Ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ ordnijiet ta’ konfiska
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/GAI — l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska
X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI KWADRU?
Din tippermetti lil awtorità ġudizzjarja f’pajjiż wieħed tal-Unjoni Ewropea (UE) jibgħat ordni biex tiġi ffriżata jew ikkonfiskata l-proprjetà direttament lil awtorità ġudizzjarja f’pajjiż tal-UE ieħor fejn din tiġi rikonoxxuta u mwettqa mingħajr formalitajiet sussegwenti.
PUNTI EWLENIN
X’inhi ordni ta’konfiska?
Din hija miżura permanenti biex il-proprjetà miksuba illegalment tittieħed mingħand il-kriminali jew il-kompliċi tagħhom.
Reati
-
Għal għadd ta’ reati serji,eżekuzzjoni ma huwiex neċessarju li r-reat ikun kriminalità kemm fil-pajjiż tal-UE li joħroġ l-ordni (il-pajjiż emittentieżekuzzjoni) u dak li jeżegwiha (il-pajjiż ta’eżekuzzjoni). Madankollu, ir-reat irid ikun jista’ jiġi kkastigat fil-pajjiż emittenti permezz ta’ sentenza ta’ ħabs għal perjodu massimu ta’ tliet snin. Ir-reati jinkludu:
-
parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali;
-
terroriżmu.
-
korruzzjoni u frodi;
-
traffikar ta’ bnedmin;
-
razziżmu u ksenofobija;
-
stupru.
Trażmissjoni
-
Ordni ta’ konfiska għal flus jew proprjetà tista’ tintbagħat lil-pajjiż tal-UE meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-persuna jew il-kumpanija kkonċernata għandha proprjetà jew dħul. Jekk ma jkun hemm ebda raġuni raġonevoli, l-ordni tista’ tintbagħat lill-pajjiż tal-UE fejn tkun residenti l-persuna jew fejn il-kumpanija jkollha s-sede rreġistrata tagħha.
-
Ordni ta’ konfiska li tikkonċerna l-proprjetà tista’ tintbagħat lil aktar minn pajjiż tal-UE wieħed fl-istess ħin meta:
-
ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li partiti differenti koperti mill-ordni jinsabu f’diversi pajjiżi tal-UE;
-
il-konfiska ta’ partita speċifika tinvolvi azzjoni f’aktar minn pajjiż tal-UE wieħed; jew
-
il-partita kkonċernat tkun tista’ tinsab f’wieħed minn żewġ pajjiżi tal-UE jew aktar.
-
Ordni ta’ konfiska li tikkonċerna l-flus tista’ tintbagħat lil aktar minn pajjiż tal-UE wieħed fl-istess ħin meta:
-
il-proprjetà kkonċernata ma tkunx ġiet iffriżata taħt id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/577/JHA; jew
-
il-valur tal-proprjetà li għandha tiġi kkonfiskata fl-istat emittenti u fi kwalunkwe wieħed mill-istati ta’ eżekuzzjoni x’aktarx li ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ammont sħiħ tal-ordni ta’ konfiska.
Rikonoxximent u eżekuzzjoni
-
L-awtorità ġudizzjarja ta’ kwalunkwe pajjiż emittenti trid tibgħat ċertifikat, abbażi tal-formola standard annessa ma’ din id-deċiżjoni, lill-awtorità ġudizzjarja tal-pajjiż ta’ eżekuzzjoni biex titlob l-eżekuzzjoni tal-ordni.
-
Il-pajjiż ta’ eżekuzzjoni jrid jirrikonoxxi l-ordni mingħajr formalitajiet sussegwenti u jieħu l-passi neċessarji biex jeżegwiha immedjatament.
Nuqqas ta’rikonoxximent u nuqqas ta’eżekuzzjoni
L-eżekuzzjoni ta’ ordni tista’tiġi miċħuda jekk iċ-ċertifikat ma jiġix prodott, ma jkunx komplut jew b’mod ċar ma jikkorrispondix għall-ordni. Tista’ tiġi miċħuda wkoll f’għadd ta’ sitwazzjonijiet oħra, inkluż meta:
-
l-eżekuzzjoni tkun kontra regoli li jipproteġu liċ-ċittadini milli jgħaddu minn prosekuzzjoni darbtejn għall-istess reat;
-
l-ordni ma tkunx reat fil-pajjiż ta’ eżekuzzjoni;
-
ikun hemm immunità jew privileġġ taħt il-liġi tal-pajjiż ta’ eżekuzzjoni li jipprevjeni l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska fuq il-proprjetà;
-
taħt il-liġi tal-pajjiż ta’ eżekuzzjoni, ir-reat huwa meqjus li jkun sar kollu jew parzjalment fi ħdan it-territorju tiegħu;
-
ir-reat ma jkunx sar fit-territorju tal-istat emittenti u, taħt il-liġi tal-istat ta’ eżekuzzjoni, dan ma jkunx meqjus bħala raġuni għal proċedimenti legali.
Il-posponiment tal-eżekuzzjoni
L-eżekuzzjoni tista’ tiġi posposta f’diversi każijiet inkluż meta:
-
tista’ tagħmel ħsara lil investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja:
-
il-proprjetà tkun diġà s-suġġett ta’ proċedimenti ta’ konfiska fil-pajjiż ta’ eżekuzzjoni;
-
l-ordni jew parti mill-ordni tkun trid tiġi tradotta.
Partijiet interessati
Il-pajjiżi tal-UE jridu jiżguraw li kwalunkwe parti interessata, inklużi partijiet terzi leġittimi, ikollhom rimedji legali kontra r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ konfiska, sabiex iżommu d-drittijiet tagħhom.
MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI KWADRU?
Din ilha tapplika mill-24 ta’ Novembru 2006 Il-pajjiżi tal-UE kellhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-24 ta’ Novembru 2008.
SFOND
DOKUMENT EWLIENI
Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/GAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska (ĠU L 328, 24.11.2006, pp. 59–78)
L-emendi sussegwenti għad-Direttiva Kwadru 2006/783/GAI ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.
DOKUMENTI RELATATI
Id-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2003/577/JHA tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar it-twettiq fl-Unjoni Ewropea tal-mandati li jiffriżaw xi proprjetà jew xi evidenza (ĠU L 196, 2.8.2003, pp. 45-55)
Ara l-verżjoni konsolidata
Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ibbażat fuq l-Artikolu 22 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/783/GAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska (COM(2010) 428 final, 23.8.2010)
l-aħħar aġġornament 07.12.2016