This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007XC0706(11)
Update of reference amounts for the crossing of the external borders, as referred to in Article 5(3) of Regulation (EC) No 562/2006 of the European Parliament and of the Council of 15 March 2006 establishing a Community Code on the rules governing the movement of persons across borders (Schengen Borders Code) as published in Official Journal of the European Union C 247 of 13 October 2006, p. 1
Aġġornament ta' l-ammonti ta' Referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) kif pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 1
Aġġornament ta' l-ammonti ta' Referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) kif pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 1
ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22–22
(ES, CS, DA, DE, ET, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 153, 6.7.2007, p. 9–9
(BG, RO)
6.7.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 153/22 |
Aġġornament ta' l-ammonti ta' Referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) kif pubblikat fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea C 247 tat-13 ta' Ottubru 2006, paġna 19
(2007/C 153/06)
Il-pubblikazzjoni ta' ammonti ta' Referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni, kif imsemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-ĠU, huwa disponibbli aġġornament mensili fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja, Libertà u Sigurtà.
FRANZA:
Sostituzzjoni ta' l-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247 tat-13.10.2006:
L-ammont ta' referenza għal mezzi adegwati ta' sussistenza għat-tul ta' żmien ippjanat tas-soġġorn ta' barrani jew għat-tranżitu tiegħu minn Franza għal destinazzjoni fi stat terz huwa daqs l-ammont tal-paga minima garantita fi Franza (SMIC) ikkalkulat kuljum fuq il-bażi tar-rata ffissata fl-1 ta' Jannar tas-sena kurrenti.
Dan l-ammont huwa regolarment evalwat mill-ġdid fuq il-bażi ta' l-indiċi Franċiż ta' l-għoli tal-ħajja:
— |
b'mod awtomatiku kull meta l-indiċi tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut jogħla b'aktar minn 2 %, |
— |
B'deċiżjoni tal-gvern – wara kunsultazzjoni mal-kummissjoni nazzjonali għan-negozjar kollettiv – sabiex tingħata żieda ogħla miż-żieda fl-indiċi tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut. |
Mill-1 ta' Lulju 2005, l-ammont ta' kuljum ta' l-SMIC (paga minima) huwa EUR 56,20.
Il-persuni li jkollhom prova ta' l-akkomodazzjoni (“attestation d'accueil”) għandu jkollhom ammont minimu ta' flus, ekwivalenti għal nofs l-SMIC, sabiex jibqgħu fi Franza. Għalhekk dan l-ammont huwa EUR 28,10 kuljum.