Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0534

Kawża T-534/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Ġunju 2012 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — Garmo (HELLIM) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali HELLIM — Trade mark Komunitarja kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 — Dritt għal smigħ — Artikolu 63(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 13 ta’ Ġunju 2012 — Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern — Garmo (HELLIM)

(Kawża T-534/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali HELLIM - Trade mark Komunitarja kollettiva verbali preċedenti HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - Artikolu 63(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009)

2012/C 217/41

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: inizjalment C. Milbradt u H. Van Volxem, sussegwentement C. Milbradt u A. Schwarz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Garmo AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Settembru 2010 (Każ R 794/2010-4), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn l-Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias u Garmo AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L-Organismos Kypriakis Galaktokomikis Viomichanias huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 30, 29.1.2011.


Top