This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62005TA0362
Case T-362/05 and T-363/05: Judgment of the Court of First Instance of 2 December 2008 — Nuova Agricast and Cofra v Commission (Non-contractual liability of the Community — Aid scheme provided for under Italian legislation — Scheme declared compatible with the common market — Transitional measure — Certain undertakings excluded — Principle of protection of legitimate expectations — Sufficiently serious breach of a rule of law conferring rights on individuals — None)
Kawża T-362/05 u T-363/05: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat- 2 ta' Diċembru 2008 — Nuova Agricast u Cofra vs Il-Kummissjoni ( Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità — Skema ta' għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana — Skema ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni — Miżura tranżitorja — Esklużjoni ta' ċerti impriżi — Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Ksur suffiċjentement serju ta' regola tad-dritt li hija intiża biex tagħti drittijiet lill-individwi — Nuqqas )

ĠU C 19, 24.1.2009, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/24 |
Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-2 ta' Diċembru 2008 — Nuova Agricast u Cofra vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-362/05 u T-363/05) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Skema ta' għajnuna prevista mil-leġiżlazzjoni Taljana - Skema ddikjarata kompatibbli mas-suq komuni - Miżura tranżitorja - Esklużjoni ta' ċerti impriżi - Prinċipju tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Ksur suffiċjentement serju ta' regola tad-dritt li hija intiża biex tagħti drittijiet lill-individwi - Nuqqas’)
(2009/C 19/44)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Nuova Agricast Srl (Cerignola, l-Italja); u Cofra Srl (Barletta, l-Italja) (rappreżentant: M.A. Calabrese, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: V. Di Bucci u E. Righini, aġenti)
Suġġett
Talba għall-kumpens tad-danni li r-rikorrenti allegatament sofriet minħabba l-adozzjoni, min-naħa tal-Kummissjoni tad-Deċiżjoni tat-12 ta' Lulju 2000 li tiddikjara bħala kompatibbli mas-suq komuni skema ta' għajnuna għal investimenti fir-reġjuni żvantaġġati tal-Italja [Għajnuna mill-Istat Nru N 715/99 — l-Italja (SG 2000 D/105754)] u minħabba l-aġir li l-Kummissjoni adottat matul il-proċedura li ppreċediet l-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
1) |
Il-Kawżi T-362/05 u T-363/05 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza. |
2) |
Ir-rikorsi huma miċħuda |
3) |
Nuova Agricast Srl għandha tbati l-ispejjez tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-Kawża T-362/05. |
4) |
Cofra Srl għandha tbati l-ispejjez tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni fil-Kawża T-363/05. |