Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Miżuri restrittivi tal-UE fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 — dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

Regolament (UE) 2016/44 — dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Id-deċiżjoni u r-regolament, li ġew emendati bosta drabi, jinkludu firxa ta’ projbizzjonijiet u restrizzjonijiet inklużi:

  • projbizzjoni fuq il-bejgħ, il-forniment, l-esportazzjoni jew it-trasferiment ta’ tagħmir, bħal armi tan-nar, li jistgħu jintużaw għar-repressjoni interna għall-użu fil-Libja.
    • Dan jinkludi projbizzjoni fil-provvista ta’ għajnuna teknika fl-użu ta’ tali tagħmir;
  • spezzjoni mill-pajjiżi tal-UE tal-bastimenti u l-inġenji tal-ajru kollha sejrin lejn jew ġejjin mil-Libja suspettati li qed iġorru oġġetti pprojbiti;
  • awtorizzazzjoni minn qabel għall-bejgħ, il-forniment, l-esportazzjoni jew it-trasferiment ta’ oġġetti, bħal bastimenti li jintefħu jew dgħajjes bil-mutur, li jistgħu jintużaw għal kuntrabandu ta’ migranti jew għal traffikar ta’ persuni, għal użu fil-Libja;
  • l-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuni, kumpaniji jew korpi elenkati mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-NU fir-rigward tal-Libja kif ukoll dawk li mhumiex f’dawk il-listi, iżda li jissodisfaw ċerti kriterji, inkluż li jkunu:
    • involuti jew kompliċi f’abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja;
    • identifikati bħala involuti jew assoċjati fl-eks reġim ta’ Muammar Qadhafi;
    • involuti jew jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, l-istabbiltà jew is-sigurtà tal-Libja jew jostakolaw jew idgħajfu t-tranżizzjoni politika tal-Libja;
  • rifjut ta’ ammissjoni fit-territorju tal-UE ta’ dawk soġġetti għal projbizzjonijiet ta’ vjaġġar tan-NU fir-rigward tal-Libja kif ukoll dawk li jissodisfaw ċerti kriterji bħal dawk imsemmija hawn fuq.

Derogi

Kemm ir-regolament kif ukoll id-deċiżjoni, it-tnejn fihom għadd ta’ derogi minn dawn il-projbizzjonijiet u restrizzjonijiet; dawn jinkludu:

  • ir-rilaxx ta’ ċerti assi ffriżati għal skopijiet leġittimi;
  • il-bejgħ, il-provvista, l-esportazzjoni jew it-trasferiment ta’ ċertu tagħmir protettiv bħal ġkieket rinfurzati u elmi militari skont ċirkustanzi speċifiċi;
  • ivvjaġġar għal raġunijiet umanitarji.

MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U R-REGOLAMENT U D-DEĊIŻJONI?

Id-deċiżjoni ilha tapplika mit-2 ta’ Awwissu 2015. Din tirrevoka d-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

Ir-regolament ilu japplika mill-20 ta’ Jannar 2016. Huwa jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 204/2011.

SFOND

DOKUMENTI EWLENIN

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (ĠU L 206, 1.8.2015, p. 34-60).

Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1-26).

Ara l-verżjoni konsolidata.

DOKUMENTI RELATATI

Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 97 tat-28.3.2017, pp. 1-33).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni — l-Artikolu 29 (l-ex Artikolu 15 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 33).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Il-ħames parti— L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu IV — Miżuri restrittivi — l-Artikolu 215 (l-ex Artikolu 301 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 144).

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/778 tat-18 ta’ Mejju 2015 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fin-Nofsinhar tal-Mediterran Ċentrali (EUNAVFOR MED) (ĠU L 122, 19.5.2015, pp. 31-35).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 12.07.2023

Top