This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2012/074/09
Call for proposals — DG ENTR No 30-G-ENT-CIP-12-E-N01C051 — Programme ‘Erasmus for young entrepreneurs’
Sejħa għall-proposti – DĠ ENTR Nru 30-G-ENT-CIP-12-E-N01C051 – Il-programm “Erasmus għal imprendituri żgħażagħ”
Sejħa għall-proposti – DĠ ENTR Nru 30-G-ENT-CIP-12-E-N01C051 – Il-programm “Erasmus għal imprendituri żgħażagħ”
ĠU C 74, 13.3.2012, p. 14–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/14 |
Sejħa għall-proposti – DĠ ENTR Nru 30-G-ENT-CIP-12-E-N01C051
Il-programm “Erasmus għal imprendituri żgħażagħ”
2012/C 74/09
1. L-Għanijiet u d-Deskrizzjoni
Din is-sejħa għall-proposti għandha l-għan li tgħin imprendituri ġodda mill-pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem (1) biex isaħħu l-esperjenza, it-tagħlim u n-netwerk tagħhom billi jqattgħu perjodi ta' żmien ma' imprendituri ta' esperjenza fl-intrapriżi tagħhom f'pajjiżi oħra li qegħdin jieħdu sehem. L-għan ġenerali ta' dan il-programm hu li tittejjeb l-intraprenditorija, l-internazzjonalizzazzjoni u l-kompetittività ta' imprendituri potenzjali li għadhom jibdew u dawk li qed imexxu intrapriżi mikro u żgħar li m'ilhomx li ġew stabbiliti fl-UE. L-attività hija mmirata lejn persuni li beħsiebhom jiftħu negozju u imprendituri li stabbilixxew ruħhom dan l-aħħar.
Is-sejħa se tappoġġja azzjonijiet għal organizzazzjonijiet li jmexxu l-programm lokalment, billi ssaħħaħ u tiffaċilita l-mobilità ta' imprendituri ġodda.
2. Applikanti eliġibbli
Kwalunkwe entità pubblika jew privata attiva fil-qasam tal-appoġġ lin-negozji tista' tieħu sehem f'din is-sejħa għall-proposti. Fost dawn jista' jkun hemm b'mod partikolari:
— |
entitatjiet pubbliċi li jew huma responsabbli mill-oqsma tal-affarijiet ekonomiċi, l-intrapriża, l-appoġġ lin-negozji jew kwistjonijiet relatati, jew li huma attivi fihom. |
— |
kmamar tal-kummerċ u l-industrija, kmamar tal-artiġjanat jew entitajiet simili |
— |
organizzazzjonijiet ta' appoġġ lin-negozji, ċentri u inkubaturi ta' negozji fil-fażijiet tal-bidu tagħhom |
— |
assoċjazzjonijiet tan-negozji u netwerks ta' appoġġ lin-negozji |
— |
entitajiet pubbliċi u privati li joffru servizzi ta' appoġġ lin-negozji. |
L-applikanti jistgħu jaġixxu individwalment jew f'konsorzju (sħubija). Konsorzju għandu jkun magħmul minn tal-inqas żewġ entitajiet legali indipendenti, minn wieħed jew bosta pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem.
L-applikanti għandhom ikunu stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi li qegħdin jieħdu sehem (ara l-lista fin-nota ta' qiegħ il-paġna hawn taħt)
3. Il-baġit u t-tul tal-proġett
Il-baġit totali destinat għall-kofinanzjament tal-proġetti jilħaq EUR 3 100 000. L-għajnuna finanzjarja mill-Kummissjoni ma tistax tkun aktar minn 90 % tal-ispejjeż totali eliġibbli ta' proġett wieħed.
Ebda għotja mhu se tkun aktar minn EUR 180 000 għas-sħubiji u EUR 150 000 għall-applikazzjonijiet individwali. It-tul massimu tal-proġetti huwa ta' 24 xahar.
Id-data skedata għall-bidu tal-azzjoni: l-1 ta’ Frar 2013.
4. L-iskadenza
L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Mejju 2012.
5. Aktar tagħrif
It-test sħiħ tas-sejħa għall-proposti u l-formoli tal-applikazzjoni huma aċċessibbli fuq il-websajt li ġejja:
http://ec.europa.eu/enterprise/contracts-grants/calls-for-proposals/index_en.htm
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti stipulati fit-test sħiħ u jridu jiġu ppreżentati permezz tal-għodda elettronika u l-formoli pprovduti.
(1) L-Istati Membri tal-UE, il-Liechtenstein, in-Norveġja, il-pajjiżi Kandidati (il-Kroazja, Dik li Kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Islanda, il-Montenegro u t-Turkija), u l-Albanija, l-Iżrael u s-Serbja (il-parteċipanti tal-Programm Kompetittività u Innovazzjoni)