Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TA0366

    Kawża T-366/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni ( “Klawżola ta’ arbitraġġ — Kuntratti ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp — Kuntratti Ecres, El Hierro, Islands 2010, Opet I, Opet II, Opet Ola, Respire, Sustainable Communities u Virtual Campus — Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati — Rimbors ta’ somom antiċipati jew imħallsa — Inammissibbiltà parzjali tar-rikors — Kontrotalba tal-Kummissjoni” )

    ĠU C 217, 21.7.2012, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.7.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 217/17


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2012 — Insula vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-366/09) (1)

    (Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti ta’ finanzjament ta’ proġetti ta’ riċerka u ta’ żvilupp - Kuntratti Ecres, El Hierro, Islands 2010, Opet I, Opet II, Opet Ola, Respire, Sustainable Communities u Virtual Campus - Assenza ta’ dokumenti ta’ sostenn u nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet kuntrattwali fir-rigward ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati - Rimbors ta’ somom antiċipati jew imħallsa - Inammissibbiltà parzjali tar-rikors - Kontrotalba tal-Kummissjoni)

    2012/C 217/34

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J.-D. Simonet u P. Marsal, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: iniżjalment A.-M. Rouchaud-Joët u F. Mirza, sussegwentement A.-M. Rouchaud-Joët u D. Calciu, aġenti, assistiti minn L. Defalque u S. Woog, avukati)

    Suġġett

    Talba intiża sabiex, fuq il-bażi tal-Artikolu 238 KE, il-Qorti Ġenerali tiddikjara, minn naħa, bħala infondat kreditu tal-Kummissjoni ta’ EUR 114 996,82 u, min-naħa l-oħra, bħala fondat il-kreditu tal-Kummissjoni ta’ EUR 253 617,83, u sabiex tikkundanna lill-Kummissjoni tagħtih bħala kumpens, is-somma prinċipali ta’ EUR 146 261,06 u s-somma sussidjarja ta’ EUR 573 273,42.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors ippreżentat mill-Conseil scientifique international pour le développement des îles (Insula) huwa miċħud.

    (2)

    Insula huwa kkundannat jagħti lill-Kummissjoni Ewropea s-somom prinċipali ta’ EUR 146 261,06, miżjuda bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 2.5 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mis-16 ta’ Awwissu 2009 u sal-ħlas sħiħ tal-imsemmija somma prinċipali.

    (3)

    Insula huwa kkundannat jagħti lill-Kummissjoni Ewropea s-somma prinċipali ta’ EUR 253 617,83, miżjud bl-interessi moratorji bir-rata ta’ 2.5 % fis-sena, li jibdew jiddekorru mit-8 ta’ Settembru 2009 u sal-ħlas sħiħ tal-imsemmjai somma prinċipali.

    (4)

    Il-kumplament tat-talba rikonvenzjonali tal-Kummissjoni huwa miċħud.

    (5)

    Insula għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni.


    (1)  ĠU C 282, 21.11.2009.


    Top