This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62007CA0221
Case C-221/07: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 4 December 2008 (reference for a preliminary ruling from the Sozialgericht Stuttgart (Germany)) — Krystyna Zablocka-Weyhermüller v Land Baden-Württemberg (Benefits granted to surviving spouses of victims of war — Condition of residence on the national territory — Article 18(1) EC)
Kawża C-221/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal- 4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Stuttgart — Il-Ġermanja) — Krystyna Zablocka-Weyhermüller vs Land Baden-Württemberg (Benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra — Kundizzjoni ta' residenza fit-territorju nazzjonali — Artikolu 18(1) KE)
Kawża C-221/07: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal- 4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Stuttgart — Il-Ġermanja) — Krystyna Zablocka-Weyhermüller vs Land Baden-Württemberg (Benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra — Kundizzjoni ta' residenza fit-territorju nazzjonali — Artikolu 18(1) KE)
ĠU C 19, 24.1.2009, p. 3–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-4 ta' Diċembru 2008 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Stuttgart — Il-Ġermanja) — Krystyna Zablocka-Weyhermüller vs Land Baden-Württemberg
(Kawża C-221/07) (1)
(Benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra - Kundizzjoni ta' residenza fit-territorju nazzjonali - Artikolu 18(1) KE)
(2009/C 19/04)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Sozialgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Krystyna Zablocka-Weyhermüller
Konvenut: Land Baden-Württemberg
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Sozialgericht Stuttgart — Kompatibbiltà mad-dritt Komunitarju ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jillimitaw l-esportabbiltà tal-benefiċċji għall-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra (Hinterbliebenenversorgung)
Dispożittiv
L-Artikolu 18(1) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru li permezz tagħha dan tal-aħħar jirrifjuta li jħallas ċerti benefiċċji mogħtija lill-konjuġi superstiti ta' vittmi tal-gwerra sempliċement minħabba l-fatt li dawn ikunu jirrisjedu fit-territorju ta' ċerti Stati Membri partikolari.