This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CA0039
Case C-39/11: Judgment of the Court (Third Chamber) of 7 June 2012 (reference for a preliminary ruling from the Verwaltungsgerichtshof — Austria) — VBV — Vorsorgekasse AG v Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA) (Free movement of capital — Articles 63 TFEU and 65 TFEU — Severance funds — Investment of assets — Investment funds established in another Member State — Investment in such funds permitted only when they are authorised to market their units within the national territory)
Kawża C-39/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas- 7 ta’ Gunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — VBV — Vorsorgekasse AG vs Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA) (Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE — Fondi ta’ previdenza professjonali — Investiment tal-attivi — Fondi komuni ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru ieħor — Investiment f’tali fondi permess biss meta dawn jiġu awtorizzati li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali)

ĠU C 217, 21.7.2012, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 217/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Gunju 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Verwaltungsgerichtshof — l-Awstrija) — VBV — Vorsorgekasse AG vs Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA)
(Kawża C-39/11) (1)
(Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Fondi ta’ previdenza professjonali - Investiment tal-attivi - Fondi komuni ta’ investiment stabbiliti fi Stat Membru ieħor - Investiment f’tali fondi permess biss meta dawn jiġu awtorizzati li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet tagħhom fit-territorju nazzjonali)
2012/C 217/06
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VBV — Vorsorgekasse AG
Konvenuta: Finanzmarktaufsichtsbehörde (FMA)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgerichtshof — Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 TFUE et seq — Moviment liberu tal-kapital — Fondi ta’ previdenza professjonali li jinvestu l-kontribuzzjonijiet obbligatorji ta’ ħaddiema impjegati jew li jaħdmu għal rashom intiżi li jiffinanzjaw l-allowances ta’ rtirar — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tillimita dawn l-investimenti għall-fondi li l-bejgħ tagħhom ikun ġie awtorizzat fit-territorju nazzjonali
Dispożittiv
L-Artikolu 63(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil fond ta’ previdenza professjonali, jew lil impriża ta’ investiment kollettiv maħluqa minn dan il-fond biex tamministra l-assi tagħha, jinvesti l-assi tiegħu f’unitajiet ta’ fond komuni ta’ investiment stabbilit fi Stat Membru ieħor biss jekk dan il-fond ikun ġie awtorizzat jikkummerċjalizza l-unitajiet tiegħu fit-territorju nazzjonali