Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62007TJ0055

    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Is-Seba' Awla) tat-30 ta' Settembru 2009.
    ir-Renju ta' l-Olanda vs il-Kummisjoni tal-Komunitajiet Ewropej.
    FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju - Sostenn għall-iżvilupp rurali - Miżuri tranżitorji - Kunċett ta’ ‘infiq multiannwali’ - Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2603/1999.
    Kawża T-55/07.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2009:371





    Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2009 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑55/07)

    “FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Sostenn għall-iżvilupp rurali – Miżuri tranżitorji – Kunċett ta’ ‘infiq multiannwali’ – Artikolu 4(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2603/1999”

    1.                     Agrikoltura - Politika agrikola komuni - Finanzjament mill-FAEGG (Artikolu 10 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 62, 113)

    2.                     Dritt Komunitarju - Prinċipji - Protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Kundizzjonijiet (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70, Artikolu 5(2)(ċ)) (ara l‑punt 99)

    3.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 124, 125)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/932/KE, tal-14 ta’ Diċembru 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 355, p. 96), sa fejn din tikkonċerna r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u, b’mod iktar partikolari, il-korrezzjoni finanzjarja applikata għar-rimbors ta’ infiq mhux eliġibbli abbażi tat-Taqsima “Garanzija” tal-FAEGG għall-2002 fl-ammont ta’ EUR 5.67 miljuni.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Top