This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013XC0226(05)
Update of reference amounts for the crossing of the external borders, as referred to in Article 5(3) of Regulation (EC) No 562/2006 of the European Parliament and of the Council establishing a Community Code on the rules governing the movement of persons across borders (Schengen Borders Code) ( OJ C 247, 13.10.2006, p. 19 ; OJ C 153, 6.7.2007, p. 22 ; OJ C 182, 4.8.2007, p. 18 ; OJ C 57, 1.3.2008, p. 38 ; OJ C 134, 31.5.2008, p. 19 ; OJ C 37, 14.2.2009, p. 8 ; OJ C 35, 12.2.2010, p. 7 ; OJ C 304, 10.11.2010, p. 5 ; OJ C 24, 26.1.2011, p. 6 ; OJ C 157, 27.5.2011, p. 8 ; OJ C 203, 9.7.2011, p. 16 ; OJ C 11, 13.1.2012, p. 13 ; OJ C 72, 10.3.2012, p. 44 ; OJ C 199, 7.7.2012, p. 8 ; OJ C 298, 4.10.2012, p. 3 )
Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19 ; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22 ; ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18 ; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38 ; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19 ; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8 ; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7 ; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5 ; ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6 ; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8 ; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16 ; ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13 ; ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44 ; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8 ; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3 )
Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19 ; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22 ; ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18 ; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38 ; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19 ; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8 ; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7 ; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5 ; ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6 ; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8 ; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16 ; ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13 ; ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44 ; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8 ; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3 )
ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.2.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 56/13 |
Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19; ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22; ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18; ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8; ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5; ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6; ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16; ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13; ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44; ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8; ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3)
2013/C 56/08
Il-pubblikazzjoni ta’ ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmi fil-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntieri (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Barra mill-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, huwa disponibbli aġġornament ta’ kull xahar fuq il-websajt tad-Direttorat-Ġenerali għall-Affarijiet Interni.
SPANJA
Informazzjoni li tieħu post l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006
L-Ordni tal-Ministeru tal-Presidenza (PRE/1282/2007) tal-10 ta' Mejju 2007 dwar il-mezzi finanzjarji li għandu jkollhom il-barranin biex jidħlu fi Spanja tispeċifika l-ammont li l-barranin irid ikollhom prova dwaru li jkun jinsab disponibbli lilhom sabiex ikunu jistgħu jidħlu fi Spanja.
(a) |
Għall-ispejjeż taż-żjara tagħhom fi Spanja, l-ammont li għandu jkollhom disponibbli jrid jirrappreżenta, f'euro, 10 % tal-paga minima nazzjonali grossa (EUR 64,53 għall-2013) jew l-ekwivalenti legali f'munita barranija mmultiplikati bin-numru ta' ġranet li jkunu se jqattgħu fi Spanja u bin-numru ta' persuni dipendenti li jkunu qed jivvjaġġaw magħhom. L-ammont minimu għad-dispożizzjoni tagħhom irid jirrappreżenta 90 % tal-paga minima nazzjonali grossa (EUR 580,77 għall-2013) jew l-ekwivalenti legali f'munita barranija għal kull persuna, irrispettivament minn kemm ikun bi ħsiebhom idumu. |
(b) |
Għar-ritorn tagħhom lejn l-Istat tal-oriġini jew għat-tranżitu minn pajjiż terz, il-barranin irid ikollhom biljett f'isimhom, mhux trasferibbli u b'data fissa jew biljetti għall-mezzi ta' trasport li jkunu qed jippjanaw li jużaw. |
Il-barranin irid ikollhom prova li għandhom il-mezzi biex jgħixu msemmija aktar 'il fuq jew billi juruhom jekk dawn il-mezzi jkunu flus kontanti, jew billi jipproduċu ċekkijiet iċċertifikati, ċekkijiet tal-vjaġġaturi, irċevuti jew karti ta' kreditu, li jrid ikollhom magħhom ċertifikat tal-bank riċenti (ittri mill-bank jew ċertifikati bankarji tal-Internet mhumiex aċċettabbli) jew billi jipprovdu prova oħra li turi b'mod ċar l-ammont ta' kreditu disponibbli fil-kont bankarju jew tal-karta tal-kreditu.