Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0249

    Kawża C-249/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fit- 22 ta’ Mejju 2012 — Corina-Hrisi Tulică vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor

    ĠU C 243, 11.8.2012, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 243/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Înalta Curte de Casație și Justiție (ir-Rumanija) fit-22 ta’ Mejju 2012 — Corina-Hrisi Tulică vs Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor

    (Kawża C-249/12)

    2012/C 243/11

    Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

    Qorti tar-rinviju

    Înalta Curte de Casație și Justiție

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Corina-Hrisi Tulică

    Konvenuta: Agenția Națională de Administrare Fiscală — Direcția Generală de Soluționare a Contestațiilor

    Domanda preliminari

    Meta l-bejjiegħ ta’ proprjetà immobbli jiġi kklassifikat mill-ġdid bħala persuna taxxabbli li għandha tħallas il-VAT u meta l-partijiet stabbilew il-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna ta’ din il-proprjetà mingħajr ma semmew il-VAT, l-Artikoli 73 u 78 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-valur taxxabbli huwa kompost:

    (a)

    mill-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna tal-proprjetà li ġie stabbilit mill-partijiet wara t-tnaqqis tar-rata tal-VAT jew

    (b)

    mill-korrispettiv (il-prezz) tal-kunsinna tal-proprjetà li ġie miftihem mill-partijiet?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


    Top