Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CB0181

Kawża C-181/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas- 27 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Latina – l-Italja) – Francesco Acanfora vs Equitalia Sud SpA – Agente di Riscossione Latina, Agenzia delle Entrate – Ufficio di Latina (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 107 TFUE — Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat”  — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa, obbligu għall-persuna taxxabbli li tħallas lill-kumpannija lliċenzjata sabiex topera s-servizz ta’ rkupru, somma li tammonta għal 9 % tal-ammonti rreġistrati bħala dovuti bħala remunerazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir — Deskrizzjoni tal-kuntest fattwali — Insuffiċjenza — Inammissibbiltà manifesta)

ĠU C 184, 16.6.2014, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 184/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Latina – l-Italja) – Francesco Acanfora vs Equitalia Sud SpA – Agente di Riscossione Latina, Agenzia delle Entrate – Ufficio di Latina

(Kawża C-181/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 107 TFUE - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tat-taxxa, obbligu għall-persuna taxxabbli li tħallas lill-kumpannija lliċenzjata sabiex topera s-servizz ta’ rkupru, somma li tammonta għal 9 % tal-ammonti rreġistrati bħala dovuti bħala remunerazzjoni tal-attivitajiet ta’ ġbir - Deskrizzjoni tal-kuntest fattwali - Insuffiċjenza - Inammissibbiltà manifesta))

2014/C 184/07

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Latina

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Francesco Acanfora

Konvenuti: Equitalia Sud SpA – Agente di Riscossione Latina, Agenzia delle Entrate – Ufficio di Latina

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Commissione tributaria provinciale di Latina – Interpretazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE – Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, fil-każ li ma jitħallasx l-avviż ta’ rkupru, obbligu għall-persuna taxxabbli li tħallas lill-kumpannija lliċenzjata sabiex topera s-servizz ta’ rkupru ta’ taxxi, somma li tammonta għal 9 % tal-ammonti rreġistrati bħala dovuti, perċentwali li tirrappreżenta l-ispejjeż marbuta mal-ġbir tat-taxxa

Dispożittiv

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Latina (l-Italja), b’deċiżjoni tal-5 ta’ Diċembru 2012, hija manifestament inammissibbli.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


Top