Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/273/06

Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 273, 28.10.2008, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 273/8


Uċuħ nazzjonali ġodda tal-muniti tal-euro fiċ-ċirkolazzjoni

(2008/C 273/06)

Fit-8 ta' Lulju 2008, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li r-Repubblika tas-Slovakkja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro fl-1 ta' Jannar 2009 (1).

Għaldaqstant, mill-1 ta' Jannar 2009 'l quddiem, ir-Repubblika tas-Slovakkja se toħroġ muniti tal-euro, suġġett għall-approvazzjoni mill-BĊE tal-volum tal-ħruġ (cf. Artikolu 106 (2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea).

Il-muniti tal-euro għaċ-ċirkolazzjoni għandhom l-istatus ta' valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Il-Kummissjoni tippubblika d-disinji l-ġodda kollha tal-muniti euro (2) bil-ħsieb li tinforma l-partijiet kollha li jridu jużaw il-muniti waqt xogħolhom kif ukoll il-pubbliku in ġenerali.

Il-muniti ta' 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu, kif ukoll il-muniti ta' euro u żewġ euro se jinħarġu mir-Repubblika tas-Slovakkja bl-uċuħ komuni l-ġodda tal-muniti tal-euro (3). Il-muniti bl-iċken denominazzjoni (1, 2 u 5 ċenteżmi) se jinħarġu bil-wiċċ komuni oriġinali, peress li n-naħa komuni għal dawn id-denominazzjonijiet ma nbidlitx.

Image

L-Istat li joħroġ il-munita: ir-Repubblika Slovakka

Bidu tal-ħruġ: Jannar 2009

Deskrizzjoni tad-disinji:

1 EURO CENT — 2 EURO CENT — 5 EURO CENT

Iċ-centru tal-munita juri il-quċċata tal-muntanji Tetra, Krivan. Isem il-pajjiż “SLOVENSKO” u l-marka tas-sena huma inċiżi taħt il-muntanja. Taħt il-marka tas-sena, l-istemma nazzjonali tas-Slovakkja ghandha ħdejha il-marka taz-zekka fuq ix-xellug u l-inizjali “Z” tal-inċiżur Drahomír Zobek fuq in-naħa tal-lemin. Id-disinn hu mdawwar bit-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

10 EURO CENT — 20 EURO CENT — 50 EURO CENT

Iċ-ċentru tal-munita juri l-kastell ta' Bratlislava bl-istemma nazzjonali tas-Slovakkja fuq l-isfond fuq in-naħa tax-xellug. Il-marka tas-sena tidher taht il-kastell. L-isem tal-pajjiż “SLOVENSKO” hu mnaqqax forma ta' ċirku tul in-naħa ta' isfel tad-disinn. Il-marka taz-zekka tista' tidher fuq in-naħa tax-xellug tal-istemma u l-inizjali JČ u PK tal-artisti Ján Černaj u Pavel Károly fuq in-naha tal-lemin. Id-disinn hu mdawwar bit-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

1 EURO — 2 EURO

Id-dawra ta' ġewwa tal-munita turi salib doppju fuq tlett għoljiet (kif muri fl-istemma nazzjonali tas-Slovakkja) fuq l-isfond ta' blat stilizzat. Il-marka tas-sena u l-isem tal-pajjiż “SLOVENSKO” huma mnaqqxa tul ix-xifer taċ-ċirku intern fuq in-naħa tax-xellug u tal-lemin rispettivament. Il-marka taz-zekka u l-inizjali IŘ tal-artist Ivan Řehák jidhru fuq iż-żewġ nahat fil-parti ta' isfel tas-salib doppju.

Fuq iċ-ċirku ta' barra tal-munita jidhru t-tnax-il stilla tal-bandiera Ewropea.

It-tinqix fuq xifer il-munita ta' 2 euro: SLOVENSKÁ REPUBLIKA flimkien ma' tlett simboli (stilla — werqa tas-siġra tal-lajm — stilla).


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Lulju 2008 skont l-Artikolu 122(2) tat-Trattat tal-KE dwar l-adozzjoni mis-Slovakkja tal-munita unika fl-1 ta' Jannar 2009 (ĠU L 195, 24.7.2008, p. 24).

(2)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, ĠU C 254, 20.10.2006, p. 6 u ĠU C 248, 23.10.2007, p. 8 għal referenza għall-muniti euro l-oħra.

(3)  Ara ĠU C 225, 19.9.2006, p. 7.


Top