Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012AP0104

    Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2008-2013 ***II Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta' Marzu 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali 'Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni' (06444/2/2012 – C7-0072/2012 – 2009/0127(COD))
    ANNESS

    ĠU C 257E, 6.9.2013, p. 94–95 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 257/94


    Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
    Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu 2008-2013 ***II

    P7_TA(2012)0104

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perijodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali 'Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta' Migrazzjoni' (06444/2/2012 – C7-0072/2012 – 2009/0127(COD))

    2013/C 257 E/17

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja – it-tieni qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (06444/2/2012 – C7-0072/2012),

    wara li kkunsidra il-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (1) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0456),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) u l-Artikolu 78(2)(g) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin dwar il-bażi legali proposta,

    wara li kkunsidra l-Artikoli 72 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0063/2012),

    1.

    Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill;

    2.

    Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu mehmuża ma’ din ir-riżoluzzjoni;

    3.

    Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kunsill u tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni meħmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

    4.

    Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

    6.

    Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    7.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 161 E, 31.5.2011, p. 161.


    Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
    ANNESS

    Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew

    Il-Parlament Ewropew jiddikjara li din id-Deċiżjoni tagħti espressjoni konkreta, fid-dispożizzjonijiet ta' promulgazzjoni tagħha, lill-prinċipju ta' solidarjetà, partikolarment fil-forma ta' inċentivi finanzjarji ġodda biex titħeġġeġ ir-risistemazzjoni mill-Istati Membri. Sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni immedjata tagħha, il-Parlament Ewropew qabel mal-kliem tad-Deċiżjoni fil-forma preżenti tagħha, fi spirtu ta' kompromess, fejn ir-referenza espliċita għall-Artikolu 80 tat-TFUE hija limitata għal premessa waħda tad-Deċiżjoni. Il-Parlament Ewropew jafferma li l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni hija bla preġudizzju għall-firxa ta' bażijiet legali disponibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu futur tal-Artikolu 80 tat-TFUE.

    Dikjarazzjoni tal-Kunsill

    Id-Deċiżjoni preżenti hija mingħajr preġudizzju għan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2014 sa 2020 u konsegwentement ukoll għan-negozjati dwar il-"Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil" għall-perijodu 2014 sa 2020 (COM(2011)0751), inkluż jekk prijoritajiet speċifiċi komuni tal-UE dwar ir-risistemazzjoni, ibbażati fost l-oħrajn fuq kriterji ġeografiċi, għandhomx jiġu stipulati fir-Regolament dwar il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Asil għall-2014 sa 2020.

    Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

    Il-Kummissjoni, fi spirtu ta' kompromess u sabiex tkun żgurata l-adozzjoni immedjata tal-proposta, tappoġġja t-test finali; madankollu tiġbed l-attenzjoni li dan hu mingħajr ħsara għad-dritt tagħha ta' inizjattiva fir-rigward tal-għażla tal-bażijiet legali, b'mod partikolari r-referenza għall-użu futur tal-Artikolu 80 TFUE.


    Top