Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0004

    Kawża C-4/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Jannar 2015 – Staatssecretaris van Financiën vs Argos Supply Trading BV

    ĠU C 107, 30.3.2015, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 107/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Jannar 2015 – Staatssecretaris van Financiën vs Argos Supply Trading BV

    (Kawża C-4/15)

    (2015/C 107/26)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hoge Raad der Nederlanden

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

    Konvenuta: Argos Supply Trading BV

    Domanda preliminari

    Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ekonomiċi meħtieġa għas-sistema ta’ pproċessar passiv, il-kunċett ta’ “proċessuri tal-Komunità” li jinsab fl-Artikolu 148(ċ) tal-KDK [Kodiċi Doganali tal-Komunità] (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi b’mod partikolari produtturi tal-Komunità ta’ materja prima jew ta’ prodotti kważi lesti li huma identiċi għal dawk li, fil-proċess ta’ pproċessar, ġew ipproċessati bħala merkanzija mhux tal-Komunità?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


    Top