Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0244

Kawża T-244/12: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Mejju 2012 — Unister vs UASI (fluege.de)

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/28


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2012 — Unister vs UASI (fluege.de)

(Kawża T-244/12)

2012/C 217/59

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Unister GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hug u A. Kessler-Jensch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Marzu 2012 fil-Każ R 2149/2011-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “fluege.de” għal prodotti fil-klassijiet 25, 28, 35, 39, 41 u 43

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009


Top