EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/297/49
Case C-459/07: Reference for a preliminary ruling from the Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz (Österreich) lodged on 9 October 2007 — Veli Elshani v Hauptzollamt Linz
Kawża C-459/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz (L-Awstrija) fid- 9 ta' Ottubru 2007 — Veli Elshani vs Hauptzollamt Linz
Kawża C-459/07: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz (L-Awstrija) fid- 9 ta' Ottubru 2007 — Veli Elshani vs Hauptzollamt Linz
ĠU C 297, 8.12.2007, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 297/30 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz (L-Awstrija) fid-9 ta' Ottubru 2007 — Veli Elshani vs Hauptzollamt Linz
(Kawża C-459/07)
(2007/C 297/49)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Finanzsenat, Außenstelle Graz
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Veli Elshani
Konvenut: Hauptzollamt Linz
Domandi preliminari
1. |
Fid-dawl tal-fatt li l-ipoteżi ta' estinzjoni prevista fil-punt (d) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 233 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (1), tat-12 ta' Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (iktar 'il quddiem il-“kodiċi doganali”) ma tirreferix għal mument li fih id-dejn doganali jkun ġie inkors, iżda għal perijodu ta' wara li fih id-dejn doganali jkun ġie inkors, billi din tippreżupponi li dejn doganali jkun ġie “inkors” fil-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 202 tal-Kodiċi Doganali. Il-kliem “ma' l-introduzzjoni kontra l-ligi” fis-sens tal-punt (d) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 233 tal-kodiċi doganali għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
2. |
Fil-każ ta' mġiba kontra l-liġi fis-sens ta' l-Artikolu 202 tal-kodiċi doganali, li jiġi skopert ma' l-introduzzjoni tal-merkanzija, id-dejn doganali għandu jiġi estint. Minn naħa l-oħra, il-qbid ta' merkanzija li sseħħ mat-tneħħija tas-sorveljanza doganali fuq din il-merkanzija, peress li hija mġiba kontra l-liġi fis-sens ta' l-Artikolu 203 tal-kodiċi doganali, m'għandux bħala effett l-estinzjoni immedjata tad-dejn doganali. Il-punt (d) ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 233 tal-kodiċi doganali għandu jiġi interpretat fis-sens li din l-estinzjoni tad-dejn doganali, li hija espressament limitata għall-każijiet li fih id-dejn doganali jiġi inkors skond l-Artikolu 202 tal-kodiċi doganali, għall-inqas tissodisfa l-obbligu ta' trattament ugwali fir-rigward ta' mġiba kontra l-liġi? |
(1) ĠU L 302, p. 1.