Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2011/223/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6225 – Molaris/Commerz Real/RWE/Amprion) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 223, 29.7.2011, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.7.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 223/19


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6225 – Molaris/Commerz Real/RWE/Amprion)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2011/C 223/10

    1.

    Fil-15 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha M 31 Beteiligungsgesellschaft mbh & Co. Energie KG (“Colmar”, il-Ġermanja) takkwista, skont it-tifisra tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Amprion GmbH (“Amprion”, il-Ġermanja), permezz ta’ xiri ta’ ishma u kuntratt. Colmar hi kkontrollata b’mod konġunt minn Molaris Vermietungs- und Verwaltungsgesellschaft mbH (“Molaris”, il-Ġermanja), fil-kontroll aħħari ta’ diversi persuni privati, u Commerz Real AG, fil-kontroll aħħari ta’ Commerzbank AG (“Commerzbank”, il-Ġermanja). Attwalment, Amprion hi kkontrollata b’mod waħdieni minn RWE.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    għall-impriża RWE: il-produzzjoni tal-elettriku, il-kummerċ tal-enerġija, it-trasport u l-provvista tal-gass u l-elettriku,

    għall-impriża Commerzbank: is-servizzi finanzjarji,

    għall-impriża Colmar: tippossjedi sehem tal-kapital minn u tikkontrolla b’mod konġunt lil Amprion,

    Molaris: il-kiri u l-ġestjoni ta’ proprjetà immobbli,

    għall-impriża Amprion: operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-elettriku.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6225 – Molaris/Commerz Real/RWE/Amprion, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top