Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2007/144/09

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.4688 — Nestlé/Gerber) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 144, 29.6.2007, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 144/25


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.4688 — Nestlé/Gerber)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/C 144/09)

    1.

    Fit-22 ta' Ġunju 2007, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skond l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tiegħu l-impriża Nestlé S.A. (“Nestle”, l-Iżvizzera), fl-ambitu tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill, takkwista l-kontroll sħiħ ta' l-impriża (“Gerber, l-Istati Uniti”), proprjetà ta' Novartis AG (“Novartis”, l-Iżvizzera) permezz tax-xiri ta' ishma u assi.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali ta' l-impriżi kkonċernati huma:

    għal Nestlé: il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta' varjetà wiesgħa ta' prodotti ta' l-ikel u x-xorb, inkluż ikel tat-trabi;

    għal Gerber: il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta' ikel tat-trabi, prodotti u aċċessorji għall-kura tat-trabi;

    għal Novartis: kumpannija ewlenija ta' prodotti għall-kura tas-saħħa.

    3.

    Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni jidhrilha li l-operazzjoni notifikata tista' tiġi kkunsidrata fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi interessati sabiex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Dawn il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (numru tal-fax (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew inkella bil-posta, bin-numru ta' referenza COMP/M.4688 — Nestlé/Gerber, f'dan l-indirizz:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni,

    Reġistru ta' l-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top