This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013XG0517(03)
Notice for the attention of the persons to whom restrictive measures provided for in Council Decision 2010/656/CFSP and in Council Regulation (EC) No 560/2005 concerning restrictive measures against Côte d'Ivoire apply
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 dwar miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire

ĠU C 138, 17.5.2013, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.5.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/18 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 dwar miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire
2013/C 138/07
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK (1) u fl-Anness IA għar-Regolament (KE) 560/2005 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire.
Wara rieżami tal-listi ta' persuni li jidhru fl-Annessi ta' hawn fuq, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jibqgħu jkunu soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fil-websites fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 560/2005, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni, jekk hija ġġustifikata, biex jużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew għal pagamenti speċifiċi (cf. l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Għall-fini tar-rieżami li jmiss tal-Kunsill tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi, il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel il-31 ta' Marzu 2014, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fuq il-lista msemmija għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
General Secretariat |
DG C — Unit 1C (Horizontal Issues) |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Qed tinġibed l-attenzjoni għall-possibiltà għal kull persuna kkonċernata li tikkuntesta d-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 275, u fir-raba' u s-sitt paragrafu tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.