This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62009TA0396
Case T-396/09: Judgment of the General Court of 14 June 2012 — Vereniging Milieudefensie, Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht v Commission (Environment — Regulation (EC) No 1367/2006 — Obligation of the Member States to protect and improve ambient air quality — Temporary exemption granted to a Member State — Request for internal review — Refusal — Measure of individual scope — Validity — Aarhus Convention)
Kawża T-396/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Ġunju 2012 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni ( “Ambjent — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Obbligu tal-Istati Membri li jħarsu u jtejbu l-kwalità tal-arja fl-ambjent — Deroga temporanja mogħtija lil Stat Membru — Talba għal eżami intern mill-ġdid — Rifjut — Miżura ta’ portata individwali — Validità — Konvenzjoni ta’ Aarhus” )
Kawża T-396/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ Ġunju 2012 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni ( “Ambjent — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Obbligu tal-Istati Membri li jħarsu u jtejbu l-kwalità tal-arja fl-ambjent — Deroga temporanja mogħtija lil Stat Membru — Talba għal eżami intern mill-ġdid — Rifjut — Miżura ta’ portata individwali — Validità — Konvenzjoni ta’ Aarhus” )
ĠU C 217, 21.7.2012, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2012 — Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-396/09) (1)
(Ambjent - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Obbligu tal-Istati Membri li jħarsu u jtejbu l-kwalità tal-arja fl-ambjent - Deroga temporanja mogħtija lil Stat Membru - Talba għal eżami intern mill-ġdid - Rifjut - Miżura ta’ portata individwali - Validità - Konvenzjoni ta’ Aarhus)
2012/C 217/35
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Vereniging Milieudefensie (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: A. van den Biesen, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Oliver, W. Roels u A. Alcover San Pedro, sussegwentement P. Oliver, A. Alcover San Pedro u E. Manhaeve, u finalment P. Oliver, A. Alcover San Pedro u B. Burggraaf, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels, Y. de Vries, J. Langer u M. de Ree, aġenti); Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment L. Visaggio u A. Baas, sussegwentement L. Visaggio u G. Corstens, aġenti); u il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u F. Naert, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 6121, tat-28 ta’ Lulju 2009, li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrenti għal eżami intern mill-ġdid mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni tagħha C(2009) 2560 finali, tas-7 ta’ April 2009, li tagħti lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi deroga temporanja mill-obbligi previsti mid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1).
Dispożittiv
(1) |
Id-Deċiżjoni C(2009) 6121 tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Lulju 2009, hija annullata. |
(2) |
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Vereniging Milieudefensie u Stichting Stop Luchtverontreiniging Utrecht, inklużi dawk tal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
(3) |
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |