This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008AP0478
Agreement on Scientific and Technological Cooperation: EC and New Zealand *European Parliament legislative resolution of 21 October 2008 on the proposal for a Council decision on the conclusion on behalf of the European Community of the Agreement on Scientific and Technological Cooperation between the European Community of the one part and the Government of New Zealand of the other part (COM(2008)0170 — C6-0292/2008 — 2008/0066(CNS)
Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika: KE u New Zealand *Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta' New Zealand fuq in-naħa l-oħra (COM(2008)0170 — C6-0292/2008 — 2008/0066(CNS)
Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika: KE u New Zealand *Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta' New Zealand fuq in-naħa l-oħra (COM(2008)0170 — C6-0292/2008 — 2008/0066(CNS)
ĠU C 15E, 21.1.2010, p. 93–93
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 15/93 |
It-Tlieta, 21 ta' Ottubru 2008
Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika: KE u New Zealand *
P6_TA(2008)0478
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Ottubru 2008 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea tal-Ftehim dwar Koperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea fuq in-naħa l-waħda u l-Gvern ta' New Zealand fuq in-naħa l-oħra (COM(2008)0170 — C6-0292/2008 — 2008/0066(CNS))
2010/C 15 E/21
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0170),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm ta' Qafas tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' attivitajiet ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (1),
wara li kkunsidra l-Artikolu 170 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0292/2008),
wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0367/2008),
1. |
Japprova l-konklużjoni tal-ftehim; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u ta' New Zealand. |
(1) ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1.