This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TB0015
Case T-15/10 R: Order of the General Court of 26 May 2010 — Noko Ngele v Commission (Application for interim measures — Formal requirements — Inadmissibility)
Kawża T-15/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Mejju 2010 — Noko Ngele vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għal miżuri provviżorji — Rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà” )
Kawża T-15/10 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Mejju 2010 — Noko Ngele vs Il-Kummissjoni ( “Proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għal miżuri provviżorji — Rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà” )
ĠU C 195, 17.7.2010, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 195/19 |
Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2010 — Noko Ngele vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-15/10 R)
(“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għal miżuri provviżorji - Rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”)
2010/C 195/31
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Mariyus Noko Ngele (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Sabakunzi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: A. Bordes, aġent)
Suġġett
Essenzjalment, talba intiża sabiex tiġi ddikjarata l-illegalità tal-attività taċ-Ċentru għall-Iżvilupp tal-Impriżi (CDE) fil-Belġju, sabiex il-Kummissjoni u l-aġenti tagħha jiġu pprojbiti milli jkollhom relazzjonijiet finanzjarji maċ-CDE jew li jirrikonoxxu l-legalità taċ-CDE u sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas somma lir-rikorrent fil-każ li l-Kummissjoni tirrikonoxxi din il-legalità.
Dispożittiv
(1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
(2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |