EUR-Lex Prieiga prie Europos Sąjungos teisės
Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“
Dokumentas 52012DP0111
Amendment of the Rules of Procedure to take into account the changing relationships between the European Parliament and the institutions representing the national governments following the entry into force of the Lisbon Treaty European Parliament decision of 29 March 2012 amending the Rules of Procedure to take into account the changing relationships between the European Parliament and the institutions representing the national governments following the entry into force of the Treaty of Lisbon (2011/2266(REG))
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta' Marzu 2012 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (2011/2266(REG))
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta' Marzu 2012 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (2011/2266(REG))
ĠU C 257E, 6.9.2013, p. 91—92
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 257/91 |
Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Emenda tar-Regoli ta' Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona
P7_TA(2012)0111
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 dwar l-emenda tar-Regoli ta’ Proċedura meta jitqies l-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Parlament Ewropew mal-istituzzjonijiet li jirrappreżentaw lill-gvernijiet nazzjonali wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona (2011/2266(REG))
2013/C 257 E/15
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu bid-data tal-4 ta' Marzu 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0039/2012), |
1. |
Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt; |
2. |
Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta’ informazzjoni. |
TEST FIS-SEĦĦ |
EMENDA |
||||
Emenda 1 |
|||||
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 116 – paragrafu 1 |
|||||
1. Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kunsill u lill-Kummissjoni f'kull seduta parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti. |
1. Għandu jkun hemm ħin għall-mistoqsijiet lill-Kummissjoni f'kull sessjoni parzjali fil-ħinijiet li jiġu deċiżi mill-Parlament fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti. |
||||
Emenda 2 |
|||||
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 116 – paragrafu 2 |
|||||
2. Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kunsill u mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f'seduta parzjali waħda. |
2. Ebda Membru ma jista' jagħmel aktar minn mistoqsija waħda lill-Kummissjoni f’sessjoni parzjali waħda. |
||||
Emenda 3 |
|||||
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 116 – paragrafu 5 |
|||||
5. Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jista' jkun hemm ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Eurogroup. |
5. Skont il-linji gwida stabbiliti mill-Konferenza tal-Presidenti, jistgħu jiġu organizzati ħinijiet għal mistoqsijiet speċifiċi mal-Kunsill, mal-President tal-Kummissjoni, mal-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mal-President tal-Grupp tal-euro. |
||||
Emenda 4 |
|||||
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness II – parti A – paragrafu 1 – inċiż 2 |
|||||
|
|
||||
Emenda 5 |
|||||
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness II – parti A - paragrafu 1 – inċiż 2a (ġdid) |
|||||
|
|
||||
Emenda 6 |
|||||
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness II – parti A – paragrafu 2 |
|||||
|
|