Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0379(01)

Kawża T-379/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 4 ta' Ġunju 2012 — Hüttenwerke Krupp Mannesmann et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Ambjent — Direttiva 2003/87/CE — Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’effett mill-2013 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta’ riferiment ta’ prodotti li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Assenza ta’ interess individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni — Inammissibbiltà)

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta' Ġunju 2012 — Hüttenwerke Krupp Mannesmann et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-379/11) (1)

(Rikors għal annullament - Ambjent - Direttiva 2003/87/CE - Allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’effett mill-2013 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddetermina l-punti ta’ riferiment ta’ prodotti li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu tal-allokazzjoni ta’ kwoti ta’ emissjoni - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Assenza ta’ interess individwali - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ eżekuzzjoni - Inammissibbiltà)

2012/C 217/49

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH (Duisburg, il-Ġermanja); Rogesa — Roheisengesellschaft Saar mbH (Dillingen, il-Ġermanja); Salzgitter Flachstahl GmbH (Salzgitter, il-Ġermanja); ThyssenKrupp Steel Europe AG (Duisburg); u voestalpine Stahl GmbH (Linz, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Wilms, K. Herrmann u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

(2)

Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH, Rogesa — Roheisengesellschaft Saar mbH, Salzgitter Flachstahl GmbH, ThyssenKrupp Steel Europe AG u voestalpine Stahl GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


Top