EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/170/13

Kawża C-278/06: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 7 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Manfred Otten vs Landwirtschaftskammer Niedersachsen ( Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/1999 — Artikolu 7(2) — Skadenza ta' qbiela — Akkwist tranżitorju ta' kwantità ta' riferenza minn sid ta' l-art li mhuwiex produttur tal-ħalib u li m'għandhux l-intenzjoni li jsir produttur tal-ħalib — Trasferiment, permezz ta' uffiċċju ta' bejgħ ta' l-istat, tal-kwantità ta' riferenza fl-iqsar żmien possibbli lil produttur )

ĠU C 170, 21.7.2007, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 170/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta' Ġunju 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht — il-Ġermanja) — Manfred Otten vs Landwirtschaftskammer Niedersachsen

(Kawża C-278/06) (1)

(“Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/1999 - Artikolu 7(2) - Skadenza ta' qbiela - Akkwist tranżitorju ta' kwantità ta' riferenza minn sid ta' l-art li mhuwiex produttur tal-ħalib u li m'għandhux l-intenzjoni li jsir produttur tal-ħalib - Trasferiment, permezz ta' uffiċċju ta' bejgħ ta' l-istat, tal-kwantità ta' riferenza fl-iqsar żmien possibbli lil produttur’)

(2007/C 170/13)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Manfred Otten

Konvenuta: Landwirtschaftskammer Niedersachsen

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Bundesverwaltungsgericht — Interpretazzjoni ta' l-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta' Diċembru 1992 li jistabbilixxi imposta addizzjonali fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 405 tal-31 ta' Diċembru 1992, p. 1) kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 (ĠU L 160 tas-26 ta' Ġunju 1999, p. 73) — Trasferiment tal-kwantità ta' riferenza, fil-każ ta' skadenza ta' qbiela relattiva għal intrapriża tal-ħalib, lil sid ta' l-art li huwa stess mhuwiex produttur.

Dispożittiv

L-Artikolu 7(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3950/92 tat-28 ta' Diċembru 1992, li jistabbilixxi imposti addizzjonali fis-settur tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1256/1999 tas-17 ta' Mejju 1999, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta tiskadi qbiela li tirrigwarda impriża tal-ħalib, il-kwantità ta' riferenza marbuta magħha tista' tingħata lura lis-sid ta' l-art sakemm dan mhuwiex produttur u m'għandux l-intenzjoni li jsir produttur, it-trasferiment isir permezz ta' uffiċċju ta' bejgħ ta' l-istat, liema kwantità tiġi ttrasferita fl-iqsar żmien possibbli lil persuna oħra li għandha din il-kwalità.


(1)  ĠU C 96 tat-22.4.2006.


Top