This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52008IP0512
Evaluation of the Australia-EU PNR agreementEuropean Parliament recommendation of 22 October 2008 to the Council concerning the conclusion of the Agreement between the European Union and Australia on the processing and transfer of European Union-sourced passenger name record (PNR) data by air carriers to the Australian customs service (2008/2187(INI)
Evalwazzjoni tal-ftehima PNR Awstralja — UERakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan (2008/2187(INI)
Evalwazzjoni tal-ftehima PNR Awstralja — UERakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan (2008/2187(INI)
ĠU C 15E, 21.1.2010, p. 46–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 15/46 |
L-Erbgħa, 22 ta' Ottubru 2008
Evalwazzjoni tal-ftehima PNR Awstralja — UE
P6_TA(2008)0512
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan (2008/2187(INI))
2010/C 15 E/09
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomondazzjoni lill-Kunsill minn Sophia in't Veld f'isem il-Grupp ALDE dwar il-Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-servizz doganali Awstraljan (B6-0383/2008),
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6, 24, 29 u 38 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li huma l-bażi legali għal zona Ewropea ta' libertà, sigurtà u ġustizzja kif ukoll għal negozjati internazzjonali ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet fir-rigward tal-koperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali;
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/651/CFSP/JHA tat-30 ta' Ġunju 2008 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta' Ftehima bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja dwar l-ipproċessar u t-trasferiment ta' data mir-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) derivata mill-Unjoni Ewropea minn trasportaturi bl-ajru lis-Servizz Doganali Awstraljan (1), u wara li kkunsidra l-istess Ftehima,
wara li kkunsidra l-fatt li skont l-Artikolu 24(5) tat-TUE, dik il-Ftehima qed attwalment torbot biss fuq bażi proviżorja lil dawk l-Istati Membri li ma joħorġux dikjarazzjonijiet li juru li kellhom jikkonformaw mal-proċedura kostituzzjonali tagħhom stess, kif għamlu l-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, il-Latvja, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, il-Polonja u l-Finlandja (2)
wara li kkunsidra li minħabba l-bażi legali magħżula għad-Deċiżjoni tal-Kunsill t'hawn fuq, b'mod partikolari l-Artikoli 38 u 24 tat-TUE (tal-aħħar jirreferi għar-relazzjonijiet esterni), l-Artikolu 21 tat-TUE teħtieġ li l-Presidenza tikkonsulta lill-Parlament dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-politika barranija u tas-sigurtà komuni,
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kwistjoni tal-PNR (3)
wara li kkunsidra l-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali (ECHR) u l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/82/KE tad-29 ta' April 2004 dwar l-obbligu tat-trasportaturi li jikkomunikaw l-informazzjoni dwar il-passiġġieri (4)
wara li kkunsidra l-prinċipji bażiċi tal-kooperazzjoni leali bejn l-istituzzjonijiet, li jimplikaw li l-Parlament se jkun infurmat u kkonsultat bis-sħiħ, u wara li kkunsidra l-fatt li l-Parlament lanqas biss kien infurmat dwar in-negozjati pendenti mill-Kummissjoni u/jew il-Kunsill, b'kuntrarju għal dak li ġara fil-każ ta' Ftehimiet oħra relatati mal-PNR u wkoll matul l-ewwel stadju ta' negozjati mal-Awstralja fl-2003/2004 (5)
wara li kkunsidra li minkejja n-nuqqas ta' rieda tal-istituzzjonijiet l-oħra, il-Parlament għandu jieħu pożizzjoni dwar kwistjoni li taffettwa d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u li hija wkoll attwalment diskussa bħala suġġett possibbli għal-leġiżlazzjoni tal-UE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 114(3), u l-Artikoli 83(5), u (94) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0403/2008),
1. |
Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet li ġejjin lill-Kunsill: Dwar aspetti proċedurali
Dwar l-ambitu u l-għan
Dwar il-Protezzjoni tad-Dejta
|
2. |
Jistieden lill-Istati Membri u lill-parlamenti nazzjonali li attwalment qegħdin jikkunsidraw din il-Ftehima u/jew dik mal-Istati Uniti (il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Ungerija, l-Olanda, il-Polonja) biex iqisu l-osservazzjonijiet/ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq; |
3. |
Ifakkar lill-Kunsill li, fl-eventwalità ta' dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Liżbona, il-ftehimiet kollha dwar il-PNR għandhom ikunu riveduti b'assoċjazzjoni mal-Parlament Ewropew fuq bażi ekwa; |
*
* *
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u l-Parlament Awstraljan. |
(1) ĠU L 213, 8.8.2008, p. 47.
(2) Ftit mill-Istati Membri adottaw dikjarazzjonijiet speċifiċi ppubblikati fil-Minuti tal-Kunsill u li huma aċċessibbli fl-indirizz li ġej: http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/08/st10/st10439.en08.pdf.,
(3) Riżoluzzjonijiet tal-Parlament tat-13 ta' Marzu 2003 dwar it-trasferiment ta' data personali mil-linji tal-ajru fil-każ ta' titjiriet transatlantiċi (ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 381), Riżoluzzjoni tad-9 ta' Ottubru 2003, dwar it-trasferiment ta' dejta personali mil-linji tal-ajru fil-każ ta' titjiriet transatlantiċi: is-sitwazzjoni tan-negozjati mal-Istati Uniti (ĠU C 81 E, 31.3.2004, p. 105), tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-abbozz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar il-livell adegwat ta' protezzjoni provdut mid-dejta personali misjuba fir-Rekords tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (PNRs) trasferiti lejn il-“Bureau of Customs and Border Protection” tal-Istati Uniti (ĠU C 103 E, 29.4.2004, p. 665), rakkomondazzjoni lill-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2006 dwar in-negozjati għal ftehima mal-Istati Uniti dwar l-użu tad-data tar-rekords tal-ismijiet tal-passiġġieri (PNR) għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transnazzjonali, inkluż l-kriminalità organizzata (ĠU C 305 E, 14.12.2006, p. 250) u l-pożizzjoni tal-Parlament tas-7 ta' Lulju 2005 dwar il-ftehima bejn il-Komunità Ewropea u l-gvern Kanadiż dwar l-ipproċessar tad-dejta tal-passiġġieri tal-ajru (API/PNR) (ĠU C 157 E, 6.7.2006, p. 464).,
(4) ĠU L 261, 6.8.2004, p. 24.,
(5) Il-Kumitat għal-Libertajiiet Ċivili, Ġustizzja u Affarijiet Interni ħa nota wkoll ta' dawn in-negozjati fuq il-bażi tal-opinjoni tal-Grupp tal-Artikolu 29 ta' Ħidma għall-Protezzjoni tad-Data dwar dan is-suġġett. Ara: http://ec.europa.eu/justice_home/fsj/privacy/docs/wpdocs/2004/wp85_en.pdf.,
(6) ĠU L 204, 4.8.2007, p. 18.
(7) Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar awtomatiku tad-dejta personali u emendi sussegwenti tagħha.
(8) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.;