemm id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

    (a)

    fuq il-bażi ta’ deċiżjoni tal-Awtorità li tneħħi lill-benefiċjarju mir-Reġistru, fil-każijiet previsti fil-punt (c) tal-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (b)

    jekk il-benefiċjarju ma jibqax aktar konformi mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (c)

    fil-każijiet previsti fl-Artikoli 135(3) u (5) tar-Regolament Finanzjarju;

    (d)

    il-benefiċjarju jew kwalunkwe persuna relatata jew persuna li tkun assumiet responsabbiltà illimitata għad-dejn tal-benefiċjarju taqa’ f’waħda mis-sitwazzjonijiet previsti fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 106(1) tar-Regolament Finanzjarju;

    (e)

    il-benefiċjarju jew kwalunkwe persuna relatata taqa’ taħt kwalunkwe mis-sitwazzjonijiet previsti fil-punti (c), (d), (e) jew (f) tal-Artikolu 106(1) jew taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tar-Regolament Finanzjarju; jew

    (f)

    jekk il-benefiċjarju jitlef l-istatus tiegħu ta’ benefiċjarju skont l-Artikolu 10(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    (b)   Proċedura ta’ terminazzjoni

    L-Ewwel Pass — Qabel it-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju bl-intenzjoni tiegħu ta’ terminazzjoni, fejn jiddikjara r-raġunijiet tiegħu għaliex jixtieq jagħmel dan u jistieden lill-benefiċjarju jippreżenta l-osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju wara li jirċievi dik in-notifika.

    It-Tieni Pass — Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li ma jtemmx id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika lill-benefiċjarju dwar dik id-deċiżjoni.

    Jekk, wara li jiskadi l-perjodu għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet, il-Parlament Ewropew jiddeċiedi li jittermina d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, hu għandu jinnotifika formalment lill-benefiċjarju permezz ta’ deċiżjoni motivata dwar it-terminazzjoni.

    It-terminazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha ssir effettiva mill-jum li fih dik id-deċiżjoni tiġi nnotifikata lill-benefiċjarju.

    II.14.3   Effetti tat-terminazzjoni

    Id-deċiżjoni li tintemm id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament għandha tidħol fis-seħħ ex nunc. Il-kosti attwalment imġarrba mill-benefiċjarju mill-jum li tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni ta’ terminazzjoni għandhom jiġu kkwalifikati bħala kosti ineliġibbli.

    Artikolu II.15

    Ċessjoni

    Il-benefiċjarju ma jista’ jċedi l-ebda waħda mit-talbiet tiegħu għall-pagament kontra l-Parlament Ewropew lill-ebda parti terza, ħlief jekk approvat minn qabel mill-Parlament Ewropew abbażi ta’ talba motivata u bil-miktub mill-benefiċjarju.

    Jekk il-Parlament Ewropew ma jaċċettax bil-miktub iċ-ċessjoni jew jekk il-kundizzjonijiet ta’ tali ċessjoni ma jiġux osservati, iċ-ċessjoni m’ għandhu jkollha ebda effett legali.

    Ċessjoni fl-ebda każ ma tista’ teżenta lill-benefiċjarju mill-obbligi tiegħu fil-konfront tal-Parlament Ewropew.

    Artikolu II.16

    Imgħax ta’ inadempjenza

    Jekk il-Parlament Ewropew ma jħallasx fil-limiti ta’ żmien għall-pagament, il-benefiċjarju għandu jkun intitolat għal imgħax ta’ inadempjenza bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu f’euro (ir-“rata ta’ referenza”), flimkien ma’ tliet punti u nofs. Ir-rata ta’ referenza hija r-rata fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar li fih jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-pagament, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Jekk il-Parlament Ewropew jissospendi l-pagamenti kif previst mill-Artikolu II.12, dawn l-azzjonijiet jistgħu ma jiġux ikkunsidrati bħala każijiet ta’ inadempjenza.

    L-imgħax ta’ inadempjenza jkopri l-perjodu li jibda mill-jum wara d-data dovuta għall-pagament sa, u inkluża, id-data ta’ meta jkun sar il-pagament innifsu.

    Bħala eċċezzjoni għall-ewwel subparagrafu, jekk l-imgħax ikkalkulat ikun inqas minn EUR 200 jew ugwali għal dan l-ammont, il-Parlament Ewropew għandu jintalab iħallas dan l-ammont lill-benefiċjarju biss jekk il-benefiċjarju jitlob dan fi żmien xahrejn minn meta jirċievi pagament tardiv.

    Artikolu II.17

    Liġi applikabbli

    Din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament hija rregolata mil-liġi applikabbli tal-Unjoni, b’mod partikolari mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u r-regoli applikabbli tar-Regolament Finanzjarju li japplikaw b’mod sħiħ. Dawn huma kkomplementati, fejn meħtieġ, mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-benefiċjarju għandu s-sede tiegħu.

    Artikolu II.18

    Dritt għal smigħ

    F’każijiet fejn, taħt din id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, il-benefiċjarju jkun intitolat biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, il-benefiċjarju għandu jingħata perjodu ta’ għaxart ijiem ta’ xogħol, ħlief fejn previst espressament mod ieħor, biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu bil-miktub. Dan il-perjodu jista’, fuq talba motivata tal-benefiċjarju, jiġi estiż darba b’għaxart ijiem ta’ xogħol oħrajn.

    PARTI B: DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

    Artikolu II.19

    Kosti eliġibbli

    II.19.1   Kundizzjonijiet

    Sabiex jitqiesu eliġibbli għal finanzjament mill-Unjoni, u skont l-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju, il-kosti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

    (a)

    ikunu direttament relatati mas-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament u previsti fl-istima ta’ baġit annessa mad-Deċiżjioni ta’ Finanzjament;

    (b)

    ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

    (c)

    ikunu raġonevoli u ġustifikati, u konformi mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari f’dak li jikkonċerna l-ekonomija u l-effiċjenza;

    (d)

    ikunu ġġenerati matul il-perjodu ta’ eliġibbilità kif definit fl-Artikolu I.2, bl-eċċezzjoni ta’ kosti relatati ma’ rapporti annwali jew ċertifikati dwar ir-rapporti finanzjarji jew kontijiet ta’ bażi;

    (e)

    ikunu ntefqu tassew mill-benefiċjarju;

    (f)

    ikunu identifikabbli u verifikabbli, u mniżżla fil-kontijiet tal-benefiċjarju, skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli għalih;

    (g)

    ikunu konformi mar-rekwiżiti tal-liġijiet applikabbli tat-taxxa u soċjali;

    (h)

    ikunu konformi mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1.

    Il-proċeduri tal-kontabilità u tal-kontroll intern tal-benefiċjarju jridu jiffaċilitaw ir-rikonċiljazzjoni diretta tal-kosti u d-dħul iddikjarati fir-rapport annwali mar-rapporti finanzjarji u d-dokumenti ta’ sostenn korrispondenti.

    II.19.2   Eżempji ta’ kosti eliġibbli

    B’mod partikolari u, jekk jissodisfaw il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-kosti operatorji li ġejjin għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju, jitqiesu bħala eliġibbli:

    (a)

    kosti amministrattivi u kosti relatati ma’ assistenza teknika, laqgħat, riċerka, avvenimenti transfruntiera, studji, informazzjoni u pubblikazzjonijiet;

    (b)

    kosti relatati mal-persunal, li jinkludu s-salarji proprja, kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali u kosti oħra statutorji inklużi fir-remunerazzjoni, sakemm dawn ma jaqbżux ir-rati medji skont il-politika normalment segwita mill-benefiċjarju dwar ir-remunerazzjoni;

    (c)

    spejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-persunal, sakemm dawn ikunu konsistenti man-norma applikata mill-benefiċjarju rigward l-kosti tal-ivvjaġġar;

    (d)

    il-kosti ta’ deprezzament ta’ tagħmir jew assijiet oħra (ġodda jew użati) kif irreġistrati fir-rapporti kontabilistiċi tal-benefiċjarju, dment li l-assi

    (i)

    jiġi deprezzat skont standards internazzjonali tal-kontabilità u l-prassi normali tal-kontabilità tal-benefiċjarju; u

    (ii)

    ikun inxtara f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, u skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1 jekk ix-xiri jkun seħħ fil-perjodu ta’ eliġibilità;

    (e)

    il-kosti ta’ oġġetti għall-konsum u provvisti u kuntratti oħra, sakemm dawn:

    (i)

    ikunu nxtraw f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1; u

    (ii)

    huma assenjati direttament lis-suġġett tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

    (f)

    kosti li huma riżultat dirett ta’ ħtiġiet imposti mid-Deċiżjoni ta’ Finanzjament inklużi, jekk japplika, l-ispejjeż ta’ servizzi finanzjarji (b’mod partikolari l-kost ta’ garanziji finanzjarji), bil-kundizzjoni li s-servizzi korrispondenti huma mixtrija f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu II.9.1 u, bħala regola ġenerali, mat-tieni paragrafu tal-Artikolu II.9.1.

    Artikolu II.20

    Kosti ineliġibbli

    Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu II.19.1 ta’ din id-Deċiżjoni u l-Artikolu 126 tar-Regolament Finanzjarju, il-kosti li ġejjin m’għandhomx jitqiesu eleġibbli:

    (a)

    ir-redditu fuq il-kapital u d-dividendi mħallsa mill-benefiċjarju;

    (b)

    id-dejn u l-ispejjeż għas-servizz tad-dejn;

    (c)

    id-dispożizzjonijiet għal telf jew djun;

    (d)

    l-imgħax dovut;

    (e)

    id-djun dubjużi;

    (f)

    it-telf fuq il-kambju;

    (g)

    il-kosti tat-trasferimenti mill-Parlament Ewropew imposti mill-bank tal-benefiċjarju;

    (h)

    il-kosti ddikjarati mill-benefiċjarju fil-qafas ta’ azzjoni oħra li tirċievi għotja ffinanzjata mill-baġit tal-Unjoni;

    (i)

    il-kontribuzzjonijiet in natura;

    (j)

    in-nefqiet żejda jew irresponsabbli;

    (k)

    il-VAT deduċibbli;

    (l)

    il-finanzjament projbit ta’ ċerti partijiet terzi skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    Artikolu II.21

    Kontribuzzjonijiet in natura

    Il-Parlament Ewropew għandu jippermetti lill-benefiċjarju jirċievi kontribuzzjonijiet in natura tul l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, sakemm il-valur ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet ma jeċċedix:

    (a)

    il-kosti li fil-fatt saru u li huma ġġustifikati kif xieraq b’dokumenti ta’ rendikont tal-partijiet terzi li għamlu dawn il-kontribuzzjonijiet lill-benefiċjarju mingħajr ħlas iżda li jġarrbu l-kosti korrispondenti;

    (b)

    fin-nuqqas ta’ dawn id-dokumenti, il-kosti li jikkorrispondu għal dawk ġeneralment aċċettati fis-suq partikolari;

    (c)

    il-valur tagħhom kif aċċettat fl-istima ta’ baġit;

    (d)

    50 % tar-riżorsi proprji aċċettati fl-istima ta’ baġit;

    Kontribuzzjonijiet in natura:

    (a)

    għandhom jiġu ppreżentati separatament fl-istima ta’ baġit sabiex dawn jirriflettu r-riżorsi kollha;

    (b)

    għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, kif ukoll mar-regoli tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali nazzjonali;

    (c)

    għandhom jiġu aċċettati biss fuq bażi proviżorja, soġġett għal ċertifikazzjoni mill-awditur estern u l-aċċettazzjoni fid-deċiżjoni dwar l-ammont finali tal-finanzjament;

    (d)

    m’għandhomx ikunu f’għamla ta’ proprjetà immobbli.

    Artikolu II.22

    Trasferimenti tal-baġit

    Il-benefiċjarju għandu jkun permess jaġġusta l-istima ta’ baġit stabbilita fl-Annex 1, permezz ta’ trasferimenti bejn kategoriji differenti tal-baġit. Dan l-aġġustament m’għandux jeħtieġ emenda tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Tali trasferimenti għandhom jiġu ġġustifikati fir-rapport annwali.

    Artikolu II.23

    Obbligi tar-rapportar

    II.23.1   Rapport annwali

    Preferibbilment sal-15 ta’ Mejju, u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju, wara tmiem is-sena finanzjarja N, il-benefiċjarju għandu jissottometti rapport annwali, inklużi dawn li ġejjin:

    (a)

    rapporti finanzjarji annwali u noti li jakkumpanjawhom, li jkopru d-dħul u l-kosti tal-benefiċjarju, l-assi u l-obbligazzjonijiet fil-bidu u fit-tmiem tas-sena finanzjarja, skont il-liġi applikabbli fl-Istat Membru tas-sede tal-benefiċjarju;

    (b)

    rapporti finanzjarji annwali abbażi tal-istandards internazzjonali tal-kontabilità definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7);

    (c)

    il-lista ta’ donaturi u kontributuri u d-donazzjonijiet jew kontribuzzjonijiet korrispondenti tagħhom irrapurtati skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014;

    (d)

    rapport ta’ attività;

    (e)

    dikjarazzjoni finanzjarja ibbażata fuq l-istruttura tal-istima ta’ baġit;

    (f)

    dettall tal-kontijiet fir-rigward ta’ dħul, kosti, assi u obbligazzjonijiet;

    (g)

    rikonċiljazzjoni tad-dikjarazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (e) b’dettall tal-kontijiet imsemmija fil-punt (f);

    (h)

    lista ta’ fornituri li f’sena finanzjarja partikolari talbu lill-benefiċjarju aktar minn EUR 10 000, li tispeċifika l-isem u l-indirizz tal-fornitur kif ukoll in-natura tal-oġġetti jew is-servizzi pprovduti.

    F’każ tar-riport speċifikat fl-Artikolu II.25.3, ir-rapport Annwali għandu jinkludi d-dokumenti msemmija fil-punt (d), (e), (f) u (g) li jkopru l-ewwel kwart tas-sena ta’ wara s-sena finanzjarja kkonċernata.

    L-informazzjoni inkluża fir-rapport annwali trid tkun biżżejjed biex jiġi stabbilit l-ammont finali tal-finanzjament.

    II.23.2   Rapport tal-awditjar estern

    Il-Parlament Ewropew għandu jirċievi direttament mingħand il-korpi jew l-esperti esterni indipendenti, maħtura skont l-Artikolu 23(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, ir-rapport tal-awditjar estern kif speċifikat fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    L-iskop tal-awditjar estern għandu jkun dak li jiċċertifika l-affidabilità tar-rapporti finanzjarji u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa tagħhom, u b’mod partikolari li:

    (a)

    id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tħejjew f’ konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-benefiċjarju, ma fihomx dikjarazzjonijiet materjali foloz u juru perspettiva vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja u tar-riżultati operattivi;

    (b)

    id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tħejjew skont l-istandards internazzjonali tal-kontabilità definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1606/2002;

    (c)

    il-kosti iddikjarati nġarrbu tassew;

    (d)

    id-dikjarazzjoni tad-dħul tkun eżawstiva;

    (e)

    id-dokumenti finanzjarji preżentati mill-benefiċjarju lill-Parlament humiex konsistenti mad-dispożizzjonijiet finanzjarji tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament;

    (f)

    l-obbligi li jirriżultaw mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, b’mod partikolari mill-Artikolu 20 tiegħu twettqu;

    (g)

    l-obbligi skont id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, b’mod partikolari l-Artikolu II.9 u l-Artikolu II.19, twettqu;

    (h)

    il-kontribuzzjoni ta’ oġġetti realment ikunu ngħataw lill-benefiċjarju u ġew valutati f’ konformità mar-regoli applikabbli;

    (i)

    kwalunkwe eċċess mill-finanzjament tal-Unjoni jkun ġie riportat għas-sena finanzjarja li jmiss u ntużax fl-ewwel kwart tas-sena finanzjarja, skont l-Artikolu 125(6) tar-Regolament Finanzjarju;

    (j)

    kwalunkwe eċċess ta’ riżorsi proprji jkun ġie trasferit lejn ir-riżerva.

    Artikolu II.24

    Deċiżjoni dwar ir-rapport annwali

    Sat-30 ta’ Settembru tas-sena li tiġi wara s-sena finanzjarja N, il-Parlament Ewropew għandu japprova jew jirrifjuta r-rapport annwali, kif speċifikat fl-Artikolu II.23.1.

    Jekk il-Parlament Ewropew ma jagħtix tweġiba bil-miktub fi żmien perjodu ta’ sitt xhur wara li jkun irċieva r-rapport annwali, ir-rapport annwali għandu jitqies li jkun ġie approvat.

    L-approvazzjoni tar-rapport annwali hija mingħajr preġudizzju għall-istabbiliment tal-ammont ta’ finanzjament finali skont l-Artikolu II.25, li permezz tiegħu l-Parlament Ewropew jieħu deċiżjoni finali dwar l-eliġibilità tal-kosti.

    Il-Parlament Ewropew jista’ jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju sabiex ikun f’pożizzjoni li jieħu deċiżjoni dwar ir-rapport annwali. F’każ li ssir tali rikjesta, id-data ta’ skadenza għad-deċiżjoni dwar ir-rapport annwali għandha tiġi prorogata sakemm l-informazzjoni mitluba tkun waslet u tiġi evalwata mill-Parlament Ewropew.

    Jekk ir-rapport annwali jkun vvizzjat minn għadd sostanzjali ta’ nuqqasijiet, il-Parlament Ewropew jista’ jirrifjutah mingħajr ma jitlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-benefiċjarju u jista’ jitlob lill-benefiċjarju jibgħat rapport ġdid fi żmien 15-il jum ta’ xogħol.

    Talbiet għal informazzjoni addizzjonali jew għal rapport ġdid għandhom isiru lill-benefiċjarju bil-miktub.

    Jekk ir-rapport annwali li jkun ġie ppreżentat inizjalment jiġi rrifjutat u jintalab rapport ġdid, għar-rapport il-ġdid għandha tapplika l-proċedura ta’ approvazzjoni stabbilita f’dan l-Artikolu.

    Artikolu II.25

    Deċiżjoni dwar l-ammont finali tal-finanzjament

    II.25.1   Impatt tar-rapport annwali

    Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li tistabbilixxi l-ammont ta’ finanzjament finali għandha tkun ibbażata fuq ir-rapport annwali approvat skont l-Artikolu II.24. F’każ ta’ ċaħda definittiva tar-rapport annwali mill-Parlament Ewropew, jew f’każ li l-benefiċjarju jonqos milli jippreżenta rapport annwali fi żmien l-iskadenzi applikabbli, ma jista’ jiġi stabbilit l-ebda kost rimborsabbli ma jista’ jiġi stabbilit mid-deċiżjoni dwar l-ammont ta’ finanzjament finali.

    II.25.2   Limitu

    L-ammont finali ta’ finanzjament għandu jkun limitat għall-ammont stipulat fl-Artikolu I.4 u m’għandux jeċċedi il-85 % tal-kosti eliġibbli li kienu effettivament imġarrba.

    II.25.3   Riport tal-bilanċ favorevoli

    Jekk, fi tmiem is-sena finanzjarja N, il-benefiċjarju jkollu bilanċ pożittiv ta’ introjtu fuq in-nefqa, parti minn dak l-bilanċ pożittiv jista’ jiġi riportat għas-sena finanzjarja N+1, skont l-Artikolu 125(6) tar-Regolament Finanzjarju.

    (a)   Id-definizzjoni ta’ bilanċ pożittiv

    Il-bilanċ pożittiv ta’ sena finanzjarja N, hu d-differenza bejn il-kosti totali eliġibbli u l-ammont totali ta’:

    (i)

    l-ammont ta’ finanzjament proviżorju (massimu) skont l-Artikolu I.4,

    (ii)

    ir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju allokati biex ikopru l-kosti eleġibbli, il-benefiċjarju preċedentement ikun kopra l-kosti mhux eleġibbli bl-użu ta’ riżorsi proprji biss, u

    (iii)

    kwalunkwe bilanċ favorevoli trasferit mis-sena finanzjarja N-1.

    Il-bilanċ pożittiv tad-dħul li jista’ jiġi trasferit għas-sena finanzjarja N+1 m’għandux jeċċedi l-25 % tad-dħul totali msemmi fil-punti (i) u (ii). imsemmija aktar ’il fuq.

    (b)   Kontabilità tad-dispożizzjoni għal kosti eliġibbli

    L-ammont li effettivament ikun ġie trasferit għandu jiddaħħal fil-karta tal-bilanċ għas-sena finanzjarja N bħala “provvediment biex ikopri l-kosti eliġibbli tal-ewwel trimestru tas-sena N+1”. Dan il-provvediment għandu jikkostitwixxi nefqa eliġibbli għas-sena finanzjarja N.

    Barra minn hekk finanlizzazzjoni intermedja tal-kontijiet li ssir sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena N+1 għandha tiddetermina l-kosti eliġibbli li verament isir sa dik id-data. Dan il-provvediment m’għandux jeċċedi dawk l-kosti.

    Fis-sena N+1, il-provvediment għandu jiġi dissolt u għandu jiġġenera dħul li għandu jintuża biex ikopri l-kosti eliġibbli fl-ewwel kwart tas-sena finanzjarja N+1.

    II.25.4   Deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament

    Il-Parlament Ewropew, kull sena, jikkontrolla jekk in-nefqa hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 1141/2014, ir-Regolament Finanzjarju u d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament. Kull sena huwa għandu jieħu deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament, li għandu jiġi notifikat kif xieraq lill-benefiċjarju.

    L-ammont finali ta’ finanzjament għas-sena finanzjarja N għandu jiġi stabbilit fis-sena N+ 1.

    L-ikklerjar tal-prefinanzjament għandu jsir meta jiġi stabbilit l-ammont ta’ finanzjament finali.

    II.25.5   Bilanċ tal-finanzjament

    Jekk il-prefinanzjament imħallas jeċċedi l-ammont finali tal-finanzjament, il-Parlament Ewropew għandu jirkupra l-prefinanzjament imħallas indebitament.

    Jekk l-ammont finali tal-finanzjament jeċċedi il-prefinanzjament imħallas, il-Parlament Ewropew għandu jħallas il-bilanċ.

    II.25.6   Profitt

    (a)   Definizzjoni

    Il-profitt għandu jiġi definit bħal fl-Artikolu 125(5) tar-Regolament Finanzjarju.

    (b)   Bini ta’ riżervi

    Skont l-Artikolu 123(5) tar-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju jista’ jibni riżervi mill-eċċess ta’ riżorsi proprji, li huma definiti fi Artikolu II.1.

    Il-bilanċ pożittiv li għandu jiġi trasferit lejn il-kont ta’ riżerva għandu jkun, jekk applikabbli, l-ammont ta’ riżorsi proprji li jeċċedu l-ammont tar-riżorsi proprji neċessarji biex ikopru 15 % tal-kosti eliġibbli fil-fatt imġarrba fis-sena finanzjarja N u 15 % tal-kosti fil-proviżjoni li għandhom jiġu riportati għas-sena finanzjarja N+1. Il-benefiċjarju għandu jkun kopra l-kosti ineliġibbli minn qabel billi juża r-riżorsi proprji tiegħu biss.

    L-eċċess allokat għar-riżerva mhux se jitqies għall-kalkolu tal-profitt.

    Ir-riżerva għandha tintuża biss biex tkopri l-kosti operattivi tal-benefiċjarju.

    (c)   Irkupru

    Il-finanzjament ma jistax jirriżulta fi profitt għall-benefiċjarju. Il-Parlament Ewropew għandu jkun intitolat li jirkupra l-perċentwal tal-profitt li jikkorrispondi mal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-kosti eliġibbli f’ konformità mal-Artikolu 125(4) tar-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu II.26

    Irkupru

    Jekk ammonti ġew imħallsa indebitament lill-benefiċjarju jew jekk proċedura ta’ rkupru tkun ġustifikata skont it-termini u l-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jew ir-Regolament Finanzjarju, il-benefiċjarju għandu iħallas lura l-ammonti kkonċernati lill-Parlament Ewropew, skont it-termini u l-kundizzjonijiet u mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew.

    II.26.1   Imgħax għal dewmien fil-pagament

    Jekk il-benefiċjarju jonqos li jħallas lura sal-iskadenza stabbilita mill-Parlament Ewropew, il-Parlament Ewropew għandu jinponi l-imgħax għal dewmien fil-pagament bir-rata stabbilita fl-Artikolu II.16 L-imgħax għal dewmien fil-pagament għandu jkopri l-perjodu bejn tmiem l-iskadenza stabbilita għall-pagament lura u d-data li fiha l-Parlament Ewropew jirċievi l-pagament lura sħiħ, inklużi.

    Kull rimbors parzjali għandu jiddaħħal l-ewwel taħt l-ispejjeż u l-imgħax għal dewmien fil-pagament u biss wara taħt il-kapital.

    II.26.2   Tpaċija

    Jekk l-ebda pagament ma jsir sad-data ta’ skadenza stipulata, l-ammonti li għandu jieħu l-Parlament Ewropew jistgħu jkunu rkuprati billi jitnaqqsu minn kull ammont li jkollu jieħu l-benefiċjarju fi kwalunkwe kont ieħor skont l-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Applikazzjoni tiegħu. F’każi eċċezzjonali, iġġustifikati bil-bżonn li jiġu salvagwardati l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Parlament Ewropew jista’ jirkurpa permezz ta’ tnaqqis qabel id-data ta’ meta jkun dovut il-pagament. M’għandux ikun hemm il-ħtieġa ta’ kunsens minn qabel tal-benefiċjarju.

    II.26.3   Spejjeż bankarji

    Spejjeż bankarji ġġenerati mill-irkuprar tas-somom dovuti lill-Parlament Ewropew għandhom jitħallsu biss mill-benefiċjarju.

    Artikolu II.27

    Garanzija finanzjarja

    Jekk il-Parlament Ewropew jitlob garanzija finanzjarja skont l-Artikolu 134 tar-Regolament Finanzjarju, għandhom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    il-garanzija finanzjarja trid tkun ipprovduta minn bank jew istituzzjoni finanzjarja approvata jew, jekk mitluba mill-benefiċjarju u aċċettata mill-Parlament Ewropew, minn parti terza;

    (b)

    il-garanti jrid joqgħod bħala garanti tal-ewwel sejħa u ma jkunx jeħtieġ li l-Parlament Ewropew l-ewwel jirrikorri kontra d-debitur prinċipali (jiġifieri l-benefiċjarju konċernat); u

    (c)

    il-garanzija finanzjarja trid b’mod espliċitu tibqa’ fis-seħħ sakemm il-prefinanzjament jitħallas kontra pagamenti interim jew pagamenti tal-bilanċ mill-Parlament Ewropew; jekk il-pagament tal-bilanċ jieħu l-forma ta’ rkupru, il-garanzija finanzjarja trid tibqa’ fis-seħħ sakemm id-dejn ikun meqjus kompletament ikklerjat; u l-Parlament Ewropew irid jirrilaxxa l-garanzija fix-xahar ta’ wara.

    Artikolu II.28

    Kontroll

    II.28.1   Dispożizzjonijiet ġenerali

    Fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tagħhom u f’ konformità mal-Kapitolu V tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014, il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għal Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jistgħu fi kwalunkwe ħin jeżerċitaw is-setgħat rispettivi tagħhom ta’ kontroll sabiex jiġi vverifikat jekk il-benefiċjarju huwiex f’konformità sħiħa mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva dwar id-Deċiżjoni ta’ Finanzjament, fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 u r-Regolament Finanzjarju.

    Il-benefiċjarju għandu jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti u għandu jipprovdihom bl-għajnuna kollha meħtieġa għat-twettiq tal-kontrolli tagħhom.

    Il-Parlament Ewropew u l-Awtorità għal Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jistgħu jiddelegaw il-kompitu ta’ kontroll lil korpi esterni debitament awtorizzati li jaġixxu għan-nom tagħhom (iktar’ il quddiem “il-korpi awtorizzati”).

    II.28.2   Dover li jinżammu d-dokumenti

    Għal perjodu ta’ ħames snin li jibda mid-data tal-preżentazzjoni tar-rapport annwali, il-benefiċjarju għandu jżomm maħżuna fuq kwalunkwe mezz adegwat, id-dokumenti oriġinali kollha, u b’ mod partikolari r-rekords tal-kontabilità u tat-taxxa, inkluż l-oriġinali diġitalizzati meta jkunu awtorizzati mil-liġijiet nazzjonali rispettivi tagħhom u skont il-kundizzjonijiet stipulati fihom.

    Il-perjodu ta’ ħames snin stipulat fl-ewwel subparagrafu m’għandux japplika fil-każ ta’ awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew insegwimenti ta’ pretensjonijiet li għaddejjin li jikkonċernaw il-finanzjament. F’każijiet bħal dawn, il-benefiċjarju għandu jżomm id-dokumenti sakemm tali awditjar, appelli, litigazzjonijiet jew insegwimenti ta’ pretensjonijiet ikunu ġew magħluqa.

    II.28.3   L-obbligu li jipprovdi dokumenti u/jew informazzjoni

    Il-benefiċjarju għandu jipprovdi kwalunkwe dokument u/jew informazzjoni, inkluża informazzjoni f’format elettroniku, mitluba mill-Parlament Ewropew, mill-Awtorità għall-Partiti Politiċi Ewropej u l-Fondazzjonijiet Politiċi Ewropej jew mill-korp awtorizzat (“l-awtorità kompetenti”).

    Kwalunkwe dokument jew informazzjoni pprovduta mill-benefiċjarju għandhom jiġu pproċessati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu II.6.

    II.28.4   Żjarat fuq il-post

    L-awtorità kompetenti tista’ twettaq żjarat fuq il-post fil-bini tal-benefiċjarju. Għal dan l-għan, hija tista’ titlob bil-miktub li l-benefiċjarju jagħmel l-arranġamenti xierqa għal tali żjara fi żmien skadenza xierqa li għandha tiġi stabbilita mill-awtorità kompetenti.

    Matul żjara fuq il-post, il-benefiċjarju għandu jippermetti lill-awtorità kompetenti aċċess għal siti u bini fejn l-operazzjoni tkun qed titwettaq jew tkun ġiet imwettqa, kif ukoll għall-informazzjoni kollha neċessarja, inkluża dik f’format elettroniku.

    Il-benefiċjarju għandu jiżgura li l-informazzjoni tkun faċilment disponibbli fil-mument taż-żjara fuq il-post u li l-informazzjoni mitluba tiġi mgħoddija f’forma xierqa.

    II.28.5   Proċedura tal-awditjar kontradittorja

    Fuq il-bażi tas-sejbiet li jsiru waqt il-proċedura ta’ kontroll, il-Parlament Ewropew għandu jħejji rapport tal-awditjar proviżorju li għandu jintbagħat lill-benefiċjarju. Il-benefiċjarju jista’ jippreżenta osservazzjonijiet fi żmien 30 jum kalendarju mid-data tar-riċevuta tar-rapport tal-awditjar proviżorju.

    Fuq il-bażi tas-sejbiet tar-rapport tal-awditjar proviżorju u l-osservazzjonijiet possibbli tal-benefiċjarju, il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi s-sejbiet tal-awditjar finali tiegħu f’rapport finali tal-awditjar. Ir-rapport tal-awditjar finali għandu jintbagħat lill-benefiċjarju fi żmien 60 jum mill-iskadenza tal-limitu ta’ żmien għall-preżentazzjoni tal-osservazzjonijiet.

    II.28.6   Effetti tas-sejbiet tal-awditjar

    Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Parlament li jieħu miżuri skont l-Artikolu II.12 sal-Artikolu II.14, l-aħħar sejbiet tal-awditjar għandhom ikunu kkunsidrati debitament mill-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-istabbiliment tal-ammont tal-finanzjament finali.

    Każijiet possibbli ta’ frodi jew ksur serju tar-regoli applikabbli żvelati mis-sejbiet tal-awditjar finali għandhom jiġu nnotifikati lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew l-awtoritajiet tal-Unjoni għal azzjoni ulterjuri.

    Il-Parlament Ewropew jista’ b’mod retroattiv jaġġusta d-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament fuq il-bażi tas-sejbiet tal-awditjar finali.

    II.28.7   Id-drittijiet ta’ kontroll tal-OLAF

    L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu jeżerċita d-drittijiet tiegħu ta’ kontroll vis-a-vis il-benefiċjarju f’ konformità mar-regoli applikabbli, b’mod partikolari r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (8), ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u l-Artikoli 24(4) u 25(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014.

    Il-benefiċjarju għandu jikkoopera mal-OLAF u għandu jipprovdi lill-OLAF b’kull għajnuna meħtieġa għat-twettiq ta’ kontroll tagħha.

    Il-Parlament Ewropew jista’ fi kwalunkwe ħin jaġġusta b’mod retroattiv id-deċiżjoni dwar l-ammont finali ta’ finanzjament abbażi ta’ sejbiet li jkunu waslu mingħand l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) skont l-Artikolu 25(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. Qabel ma l-Parlament Ewropew jiddeċiedi b’mod retroattiv id-deċiżjoni dwar l-aġġustament tal-ammont tal-finanzjament finali, il-benefiċjarju għandu jkun debitament infurmat dwar is-sejbiet rilevanti u dwar l-intenzjoni tal-Parlament li jaġġusta d-deċiżjoni dwar l-ammont tal-finanzjament finali, u għandu jkollu l-opportunità li jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu.

    II.28.8   Id-drittijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha teżerċita d-dritt tagħha ta’ kontroll skont ir-regoli applikabbli, u b’mod partikolari l-Artikolu 137(2) tar-Regolament Finanzjarju, u l-Artikolu 25(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014. L-Artikoli II.28.3 u II.28.4 japplikaw.

    Il-benefiċjarju għandu debitament jikkoopera mal-Qorti tal-Awdituri u għandu jipprovdi lill-Qorti bl-assistenza kollha meħtieġa meta tkun qed twettaq il-kontroll.

    II.28.9   Nuqqas ta’ konformità mal-obbligi skont l-Artikoli II.28.1 sa 4

    Jekk il-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu II.28.1 sa 4, il-Parlament Ewropew jista’ jikkunsidra mhux rimborsabbli kwalunkwe spiża li ma tkunx ġiet sostanzjata biżżejjed mill-benefiċjarju.

    Għall-Parlament Ewropew

    [kunjom, isem]

    [firma]

    Magħmul fi [belt: Strasburgu, il-Lussemburgu, Brussell]

    Anness 1

    Stima ta’ Baġit

    Kosti

    Kosti eliġibbli

    Baġit

    Attwali

    A.1: Kosti tal-persunal

    1.

    Salarji

    2.

    Kontribuzzjonijiet

    3.

    Taħriġ professjonali

    4.

    Spejjeż tal-missjonijiet tal-persunal

    5.

    Kosti oħra tal-persunal

     

     

    A.2: Kosti tal-infrastruttura u tal-operat

    1.

    Kera, imposti u kosti ta’ manutenzjoni

    2.

    Kosti relatati mal-installazzjoni, l-operat u l-manutenzjoni tal-apparat

    3.

    Deprezzament ta’ proprjetà mobbli u immobbli

    4.

    Kartolerija u provvisti tal-uffiċċju

    5.

    Spejjeż tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet

    6.

    Kosti għall-istampar, it-traduzzjoni u r-riproduzzjoni

    7.

    Kosti oħra tal-infrastruttura

     

     

    A.3: Kosti amministrattivi

    1.

    Kosti ta’ dokumentazzjoni (gazzetti, aġenziji tal-istampa, bażijiet tad-data)

    2.

    Kosti ta’ studji u ta’ riċerka

    3.

    Kosti legali

    4.

    Kosti ta’ kontabilità u awditjar

    5.

    Appoġġ lil partijiet terzi

    6.

    Kosti amministrattivi mixxellanji

     

     

    A.4: Kosti ta’ laqgħat u ta’ rappreżentanza

    1.

    Kosti ta’ laqgħat

    2.

    Parteċipazzjoni f’seminars u konferenzi

    3.

    Kosti ta’ rappreżentanza

    4.

    Kosti ta’ stediniet

    5.

    Kosti oħra relatati ma’ laqgħat

     

     

    A.5: Kosti marbuta mal-informazzjoni u l-pubblikazzjoni

    1.

    Kosti tal-pubblikazzjoni

    2.

    Ħolqien u tħaddim ta’ siti tal-Internet

    3.

    Kosti tal-pubbliċità

    4.

    Tagħmir tal-komunikazzjoni (“gadgets”)

    5.

    Seminars u wirjiet

    6.

    Kosti oħra relatati mal-informazzjoni

     

     

    A.6: Allokazzjoni tal-“provvista biex tkopri l-kosti eliġibbli li jsiru fl-ewwel kwart tas-sena N+1”

     

     

    A. KOSTI TOTALI ELIĠIBBLI

     

     

    Kosti ineliġibbli

    1.

    Dispożizzjonijiet

    2.

    Telf mill-kambju

    3.

    Pretensjonijiet dubjużi fuq partijiet terzi

    4.

    Kontribuzzjonijiet in natura

    5.

    Oħrajn (li jridu jiġu speċifikati)

     

     

    B. KOSTI TOTALI INELIĠIBBLI

     

     

    C. KOSTI TOTALI

     

     


    Dħul

     

    Baġit

    Attwali

    D.1 Allokazzjoni tal-“provvista biex tkopri l-kosti eliġibbli li jsiru fl-ewwel kwart tas-sena N”

    n/a

     

    D.2 Finanzjament tal-Parlament Ewropew

     

     

    D.3 imposti tas-sħubija

     

     

    3.1

    mill-fondazzjonijiet tal-membri

    3.2

    mill-membri individwali

     

     

    D.4 Donazzjonijiet

     

     

     

     

     

    D.5 Riżorsi proprji oħra

     

     

    (li jridu jiġu elenkati)

     

     

    D.6 Imgħax fuq il-prefinanzjament

     

     

    D.7. Kontribuzzjonijiet in natura

     

     

    D. DĦUL TOTALI

     

     

    E. profitt/telf (F-C)

     

     


    F. Allokazzjoni ta’ riżorsi proprji għall-kont ta’ riserva

     

     

    G. Profitt/telf biex tiġi vverifikata l-osservanza tar-regola ta’ ebda profitt (E-F)

     

     

    Nota: struttura indikattiva biss. L-istruttura vinkolanti tal-istima ta’ baġit għandha tiġi ppubblikata kull sena b’sejħa għal kontribuzzjonijiet.

    Anness 2

    Programm ta’ Ħidma

    [tiddaħħal skont l-applikazzjoni tal-finanzjament]

     


    (1)  ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1.

    (2)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (3)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

    (4)  ĠU L 333, 19.12.2015, p. 50.

    (5)  ĠU C 205, 29.6.2017, p. 2.

    (6)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).

    (8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

    (9)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).


    Top