EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CA0611

Kawżi magħquda C-611/10 u C-612/10: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 12 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Waldemar Hudzinski vs Agentur für Arbeit Wesel — Familienkasse (C-611/10), Jaroslaw Wawrzyniak vs Agentur für Arbeit Mönchengladbach — Familienkasse (C-612/10) ( “Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Artikoli 14(1)(a) u 14a(1)(a) — Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE — Xogħol temporanju fi Stat Membru differenti minn dak li fit-territorju tiegħu l-attività hija normalment eżerċitata — Benefiċċji tal-familja — Leġiżlazzjoni applikabbli — Possibbiltà li jingħataw benefiċċji għall-ulied mill-Istat Membru fejn sar ix-xogħol temporanju iżda li ma huwiex l-Istat kompetenti — Applikazzjoni ta’ regola ta’ dritt nazzjonali kontra l-akkumulazzjoni li teskludi dan il-benefiċċju fil-każ ta’ riċezzjoni ta’ benefiċċju komparabbli fi Stat Membru ieħor” )

ĠU C 227, 28.7.2012, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Ġunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof — Il-Ġermanja) — Waldemar Hudzinski vs Agentur für Arbeit Wesel — Familienkasse (C-611/10), Jaroslaw Wawrzyniak vs Agentur für Arbeit Mönchengladbach — Familienkasse (C-612/10)

(Kawżi magħquda C-611/10 u C-612/10) (1)

(Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Artikoli 14(1)(a) u 14a(1)(a) - Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE - Xogħol temporanju fi Stat Membru differenti minn dak li fit-territorju tiegħu l-attività hija normalment eżerċitata - Benefiċċji tal-familja - Leġiżlazzjoni applikabbli - Possibbiltà li jingħataw benefiċċji għall-ulied mill-Istat Membru fejn sar ix-xogħol temporanju iżda li ma huwiex l-Istat kompetenti - Applikazzjoni ta’ regola ta’ dritt nazzjonali kontra l-akkumulazzjoni li teskludi dan il-benefiċċju fil-każ ta’ riċezzjoni ta’ benefiċċju komparabbli fi Stat Membru ieħor)

2012/C 227/05

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Waldemar Hudzinski (C-611/10), Jaroslaw Wawrzyniak (C-612/10)

Konvenuti: Agentur für Arbeit Wesel — Familienkasse (C-611/10), Agentur für Arbeit Mönchengladbach — Familienkasse (C-612/10)

Suġġett

Talbiet għal deċiżjoni preliminari — Bundesfinanzhof — Interpretazzjoni tal-Artikolu 14a(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35) — Determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli — Dritt ta’ ħaddiem migrant li jirċievi fl-Istat Membru li jaħdem fih allowances tal-familja għat-tfal tiegħu residenti fl-Istat Membru ta’ oriġini — Sitwazzjoni ta’ persuna li taħdem għal rasha fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħha u li twettaq matul perijodu ta’ erba’ xhur impjieg fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

(1)

L-Artikoli 14(1)(a) u 14a(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar il-pubblikazzjoni (applikazzjoni) tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tagħha kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament Nru 647/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ April 2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux Stat Membru li ma huwiex, skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-Istat kompetenti milli jagħti benefiċċji għall-ulied skont id-dritt nazzjonali tiegħu lil ħaddiem migrant li jkun qed jaħdem temporanjament fit-territorju tiegħu f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, inkluż meta jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, li l-ħaddiem ma sofra l-ebda żvantaġġ fuq il-livell ġuridiku mill-fatt li eżerċita d-dritt tiegħu għal moviment liberu peress li żamm id-dritt tiegħu għal benefiċċji tal-familja tal-istess natura fl-Istat Membru kompetenti, u, it-tieni nett, li la l-ħaddiem u lanqas il-wild li għalih qed jintalab l-imsemmi benefiċċju ma jirrisjedu abitwalment fit-territorju tal-Istat Membru fejn twettaq ix-xogħol temporanju.

(2)

Ir-regoli tat-Trattat FUE fil-qasam tal-moviment liberu tal-ħaddiema għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, ta’ regola ta’ dritt nazzjonali bħal dik li tirriżulta mill-Artikolu 65 tal-liġi dwar it-taxxa fuq id-dħul (Einkommensteuergesetz), sa fejn din ma timplikax tnaqqis tal-ammont tal-benefiċċju sal-ammont ta’ benefiċċju komparabbli riċevut fi Stat Membru ieħor, iżda l-esklużjoni ta’ dan il-benefiċċju.


(1)  ĠU C 103, 2.4.2011


Top