This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011DC0303
JOINT COMMUNICATION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS A new response to a changing Neighbourhood JOINT COMMUNICATION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS A new response to a changing Neighbourhood
KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni
KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni
/* KUMM/2011/0303 finali */
KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni /* KUMM/2011/0303 finali */
KOMUNIKAZZJONI KONĠUNTA
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI
EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Risposti ġodda għal Viċinat fi
trasformazzjoni Lejn il-Lvant u lejn in-Nofsinhar tal-Unjoni
Ewropea (UE) hemm sittax-il pajjiż[1] li
t-tamiet u l-futur tagħhom jagħmlulna differenza diretta u
sinifikanti. Ġrajjiet li seħħew dan l-aħħar
ġabuna aktar konxji minn dan, u stajna naraw aħjar l-isfidi li qed
niffaċċjaw flimkien. It-tmiem ta’ reġimi ripressivi li kienu
ilhom hemm żmien twil fl-Eġittu u fit-Tuneżija; il-kunflitt
militari li għaddej fil-Libja, ir-ripressjoni vjolenti reċenti
fis-Sirja, ir-ripressjoni li għadha sseħħ fil-Belarus u
l-kunflitti mtawla li għadhom ibaqbqu fir-reġjun, inkluż
fil-Lvant Nofsani, jitolbu minnha li nagħtu ħarsa ġdida lejn
ir-relazzjoni tal-UE mal-ġirien tagħna. Il-progress
inkoraġġanti li għamlu ġirien oħra, pereżempju
r-Repubblika tal-Moldova fl-isforzi ta' riforma li għamlet, l-Ukrajna fin-negozjati
dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, jew il-Marokk u l-Ġordan
fit-tħabbira tagħhom ta' riformi kostituzzjonali, jeħtieġ
li wkoll jiġu appoġġjati. Bis-saħħa tat-Trattat ta’
Lisbona l-politika barranija tal-UE tista’ tagħti riżultati
aħjar: il-kooperazzjoni mal-pajjiżi ġirien issa tista’ titwessa’
biex tkun tkopri l-firxa kollha ta’ kwistjonijiet b’mod integrat u aktar
effettiv. Dan kien element ewlieni li mmotiva l-inizjazzjoni ta’ analiżi u
aġġornament, f’konsultazzjoni ma’ pajjiżi sħab u entitajiet
involuti oħra, tal-Politika Ewropea ta’ Viċinat (PEV) fis-sajf
tal-2010. Il-ġrajjiet ta’ dan l-aħħar madwar in-naħa ta’
Isfel tal-Mediterran urew aktar u aktar kemm dan l-aġġornament hu
meħtieġ u urġenti. L-UE jeħtieġ li tqum
għall-isfidi storiċi li għandna fil-viċinat tagħna. Sa minn mindu ġiet stabbilita fl-2004,
il-PEV ippromwoviet firxa ta’ inizjattivi importanti, partikolarment fuq
il-front kummerċjali u dak ekonomiku, li permezz tagħhom l-UE u
l-ġirien tagħha żviluppaw relazzjonijiet aktar qawwija f'tista'
tgħid l-oqsma kollha ta' politika, mill-enerġija sal-edukazzjoni,
mit-trasport sar-riċerka. Bħalissa dawn huma s-suġġett ta’
skambji u koperazzjoni bejn l-UE u l-ġirien tagħha. L-assistenza
tal-UE żdiedet u hija mmirata aħjar. Iżda hemm lok għal
titjib fuq in-naħat kollha tar-relazzjoni. Il-ġrajjiet ta’ dan l-aħħar
u r-riżultati tal-aġġornament urew li l-appoġġ tal-UE
għar-riforma politika fil-pajjiżi ġirien kisbet riżultati
limitati. Hemm pereżempju l-ħtieġa ta’ aktar flessibbiltà u aktar
reazzjonijiet xierqa għall-kuntesti partikolari meta wieħed ikun
qiegħed jaffaċċja sħab u ħtiġijiet
għar-riforma li jevolvu malajr - sew jekk ikunu għaddejjin minn bidla
bil-għaġġla tar-reġim jew proċess imtawwal ta' riforma
u ta' konsolidazzjoni demokratika. Il-koordinazzjoni bejn l-UE, l-Istati Membri
tagħha u s-sħab internazzjonali ewlenin hija essenzjali u tista'
tittejjeb. Hu meħtieġ approċċ
ġdid biex jissaħħaħ it-tisħib bejn l-UE u
l-pajjiżi u s-soċjetajiet tal-viċinat: biex jinbnew u jiġu
kkonsoldati demokraziji b’saħħithom, jisseddaq it-tkabbir ekonomiku
sostenibbli u jiġu ġestiti r-rabtiet lil hinn mill-konfini. Il-PEV għandha tkun politika tal-Unjoni
bl-Istati Membri li jġibu l-isforzi bilaterali tagħhom stess konformi
ma’ ta’ xulxin f’appoġġ għall-għanijiet ta’ politika
ġenerali tagħha. Bl-istess mod, il-Parlament Ewropew għandu rwol
ċentrali biex jgħin fit-twettiq ta’ xi wħud mill-għanijiet
ċentrali tagħha. Lil hinn minn dan kollu, il-PEV għandha sservi
ta' katalist għall-komunità internazzjonali aktar mifruxa biex jingħata
appoġġ lit-tibdil demokratiku u lill-iżvilupp ekonomiku u
soċjali fir-reġjun. Dan it-tisħib mal-ġirien tagħna
huwa ta’ vantaġġ għalina t-tnejn. L-UE hija s-sieħba
kummerċjali ewlenija għall-biċċa l-kbira tal-ġirien
tagħha. L-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien
tal-impjiegi fil-pajjiżi sħab huwa ta' benefiċċju
għall-UE wkoll. Bl-istess mod, il-moviment ikkontrollat tal-persuni huwa
fattur pożittiv għall-viċinat kollu kemm hu, li jħaffef
il-mobbiltà tal-istudenti, tal-ħaddiema u tat-turisti, filwaqt li
jiskoraġġixxi l-migrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin.
L-impenn attiv bejn l-UE u l-ġirien tagħha f'oqsma bħal ma huma
l-edukazzjoni, it-tisħiħ u l-immodernizzazzjoni tas-sistemi ta'
protezzjoni soċjali u l-avvanz tad-drittijiet tal-bniedem se jkunu ta'
għajnuna kbira biex isostnu l-għanijiet komuni tagħna ta’
tkabbir inklużiv u ta’ ħolqien tal-impjiegi. L-apporċċ il-ġdid irid jinbena
fuq ir-responsabbiltà reċiproka u fuq impenn komuni lejn il-valuri
universali tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.
Se jinvolvi livell ħafna ogħla ta’ differenzjazzjoni li jippermetti
lil kull pajjiż fis-sħubija li jiżviluppa r-rabtiet tiegħu
mal-UE safejn dan ikun jista’ jsir skont l-aspirazzjonijiet,
il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tiegħu. Għal dawk
il-ġirien tan-Nofsinhar u tal-Lvant li jistgħu u jridu jieħdu
sehem, din il-viżjoni tinkludi integrazzjoni ekonomika aktar mill-qrib u
kooperazzjoni politika aktar qawwija fejn jidħlu r-riformi tal-governanza,
is-sigurtà, kwistjonijiet ta’ riżoluzzjoni ta’ kunflitti, inklużi
inizjattivi konġunti f'fora internazzjonali dwar kwistjonijiet ta'
interess komuni. Fil-kuntest tan-Nofsinhar tal-Mediterran, il-Kummissjoni u
r-Rappreżentant Għoli diġà fissru l-proposta tagħhom
għal Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni[2] ma' sħab bħal dawn. L-approċċ il-ġdid, kif deskritt
hawn fuq, għandu dawn l-għanijiet: (1)
li jipprovdi sostenn akbar lil pajjiżi
sħab li qegħdin isawru fil-fond id-demokrazija - it-tip ta'
demokrazija durabbli biex id-dritt għall-vot ikun akkumpanjat minn
drittijiet bħal ma huma l-libertà tal-kelma, il-formazzjoni ta' partiti
politiċi, li l-ġustizzja tkun imparzjali u ssir quddiem
imħallfin indipendenti, li s-sigurtà tkun ipprovduta minn korpi
tal-puliżija u minn forzi armati, li jkun hemm servizz ċivili
kompetenti u mhux korrott - kif ukoll drittijiet oħra ċivili u umani
li għal ħafna Ewropej huma ovvji, bħal ma huma l-libertà
tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon; (2)
li jsostni l-iżvilupp ekonomiku inklużiv
- sabiex il-ġirien tal-UE jkunu jistgħu jagħmlu l-kummerċ,
jinvestu u jikbru b'mod sostenibbli, jitnaqqsu d-diżugwaljanzi
soċjali u reġjonali, biex b'hekk jinħolqu l-impjiegi
għall-ħaddiema tagħhom u livelli ogħla ta' għajxien
għall-popli tagħhom; (3)
li jissaħħew iż-żewġ
dimensjonijiet reġjonali tal-Politika Ewropea ta' Viċinat, li jkopru
rispettivament it-Tisħib tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Mediterran, sabiex
inkunu nistgħu nfasslu inizjattivi reġjonali konsistenti f'oqsma
bħal ma huma l-kummerċ, l-enerġija, it-trasport jew
il-migrazzjoni u l-mobbiltà biex b’hekk nikkumplimentaw u nsaħħu
l-kooperazzjoni bilaterali tagħna; (4)
jiġu pprovduti l-mekkaniżmi u
l-istrumenti xierqa biex dawn l-għanijiet jitwettqu. Is-sħubija ser tuġu żviluppata
ma’ kull pajjiż ġar fuq il-bażi ta' dak li għandu
bżonn, fuq il-kapaċitajiet u l-għanijiet ta' riforma li
għandu. Jista' jiġri li xi sħab ikunu jridu jmorru lil hinn
fl-isforz tagħhom ta' integrazzjoni, li jkun jinvolvi grad akbar ta'
konformità mal-linji ta' politika u r-regoli tal-UE li ftit ftit iwasslu
għall-integrazzjoni ekonomika fis-Suq Intern tal-UE. L-UE ma tfittixx li timponi xi mudell jew inkella
riċetta lesta għar-riforma politika, iżda se tinsisti li
l-proċess ta’ riforma ta’ kull pajjiż sieħeb ikun jirrifletti
impenn ċar għal valuri universali li jiffurmaw il-bażi
tal-approċċ imġedded tagħna. L-inizjattiva trid tiġi
min-naħa tal-pajjiż sieħeb, u s-sostenn tal-UE se jkun imfassal
kif ikun jixraq. Sostenn akbar mill-UE lill-ġirien
tagħha jkun ibbażat fuq kundizzjonijiet. Se jkun jiddependi fuq kemm
isir progress fil-bini u fil-konsolidament tad-demokrazija u tar-rispett lejn
l-istat tad-dritt. Aktar ma pajjiż iħaffef il-pass tal-progress
fir-riformi interni tiegħu, aktar jieħu sostenn mill-UE. Dan
is-sostenn imtejjeb se jiġi f'diversi forom, inkluż żieda
fl-iffinanzjar għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, programmi
akbar għall-bini komprensiv tal-istituzzjonijiet (CIB), aċċess
akbar għas-suq, aktar iffinanzjar mill-BEI bħala sostenn
għall-investimenti; kif ukoll aktar faċilità għall-mobbiltà.
Dawn l-impenji preferenzjali se jitfasslu skont il-ħtiġijiet ta’ kull
pajjiż u skont il-kuntest reġjonali. Sejrin jagħrfu li riforma
li tagħmel sens ġġib magħha spejjeż sinifikanti minn
qabel. Se tieħu kunsiderazzjoni tal-prestazzjoni ppruvata fir-riforma
tal-pajjiżi sħab matul il-perjodu 2010-12 (abbażi ta' rapport
annwali dwar il-progress) meta tkun qed tiddeċiedi dwar l-allokazzjonijiet
finanzjarji lil kull pajjiż għall-2014 u lil hinn. Għal dawk
il-pajjiżi fejn ma tkun seħħet l-ebda riforma, l-UE terġa’
tikkunsidra l-finanzjament, jew inkella anki tnaqqsu. L-UE se żżomm mal-politika
tagħha li tnaqqas il-livell ta’ relazzjonijiet ma’ gvernijiet li jwettqu
ksur tad-drittijiet tal-bniedem u fil-livell ta' demokrazija, fost affarijiet
oħra billi tuża sanzjonijiet immirati u miżuri oħra ta'
politika. Meta tkun qed tieħu miżuri bħal dawn, hija se tkun
qiegħda mhux biss iżżomm is-sostenn tagħha
għas-soċjetà ċivili, iżda wkoll tkun qed issaħħu.
Meta tkun qed tapplika dan l-approċċ iddifferenzjat, l-UE se
żżomm linji ta’ djalogu miftuħa mal-gvernijiet, mas-soċjetà
ċivili u ma’ entitajiet oħra involuti. Fl-istess ħin u
f’konformità mal-prinċipju ta’ responsabbiltà reċiproka, l-UE se tara
li r-riżorsi tagħha jintużaw f’sostenn għall-għanijiet
ċentrali tal-PEV. Ir-riżorsi li l-UE u s-sħab
internazzjonali tagħha qed jimmobilizzaw f’sostenn
għat-tranżazzjonijiet demokratiċi fil-viċinat għandhom
ikopru sew il-ħtiġijet immedjati u urġenti kif ukoll
ir-rekwiżiti fuq tul ta' żmien medju u twil. 1. Sostenn għall-progress lejn
demokrazija profonda Aħna sejrin: · nadattaw il-livelli ta’ sostenn mill-UE lil pajjiżi sħab skont il-progress li jagħmlu fejn jidħlu riformi politiċi u l-bini ta’ demokrazija profonda 1.1. Is-sostenn
għad-“demokrazija profonda” Demokrazija li tiffunzjona, ir-rispett lejn
id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma l-kolonni fundamentali
tat-tisħib tal-UE mal-ġirien tagħha. Ma hemm l-ebda mudell fiss
jew inkella riċetta lesta diġà għar-riforma politiċi.
Filwaqt li r-riformi jseħħu b’mod differenti minn pajjiż
għall-ieħor, hemm diversi elementi li huma komuni fil-bini ta’ demokrazija
profonda u sostenibbli u jinħtieġu impenn qawwi u fit-tul
min-naħa tal-gvernijiet. Dawn jinkludu: – elezzjonijiet ħielsa u ġusti; – il-libertà tal-assoċjazzjoni, l-espressjoni u l-assemblea kif
ukoll il-libertà tal-istampa u tal-meedia; – l-istat tad-dritt li jkun amministrat minn ġudikatura indipendenti
u d-dritt għal proċess ġust; – il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; – ir-riforma fis-settur tas-sigurtà u tal-infurzar tal-liġi
(inkluż tal-pulizija) u l-istabbiliment ta' kontroll demokratiku fuq
il-forzi armati u ta' sigurtà. Riforma bbażata fuq dawn l-elementi mhux
biss tkun waħda li ssaħħaħ id-demokrazija, iżda wkoll
tgħin biex jinħolqu l-kundizzjonijiet għal tkabbir ekonomiku
sostenibbli u inklużiv, li jistimula l-kummerċ u l-investiment. Dawn
huma l-elementi li fuqhom l-UE se tkejjel il-progress u tadatta l-livelli ta’
sostenn. 1.2. Sħubija
mas-soċjetajiet Aħna sejrin: · nistabbilxxu sħubija f'kull pajjiż ġar u nġibu s-sostenn tal-UE aktar aċċessibbli għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz ta' Faċilità għas-Soċjetà Ċivili ddedikata · nappoġġjaw l-istabbiliment ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija biex tingħata għajnuna lil partiti politiċi, lil NGOs mhux reġistrati u lil għaqdiet tal-ħaddiema u sħab soċjali oħra · nippromwovu l-aċċess għall-internet billi nsostnu aċċess bla tfixkil lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSC) kif ukoll l-użu ta' teknoloġiji ta' komunikazzjoni elettronika · insaħħu d-djalogu dwar d-drittijiet tal-bniedem Soċjetà ċivili li miexja 'l quddiem
tagħti s-setgħa liċ-ċittadini li jesprimu ruħhom fuq
dak li qed iħassibhom, li jikkontribwixxu fit-tfassil tal-politika u
jitolbu rendikont mill-gvern tagħhom. Tista' wkoll tgħin biex
tiżgura li t-tkabbir ekonomiku jsir aktar inklużiv.
Iċ-ċavetta biex dan ikun jista' jseħħ hija l-garanzija
tal-libertajiet tal-espressjoni, tal-assoċjazzjoni u
tal-parteċipazzjoni f'manifestazzjonijiet. Sfida oħra hija li
tingħata għajnuna biex jitfaċċaw partiti politiċi
demokratiċi li jirrappreżentaw il-firxa wiesgħa tal-veduti u
tal-attitudnijiet li wieħed isib fis-soċjetà sabiex dawn ikunu
jistgħu jikkompetu għall-poter u għall-appoġġ
mill-poplu. Din l-isfida li tisseddaq is-soċjetà ċivili u
l-pluraliżmu tinħass madwar il-viċinat iżda tinħass
b'mod partikolarment b'saħħtu fil-pajjiżi li qed jirsistu
għal tibdil politiku mgħaġġel jew fejn hemm reġimi
politiċi repressivi li għadhom qed joħonqu l-pluraliżmu u
d-diversità. Sabiex din is-sitwazzjoni tiġi
indirizzata u sabiex jingħata appoġġ lill-atturi politiċi
fil-mixja tagħhom lejn tibdil demokratiku fil-pajjiżi tagħhom
(speċjalment lil partiti politiċi u lil NGOs mhux irreġistrati
jew għaqdiet tal-ħaddiema u sħab soċjali oħra)
ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni jappoġġjaw
l-istabbiliment ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija[3]. Din id-Dotazzjoni se jkollha
l-għan li ġġib aktar influwenza u konsistenza fl-isforzi tal-UE,
l-Istati Membri tagħhom u ħafna mill-fundazzjonijiet politiċi
Ewropew il-kbar li diġà huma attivi f'dan il-qasam. Is-soċjetà ċivili għandha rwol
ċentrali fl-avvanz tad-drittijiet tan-nisa, ta' aktar ġustizzja
soċjali u tar-rispett tal-minoranzi kif ukoll il-protezzjoni ambjentali u
l-effiċjenza tar-riżorsi. L-UE sejra tappoġġja dan ir-rwol
politiku akbar għal atturi mhux mill-Istat permezz ta' sħubija mas-soċjetajiet
b'mod li l-OSC jiżviluppaw il-ħila tagħhom li jippromwovu dak li
jemmnu fih, il-ħila tagħhom li jżommu għajnejhom fuq
ir-riformi u r-rwol tagħhom fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni
tal-programmi tal-UE. Id-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi individwali
se jaraw li jlaqqgħu flimkien il-gvernijiet u s-soċjetà ċivili
tal-pajjiżi sħab fi djalogu strutturali dwar oqsma ċentrali
tal-kooperazzjoni tagħna. L-iffinanzjar tal-UE għal azzjonijiet
bħal dawn jista' jitwassal permezz tal-istabbiliment ta' Faċilità
għas-Soċjetà Ċivili ddedikata għall-viċinat. Il-libertà tal-istampa u l-aċċess
liberu għall-informazzjoni huma elementi
ċentrali ta' demokraziji li jkunu qed jiffunzjonaw tajjeb. In-netwerks
soċjali u t-teknoloġiji l-ġodda għandhom rwol sinifikanti
fil-promozzjoni tat-tibdil demokratiku. L-appoġġ tal-UE diġà
jingħata permezz tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u
d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR). Jistgħu jiġu żviluppati
strumenti addizzjonali biex l-UE tkun tista, f'dawk il-każijiet fejn ikun xieraq,
tgħin lil organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, jew lil
ċittadini individwali, li jkollhom aċċess bla xkiel
għall-internet u għal forom oħra ta' teknoloġiji
tal-komunikazzjoni elettronika, kif ukoll media indipendenti fil-forma
stampata, radjofonika u televiżiva. L-impenn lejn id-drittijiet tal-bniedem u
l-libertajiet fundamentali permezz ta' trattati multilaterali u ta'
ftehimiet bilaterali huwa essenzjali. Iżda dawn l-impenji mhux dejjem
jissarrfu f'għemil. Ir-ratifika tal-istrumenti kollha relevanti
internazzjonali u reġjonali, u konformità sħiħa
mad-dispożizzjonijiet tagħhom, għandhom ikunu fil-bażi
tar-relazzjoni tagħna. Dan jinkludi impenn qawwi lejn il-promozzjoni
tal-ugwaljanza bejn is-sessi, f'konformità mar-rwol maġġuri li
għal darb'oħra kellhom in-nisa fi ġrajjiet reċenti
fil-pajjiżi tan-Nofsinhar, li qed jiġġieldu kontra kull forma
ta' diskriminazzjoni, il-ġlieda kontra kull forma ta' diskriminazzjoni,
ir-rispett tal-libertà tar-reliġjon u l-protezzjoni tad-drittijiet
tar-refuġjati u ta' dawk li jibbenefikaw mill-protezzjoni internazzjonali.
Permezz ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem jkun jista' jsir
monitoraġġ tal-impenji f'dan il-qasam, inkluż li jiġu
indirizzati każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem. It-tisħiħ
tal-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropea jista' wkoll ikun ta' għajnuna
fil-promozzjoni tal-konformità. Il-Parlamenti jistgħu
jibnu rabtiet bejn is-soċjetajiet tagħna. L-Assemblea Parlamentari
EuroNEst (l-Assemblea konġunta tal-Parlament Ewropew u l-ekwivalenti minn
pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant), l-Assemblea Parlamentari
Ewro-Mediterranja u l-Kumitati Parlamentari Konġunti bejn il-Parlament
Ewropew u l-Parlamenti ta' pajjiżi sħab jikkostitwixxu forum
essenzjali għad-djalogu u għal aktar fehim reċiproku bejn dawk
li għandhom is-setgħa li jieħdu d-deċiżjonijiet.
Il-parlamentari jistgħu wkoll jikkontribwixxu b'mod utli biex
jissaħħu l-isforzi għar-riforma u billi jżommu
għajnejhom fuq l-impenji fil-Pjan ta' Azzjoni tal-PEV ta' kull
pajjiż, inkluż dejn jidħlu kwistjonijiet politiċi ewlenin u
d-drittijiet tal-bniedem. 1.3. L-intensifikazzjoni
tal-kooperazzjoni politika u tas-sigurtà tagħna Aħna sejrin: · insaħħu l-involviment tal-UE fis-soluzzjoni ta' kunflitti mtawla · nużaw flimkien il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u strumenti oħra tal-UE · nippromwovu azzjoni konġunta ma' sħabna fil-Politika Ewropea tal-Viċinat f'fora internazzjonali dwar kwistjonijiet ċentrali ta' sigurtà It-Trattat ta' Lisbona jipprovdi lill-UE
opportunità unika li ssir attur aktar effettiv. Dan mhu mkien aktar relevanti
milli fil-viċinat tagħna. Iżda biex nilqgħu l-isfida huwa
meħtieġ li l-linji ta' politika tal-UE u tal-Istati Membri jkunu
aktar konformi ma' xulxin milli kienu fil-passat, sabiex jitwassal il-messaġġ
komuni u jkunu hemm il-koerenza li permezz tagħhom l-azzjonijiet
tagħna jkunu effettivi. L-istrumenti u l-linji ta' politika tal-UE jkunu
effettivi biss jekk warajhom ikollhom is-saħħa ta' linji ta' politika
tal-Istati Membri. Ma nistgħux nibqgħu għaddejjin kif dejjem
għamilna jekk irridu li l-viċinat tagħna jsir post anqas
perikoluż u li nħarsu l-interessi tagħna. Il-persistenza ta' kunflitti mtawla li qed
jaffettwaw għadd ta' pajjiżi sħab hija sfida serja
għas-sigurtà tar-reġjun kollu. L-interessi ġeopolitiċi,
ekonomiċi u ta' sigurtà tal-EU huma affettwati b'mod dirett bl-instabbiltà
li għadha għaddejja. Il-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestinjani,
kif ukoll kunflitti oħra fil-Lvant Nofsani, il-Kawkażu t'Isfel,
ir-Repubblika tal-Moldova u s-Sahara tal-Punent għadhom qed jaffettwaw
popolozzjonijiet imdaqqsa, jagħtu n-nar lir-radikalizzazzjoni, jherru
ammont konsiderevoli ta' riżorsi lokali u internazzjonali, u jaġixxu
bħala ostakoli serji għar-riformi. L-UE hija diġà attiva fit-tfittxija
għal soluzzjonijiet biex ħafna minn dawn il-kunflitti jiġu
riżolti. L-UE hija parti mill-Kwartett tal-Lvant Nofsani. Hija
għandha l-kopresidenza tat-taħdidiet ta' Ġinevra diretti lejn
il-paċi u s-sigurtà fil-Ġeorġja. Hija tipparteċipa
bħala osservatur fit-taħdidiet "5+2" dwar il-kunflitt
tat-Transnistrija fir-Repubblika tal-Moldova. Hija tkun lesta li tħaffef
il-pass tal-involviment tagħha f'formati fejn hija għadha mhix
rappreżentanta, pereżempju fil-Grupp ta' Minsk tal-OSCE dwar
il-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh. L-UE għandha l-intenzjoni li ttejjeb
is-sostenn tagħha għall-bini ta' fiduċja u ta' komunikazzjoni
ma' territorji li nqatgħu mill-awtorità ċentrali ta' pajjiżhom,
għal sforzi internazzjonali u strutturi marbuta mal-kunflitti u, darba
jintlaħaq dan l-istadju, għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet. Se
nkomplu wkoll nopponu bidliet fil-konfini li jsiru permezz tal-użu
tal-forza militari. Ħafna mill-istrumenti li nużaw kullimkien
fil-viċinat biex tisseddaq l-integrazzjoni ekonomika u l-kooperazzjoni
settorjali jistgħu wkoll jiġu mmobilizzati biex jingħata sostenn
lill-għanijiet b'riżq il-bini tal-fiduċja u r-riżoluzzjoni
tal-kunflitti. L-UE hija wkoll lesta li tiżviluppa, flimkien
mal-organizzazzjonijiet internazzjonali relevanti u ma' sħab
kruċjali, xenarji ta' rikostruzzjoni għal wara li jtemmu l-kunflitti
li jistgħu jservu ta' inċentiv ulterjuri għar-riżoluzzjoni
tal-kunflitti billi jintwerew il-benefiċċji ta' riżoluzzjonijiet
paċifiċi. Fejn l-UE diġà tinsab involuta b'mod
operattiv fuq il-post, pereżempju fil-każ tal-Missjoni ta'
Monitoraġġ tal-UE fil-Ġeorġja, il-Missjoni tal-UE ta'
Assistenza fil-Fruntiera bejn il-Moldova u l-Ukrajna, jew il-Missjoni tal-UE
tal-Pulizija u l-Missjoni tal-UE ta' Assistenza fil-Fruntiera f'Rafah
fit-territorji Palestinjani okkupati, se jittieħdu aktar passi biex
jintużaw is-sinerġiji bejn din il-preżenza operattiva u
l-isforzi biex jiġu promossi r-riformi. B'mod
partikolari, kulfejn ikun xieraq, l-UE se toffri li tappoġġja
l-isforzi li qed jagħmlu l-pajjiżi sħab biex jirriformaw
ir-riformi tagħhom fis-setturi tal-ġustizzja u tas-sigurtà permezz
ta' missjonijiet dwar l-istat tad-dritt jew ta' strumenti oħra
tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) li jistgħu jitqiesu
minnhom bħala utli. Meta tħares lil hinn mir-riżoluzzjoni
tal-kunflitti, l-UE se tagħmel użu sħiħ tad-dispożizzjonijiet
tat-Trattat ta' Lisbona meta tkun qed tindirizza kwistjonijiet ta' sigurtà u
interessi speċifiċi komuni, perez. is-sigurtà tal-enerġija u
tar-riżorsi, it-tibdil fil-klima, in-nonproliferazzjoni, il-ġlieda
kontra t-terroriżmu internazzjonali u l-kriminalità transkonfinali
organizzata, kif ukoll il-ġlieda kontra d-droga. Hija sejra tidħol
f'ħidma konġunta ma' pajjiżi sħab tal-PEV biex twettaq
azzjonijiet konġunti f'fora internazzjonali (pereżempju n-NU,
konferenzi internazzjonali) dwar kwistjonijiet li jolqtu lill-PESK kif ukoll
kwistjonijiet globali oħra. 2. L-Appoġġ ta' żvliupp
ekonomiku u soċjali sostenibbli. Aħna sejrin: · nappoġġjaw l-adozzjoni minn pajjiżi sħab ta' linji ta' politika li jwasslu għal tkabbir aktar qawwi, sostenibbli u aktar inklużiv, għall-iżvilupp ta' kumpaniji mikro, żgħar u ta' daqs medju u għall-ħolqien tax-xogħol · inqawwu l-kooperazzjoni industrijali u nappoġġjaw titjib fl-ambjent tan-negozju · ngħinu fl-organizzazzjoni ta' avvenimenti biex jiġi promoss l-investiment · nippromwovu l-investiment dirett minn SMEs fl-UE, u l-mikrokreditu · nibnu fuq il-programmi pilota ta' żvilupp reġjonali biex jiġu affaċċjati d-differenzi ekonomiċi bejn reġjun u ieħor · inniedu programmi pilota biex insostnu l-iżvilupp agrikolu u rurali · Intejbu d-djalogu dwar il-politika makroekonomika ma' pajjiżi sħab u nagħmlu r-riformi ekonomiċi l-aktar avvanzati · intejbu l-effettività tal-Assistenza Makrofinanzjarja billi jiġi razzjonalizzat il-proċess tagħha ta' teħid ta' deċiżjonijiet · intejbu d-djalogu dwar l-impjiegi u l-politika soċjali 2.1. Tkabbir ekonomiku u
ħolqien tax-xogħol sostenibbli L-isfidi ekonomiċi u soċjali
fil-viċinat tagħna huma immensi. Il-faqar hu rampanti, l-aspettattiva
tal-ħajja ħafna drabi hi baxxa, il-qgħad fost
iż-żgħażagħ huwa ta' livell għoli u
l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika u ekonomika hija baxxa
f'ħafna pajjiżi tar-reġjun. Il-kapital naturali qed jitherra u
l-prezzijiet tal-ikel u tal-enerġija li dejjem tilgħin qed ikollhom
effetti qawwija madwar il-viċinat. Il-biċċa l-kbira
tal-pajjiżi sħab għandhom ekonomiki dgħajfa u ftit
diversifikati li għadhom vulnerabbli għall-iskossi ekonomiċi
esterni. L-għanijiet immedjati huma għalhekk il-ħolqien tal-impjiegi,
l-ixprunar tat-tkabbir, it-titjib tal-protezzjoni soċjali u
r-rivitalizzazzjoni tas-setturi affettwati mill-kriżijiet riċenti
(bħal ma hu t-turiżmu). Huwa kruċjali li dawn l-isfidi jiġu
affaċċjati sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà ta' riformi
politiċi u dan jista' wkoll ikun ta' kontribut biex jintlaħqu
l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju. Tkabbir fjakk, qgħad li
qed jiżdied, u qasma dejjem tikber bejn is-sinjuri u l-fqar x'aktarx li
kolha jwasslu għal instabbilità fil-karburanti. Il-PEV se tkompli tappoġġja
l-adozzjoni minn pajjiżi sħab ta' linji ta' politika li jwasslu
għal tkabbir aktar qawwu u aktar inklużiv. Dan jinkludi
appoġġ għal sforzi biex jitjieb l-ambjent tan-negozju bħal
fil-każ ta' proċeduri ta' simplifikazzjoni u li jinħoloq ambjent
li jkun ta' ġid għan-negozji żgħar u medji u biex tiġi
promossa l-impjegabbiltà. L-isforzi ta' pajjiżi sħab biex
jissaħħaħ ir-rispett għall-istat tad-dritt u biex
jiġġieldu l-korruzzjoni se jkollu wkoll impatt pożittiv fuq
l-ambjent tan-negozju, b'mod li jiffaċilita investiment barrani dirett u
anki t-trasferiment tat-teknoloġija li, imbagħad, jistimulaw
l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi. L-UE se tagħti każ
b'mod partikolari tal-isfida li għandhom quddiemhom pajjiżi li jkunu
għadhom kif ħarġu minn bidla politika – billi dawn
jingħataw l-għajnuna biex jorganizzaw inizjattivi bħal ma huma konferenzi
tal-investituri biex jikkjarifikaw il-prijoritajiet nazzjonali tagħhom
għall-investiment u jfittxu biex jibnu l-fiduċja tal-investituri.
Sinjal qawwi għall-investituri u għall-kummerċjanti jkun ukoll
it-twaqqif ta' skema ta' protezzjoni tal-investiment imtejba.
Il-Kummissjoni se tkun qed tesplora l-għażliet biex tiġi
pprovduta sigurtà legali lil investituri f'pajjiżi ġirien. Sabiex jingħata appoġġ
addizzjonali lill-SMEs, il-Kummissjoni sejra wkoll tiddiskuti mal-BEI u ma'
entitajiet oħrajn involuti r-rwol possibbli għall-Fond Ewropew
għall-Investiment[4]
f'pajjiżi sħab u se teżamina miżuri, inklużi
garanziji biex jiġi promoss l-investiment dirett minn SMEs tal-UE u
l-mikrokreditu. Il-Kummissjoni tista' wkoll tikkontribwixxi
biex jiġi indirizzat il-qgħad għoli u l-faqar permezz ta' programmi
pilota b'sostenn għall-iżvilupp agrikolu u rurali, kif ukoll
programmi pilota ta' żvilupp reġjonali, li jkunu bbażati fuq
l-esperjenza estensiva tal-UE f'dawn l-oqasma[5]. Il-programmi ta' żvilupp
reġjonali jistgħu jkunu ta' kontribut biex
jiġu indirizzati l-iżbilanċi ekonomiċi u d-disparitajiet
bejn ir-reġjuni li jimminaw il-kapaċità tal-ekonomija ta' pajjiż
kollu kemm hu. Il-programmi pilota li għaddejja bħalissa se jkunu ta'
għajnuna lil membri tas-Sħubija tal-Lvant biex ikunu jistgħu
jidentifikaw strutturi u attivitajiet xieraq biex jindirizzaw dawn l-isfidi, fi
ħdan it-territorji tagħhom u fejn ikun xieraq anki lil hinn
mill-fruntieri mal-ġirien tagħhom fir-reġjun. Se jiġi
esplorat approċċ simili għall-viċinat tan-Nofsinhar. Se jitkompla d-djalogu dwar il-linji ta'
politika dwar il-governanza makroekonomika u s-sostenibbiltà tal-baġit.
Dan id-djalogu makroekonomiku se jkun imtejjeb ma' dawk is-sħab li
l-aktar jimxu 'l quddiem fl-integrazzjoni ekonomika tagħhom mal-UE u jkun
ibbażat fuq aġġornament ta' linji ta' politika
makroekonomiċi u ta' riformi strutturali kruċjali. Dan ikun
akkumpanjat min djalogu mtejjeb dwar linji ta' politika dwar l-impjiegi u
dwar aspetti soċjali. L-istrument ta' assistenza Makrofinanzjarja (AMF) jista' jiġi mmobilizzat biex jgħin lil pajjiżi
sħab jindirizzaw id-diffikultajiet li jista' jkollhom għal żmien
qasir fejn jidħol il-bilanċ tal-pagamenti. Fuq żmien qasir dan
ikun l-aktar relevanti għal dawk li jkunu qed iħabbtu
wiċċhom mal-impatt ekonomiku u soċjali immedjat tat-tibdiliet
politiċi reċenti. Il-Kummissjoni se tipproponi Regolament ta' Qafas
sabiex il-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-AMF isir
aktar effiċjenti, tingħata bażi ġuridika aktar trasparenti għal
dan l-istrument u jiġu rfinuti xi kriteji li għandu. 2.2. It-tisħiħ
tar-rabtiet kummerċjali Aħna sejrin: · ninnegozjaw Oqsma ta' Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi ma' sħab li jkunu jridu dan, u li jkunu fil-pożizzjoni ta' dan · inkomplu niżviluppaw il-konċessjonijiet ta' kummerċ assimettriċi, speċjalment f'dawk is-setturi fejn hemm l-akbar probabbiltà li jkunu ta' xprun immedjat għall-ekonomiji tal-pajjiżi sħab Il-biċċa
l-kbira tal-ġirien tagħna jiddependu fuq l-UE bħala s-suq
ewlieni sew għall-esportazzjoni kif ukoll għall-importazzjoni
tagħhom. Il-kummerċ fil-prodotti u s-servizzi huwa għodda
qawwija biex jiġi stimulat it-tkabbir ekonomiku, tisseddaq
il-kompetizzjoni u biex jingħata sostenn lill-irkupru ekonomiku. Huwa
għalhekk essenzjali li nistabbilixxu ma' kull wieħed minnhom
arranġamenti ta' kummerċ li jkunu ambizzjużi u ta'
benefiċċju reċiproku li jkunu jaqblu mal-ħtiġijiet
tagħhom u mal-kapaċitajiet ekonomiċi tagħhom. Il-mezz prinċipali u l-aktar effettiv
għall-iżvilupp ta' rabtiet kummerċjali aktar mill-qrib huwa ż-Żona
ta' Kummerċ Ħieles Profonda u Komprensiva (ŻKĦPK).
Iż-ŻKĦPK jipprovdu għat-tneħħija ftit ftit ta'
xkiel kontra l-kummerċ u għandhom l-għan li tinkiseb
konverġenza regolatorja f'oqsma li għandhom impatt fuq
il-kummerċ, b'mod partikolari r-regoli sanitarji u fitosanitarji (SFS),
il-ġid tal-annimali, il-proċeduri doganali u fuq il-konfini,
il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku. Huma mfassla biex ikunu dinamiċi
sabiex jinżamm il-pass ma' żviluppi regolatorji fis-Suq Intern
tal-UE. Għas-sħab li jkunu l-aktar avvanzaw, ŻKĦPK tista'
twassal għall-integrazzjoni ftit ftit mas-Suq Intern tal-UE. Permezz ta'
approssimazzjoni progressiva mar-regoli u tal-prassi tal-UE,
iż-ŻKĦPK jinħtieġu livell għoli ta' impenn fejn
jidħlu riformi kumplessi u ta' firxa wiesgħa. Dan jinħtieġ
kapaċità istituzzjonali qawwija. Ir-riformi jistgħu jkunu
politikament ta' sfida u jinħtieġu l-involviment tal-komunità
tan-negozju kif ukoll ta' partijiet interessati oħra. Sabiex ikunu
jistgħu jibdew in-negozjati, il-pajjiżi sħab iridu jkunu membri
tal-WHO u jridu jkunu qed jindirizzaw ċerti rakkomandazzjonijiet
ċentrali biex ikunu jistgħu jkunu konformi mal-impenji li
jirriżultaw. Huma jridu wkoll ikunu għamlu progress
biżżejjed lejn valuri u prinċipji komuni. Il-kummerċ jistrieħ l-aktar fuq
approċċ bilaterali bejn l-UE u kul pajjiż sieħeb. Dan
jippermetti lill-aktar pajjiżi avvanzati li jħaffu l-pass u huwa
konsistenti mal-prinċipju tad-differenzjazzjoni. Il-prinċipju huwa wkoll
konsistenti mal-viżjoni għat-tul tal-komunjoni ekonomika li qed
titfaċċa bejn l-UE u l-pajjiżi sħab tagħha tal-PEV[6]. L-integrazzjoni ekonomika reġjonali
hija importanti biex jissaħħaħ il-kummerċ bejn
il-pajjiżi sħab u biex jiġu żviluppati netwerks
ekonomiċi aktar wiesa'. Għat-tul, komunjoni bħal din tkun
ibbażata fuq qafas regolatorju komuni, kif ukoll fuq aċċess
aħjar għall-prodotti u s-servizz fost il-pajjiżi sħab
tal-PEV u l-UE. Approċċ bħal dan jiftaħ il-possibbiltà li
pajjiżi sħab li jkollhom korp ta' ġudikatura indipendenti u
jiffunzjona għal kollox, kif ukoll amministrazzjoni pubblika
effiċjenti u li jkunu għamlu progress sinifikanti lejn il-qerda
tal-korruzzjoni, jiġu inkorporati f'żona mhux irregolata tas-Suq
Intern għall-prodotti. Dan ikunu jista' jiġri biss darba li
l-pajjiżi parteċipanti jkunu laħqu livell suffiċjenti ta'
affidabbiltà amministrattiva u legali. Għal perjodu ta' żmien qasir,
għal dawn il-pajjiżi sħab li ma jkunux lesti, jew ma jkunux
iridu, jibdew b'negozjati dwar iż-ŻKĦPK ikunu jistgħu
jittieħdu miżuri oħra biex jiġi xprunat u ffaċilitat
il-kummerċ. Meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi u l-livell ta'
ambizzjoni ta' kull pajjiż sieħeb, l-UE sejra tfittex li testendi l-konċessjonijiet
ta' kummerċ fi ftehimiet eżistenti jew f'negozjati li jkunu
għaddejjin, b'mod speċjali f'dawk is-setturi li jkunu fl-aħjar
pożizzjoni li jipprovdu mbuttatura immedjata għall-ekonomiji
tal-pajjiżi sħab, inkluża assimetrija fil-pass
tal-liberalizzazzjoni biex jittieħed kont taċ-ċirkostanzi ta'
kull pajjiż sħab. Jista' jinkiseb aċċess akbar
għall-prodotti permezz ta' Ftehimiet dwar il-Valutazzjoni
tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni ta' prodotti industrijali (FAKA)
li jippermettu l-moviment liberu ta' prodotti industrijali f'setturi
speċifiċi permezz tal-aċċettazzjoni reċiproka ta'
ċertifikati ta' konformità. Il-FAKA għandhom l-għan li jkopru
s-setturi kollha fejn il-leġiżlazzjoni tkun armonizzata fil-livell
tal-UE. Pajjiż sieħeb li jkun laħaq dak l-istadju jsir fil-fatt
parti minn żona ta' kummerċ ħieles għall-prodotti
industrijali bejn l-UE, iż-ŻEE u t-Turkija. Il-kooperazzjoni
mill-qrib mal-korpi u organizzazzjonijiet Ewropej fl-oqsma
tal-istandardizzazzjoni, il-valutazzjoni tal-konformità u l-metroloġija
tista' tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-FAKA. Sabiex titħaffef
il-preparazzjoni tal-FAKA, il-Kummissjoni hija lesta li ttejjeb
l-appoġġ tekniku li jingħata lil sħabna. Huwa probabbli li,
diġà fl-2011, jiġu ffirmati FAKA mat-Tuneżija u mal-Eġittu.
Jista' wkoll isir aktar progress biex
jiġu nkuraġġuti l-flussi kummerċjali bejn pajjiżi
sħab kif ukoll mal-UE. L-implimentazzjoni veloċi tal-Konvenzjoni
l-ġdida dwar ir-regoli preferenzjali ta' oriġini
pan-Ewro-Mediterranji se tkun element wieħed importanti
għas-sħab fin-naħa tan-Nofsinhar. Il-Kummissjoni se tara kif
il-Konvenzjoni tista' tiġi estiża għal sħab oħra
tal-PEV u se tressaq proposti xierqa. L-UE se tkompli tappoġġja riformi
biex is-sħab jingħataw għajnuna fil-bini tal-kapaċitajiet
tagħhom, permezz tal-provvista ta' kompetenza mis-settur pubbliku,
inkluż permezz ta' programmi komprensivi ta' bini ta' istituzzjonijiet
jew inkella ta' mekkaniżmi oħra bħal ma huma
l-ġemellaġġi u t-TAIEX[7].
Dan ikun ta' għajnuna għas-sħab biex jilħqu l-livelli ta'
sigurtà tal-ikel, tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti kif ukoll
tal-ġid tal-annimali u għalhekk jitjieb il-potenzjal ta'
esportazzjoni tagħhom. Bl-istess mod, sabiex is-setturi agrikoli jiġu
mgħejjuna jimmodernizzaw, l-UE se toffri programmi ta' żvilupp rurali
sabiex tassisti fost affarijiet oħra fit-titjib tal-kwalità
tal-agrikoltura u tal-prodotti tal-ikel. 2.3. It-tisħiħ
tal-kooperazzjoni bejn is-setturi Aħna sejrin: · intejbu l-kooperazzjoni bejn is-setturi, b'attenzjoni partikolari fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, l-enerġija, it-trasport u t-teknoloġija · niffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi sħab fil-ħidma ta' aġenziji u programmi magħżula tal-UE Il-kooperazzjoni mtejba tista' ssir
fis-setturi kollha relevanti għas-Suq Intern, mill-politika soċjali u
s-saħħa pubblika sal-protezzjoni tal-konsumatur, l-istatistika,
il-liġi tal-kumpaniji, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku,
il-politika marittima, it-turiżmu, l-ispazju u ħafna oħrajn. Se
jitħaffef b'mod konsiderevolli l-pass fil-kooperazzjoni u l-iskambju,
f'konformità mal-approċċ "aktar għal aktar", fl-oqsma
li ġejjin: ·
L-UE se tipproponi lill-pajjiżi sħab
ġirien li jaħdmu għall-iżvilupp ta' Spazju Komuni
għall-Għarfien u l-Innovazzjoni. Dan iġib flimkien diversi
linji ta' kooperazzjoni li diġà jeżistu: id-djalogu politiku, il-bini
tal-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali, il-kooperazzjoni
fir-riċerka u l-innovazzjoni, u aktar opportunitajiet ta' mobbiltà
għal studenti, riċerkaturi u akkademiċi. B'mod parallel,
il-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni għolja se tkun
estiża permezz ta' aktar sostenn lill-mobbiltà tal-istudenti u tal-istaff
akkademiku fi ħdan programmi ta' tisħib bejn l-universitajiet
(skont il-programm Erasmus Mundus) kif ukoll permezz ta' kooperazzjoni
strutturata għall-immodernizzazzjoni tal-università (permezz ta' Tempus). ·
L-UE se tgħaqqad l-isforzi tagħha
ma' dawk tal-ġirien tagħha fejn jidħol it-tibdil fil-klima
permezz ta' kooperazzjoni mtejba biex jiġi indirizzat l-iżvilupp
b'anqas emissjoni ta' karbonju kif ukoll reżistenza aktar qawwija kontra
l-impatt fuq il-klima (l-adattazzjoni), bil-ħsieb li jiġi implimentat
il-ftehim ta' Kankun u biex nimxu lejn sistema legali komprensiva globali dwar
il-klima. L-UE u l-pajjiżi sħab għandhom ukoll jirsistu
għal protezzjoni ambjentali[8] immirata
lejn l-infurzar ta' livell għola ta' kwalità ta', pereżempju, l-arja
u tal-ilma, governanza ambjentali aħjar, effiċjenza ogħla
tar-riżorsi, il-protezzjoni tal-biodiversità u l-ekosistemi, u s-sostenn
għall-investimenti infrastrutturali neċessarji. ·
Il-kooperazzjoni fl-enerġija se
tingħata spinta permezz ta' djalogu aktar qawwi dwar il-politika
tal-enerġija bil-għan li tinkiseb integrazzjoni tas-suq akbar, li
tittejjeb is-sigurtà tal-enerġija abbażi ta' oqsfa regolatorji
konverġenti, inkluż fejn jidħlu livelli ta' sigurtà u
livelli ambjentali, kif ukoll l-iżvilupp ta' sħubijiet ġodda dwar
is-sorsi rinnovabbli ta' enerġija u l-effiċjenza tal-enerġija u
s-sigurtà nukleari. Fuq żmien medju, dan jista' jwassal biex it-Trattat
dwar il-Komunità tal-Enerġija jiġi estiż għal ġirien
li għadhom mhux parti fih jew, abbżi tal-esperjenza miksuba minnu,
tiġi stabbilita, bħala entità kumplimentari, "Komunità
Enerġetika bejn l-UE u n-Nofsinhar tal-Mediterran". ·
Il-Kummissjoni se tipproponi qafas ġdid
għall-kooperazzjoni fit-trasport, bil-għan li jkun hemm
integrazzjoni tas-suq akbar fis-settur tat-trasport b'speċjalment billi
jiġu estiżi n-netwerks trans-Ewropej ta' trasport (TEN-Ts) lejn
pajjiżi ġirien, jiġi indirizzat id-dewmien burokratiku
b'attenzjoni fuq kwistjonijiet ta' sigurtà (inkluż kwistjonijiet bħal
ma huma l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u dak ferrovjarju kif ukoll
it-trasport marittimu), kif ukoll billi titjieb il-kooperazzjoni ma' diversi
aġenziji ta' trasport tal-UE. ·
Il-Kummissjoni tappoġġja wkoll
approċċ aktar strateġiku u kooperazzjoni fejn jidħlu affarijiet
marittimi, bil-għan li titjieb il-kooperazzjoni fost is-setturi
marittimi u li tkun tippermetti żvilupp ekonomiku sostenibbli. ·
L-iżviluppi reċenti fil-pajjiżi
fin-Nofsinhar tal-Mediterran urew li l-importanza tat-teknoloġiji
tal-informatika u tal-komunikazzjoni bħala għodda għat-tibdil
politiku u soċjali. Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi sħab
għaldaqstant se tissaħħaħ biex jiġi sostnut
l-iżvilupp ta' ekonomija diġitali bl-użu tal-ICT biex jiġu
affaċċjati sfidi nazzjonali u globali. Fl-aħħar nett l-UE se tkompli
tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi sħab
fil-ħidma tal-aġenziji tal-UE u ta' programmi tal-UE li huma
miftuħa għalihom[9].
Dan ilu jiġu offrut għal xi snin u wassal biex saret xi kooperazzjoni
f'oqsma bħal ma huma l-monitoraġġ tad-droga jew is-sigurtà
tal-avjazzjoni. It-tfassil ta' lista ta' programmi li fihom ikunu jistgħu
jipparteċipaw il-pajjiżi sħab se tkun prijorità
għall-Kummissjoni, b'attenzjoni fuq dawk li jkunu joffru opportunitajiet
għaż-żgħażagħ u għal kuntatti "tan-nies
man-nies". Sejra wkoll tappoġġja pajjiżi sħab
fit-twettiq tal-prerekwiżiti leġiżlattivi
għall-parteċipazzjoni f'aġenziji tal-UE u tipprovdi sostenn biex
tiġi koperta parti mill-ispejjeż assoċjati
tal-parteċipazzjoni. 2.4. Il-Migrazzjoni u l-mobbiltà Aħna sejrin: · inkomplu għaddejjin bil-proċess ta' faċilitazzjoni tal-viża għal sħab magħżula fil-PEV u ta' liberlizzazzjoni tal-viża għal dawk l-aktar avvanzati · niżviluppaw Sħubijiet għall-Mobbiltà u nistabbilixxu oħrajn ġodda · nappoġġjaw l-użu sħiħ minn Stati Membri tal-opportunitajiet offruti permezz tal-Kodiċi tal-UE dwar il-Viżi. Il-mobbiltà u l-kuntatti "tan-nies
man-nies" huma fundamentali fil-promozzjoni tal-ftehim reċiproku u
l-iżvilupp ekonomiku. Huma indispendabbli għall-kummerċ,
speċjalment fejn jidħlu servizzi, kif ukoll għall-iskambju
tal-ideat, it-tixrid tal-innovazzjoni, il-ħidma dwar kwistjonijiet fejn
jidħlu impjiegi u kwistjonijiet soċjali, l-istabbiliment ta'
relazzjonijiet qawwija bejn il-kumpaniji, l-universitajiet u
l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-mobbiltà tal-ħaddiema huwa qasam fejn
l-UE u l-ġirien tagħha jistgħu jikkumplimentaw lil xulxin. L-età
medja tal-ħaddiema tal-UE qed tikber, u f'ċerti oqsma se
jiżviluppaw nuqqasijiet ta' ħaddiema. Il-viċinat tagħna
għandu ħaddiema edukati tajjeb, żgħażagħ u ta'
talent, li jistgħu jimlew dan il-vojt. Meta tkun qed tattira dan
it-talent, l-UE hija konxja mir-riskji ta' telf ta' kompetenza, li tkun
tinħtieġ miżuri addizzjonali ta' sostenn biex jittaffew
l-effetti. Il-pajjiżi sħab huma wkoll
pajjiżi importanti ta' oriġini u ta' transitu għall-migranti
irregolari. Il-kooperazzjonijiet fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni
irregolari hija essenzjali biex titnaqqas is-sofferenza umana u t-tnaqqis ta'
sigurtà li tirriżulta. Kooperazzjoni bħal din tkun waħda
mill-kundizzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati s-Sħubijiet
għall-mobbiltà. Il-PEV għandha l-għan li
tiżviluppa approċċ ta' benefiċċju reċiproku fejn
l-iżvilupp ekonomiku f'pajjiżi sħab u fl-UE, migrazzjoni
ġestita tajjeb, il-bini tal-kapaċitajiet għal dak li għandu
x'jaqsam mal-ġestjoni tal-fruntieri, l-asil u l-kooperazzjoni fl-infurzar
effettiv tal-liġi jmorru id f'id. Dan
l-approċċ huwa konformi mat-tliet pilastri tal-Approċċ
Globali tal-UE u l-Komunikazzjoni dwar il-migrazzjoni adottata reċentament[10]: ġestjoni aħjar
tal-migrazzjoni legali, limmassimizzar tal-impatt pożittiv tal-migrazzjoni
dwar l-iżvilupp, it-titjib tal-bini tal-kapaċitajiet
fil-ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni. Il-promozzjoni u r-rispett
tad-drittijiet tal-migranti huma wkoll parti integrali tal-approċċ. Is-Sħubijiet għall-Mobbiltà jipprovdu l-qafas komprensiv biex jiġi żgurat li l-moviment
tal-persuni bejn l-UE u pajjiż terzi jkun ġestit tajjeb. Dawn
is-sħubijiet iġibu flimkien il-miżuri kollha li jiżguraw li
l-mobbiltà tkun ta' benefiċċju reċiproku. Dawn jipprovdu
aċċess aħjar għal kanali ta' migrazzjoni legali u biex
isaħħu l-kapaċitajiet għall-ġestjoni tal-fruntieri u
biex jiġġestixxu l-migrazzjoni irregolari. Huma jistgħu jinkludu
inizjattivi biex jassistu pajjiżi sħab jistabbilixxu jew itejbu
l-ġestjoni tal-migrazzjoni tal-ħaddiema, inkluż
ir-reklutaġġ, it-taħriġ vokazzjonali u ta' lingwa,
l-iżvilupp u l-għarfien tal-ħiliet, u r-ritorn u
r-riintegrazzjoni tal-migranti[11].
Bil-ħsieb li tiġi xprunata l-mobbiltà taċ-ċittadini bejn
il-pajjiżi sħab u l-UE, b'mod partikolari għal studenti,
riċerkaturi u nies tan-negozju, il-Kummissjoni tappella lill-Istati Membri
biex jagħmlu użu sħiħ tal-opportunitajiet offruti mill-Kodiċi
tal-UE dwar il-Viżi. Hija se teżamina modi ta' kif
tappoġġjahom f'dan il-proċess kif ukoll ta' kif tissorvelja
l-implimentazzjoni. F'dan il-kuntest, għandhom jiġu enfasizzati
l-possibbiltajiet ta' eżenzjoni mill-miżata tal-viża u ta'
ħruġ ta' viża għal dħul multiplu lill-kategoriji ta'
applikanti tal-viża msemmija. Sa issa, fost il-ġirien tagħna,
is-Sħubijiet għall-Mobbiltà ġew stabbiliti mar-Repubblika
tal-Molodova u dik tal-Ġeorġja. Il-Kummissjoni temmen li diversi
pajjiżi fil-viċinat tagħna jistgħu jkunu kandidati tajba
għal sħubijiet bħal dawn. Il-Kummissjoni se tara li tikkonkludi
negozjati mal-Armenja u tipprepara għat-tnedija ta' negozjati ma'
pereżempju l-Marokk, it-Tuneżija u l-Eġittu[12]. L-UE se tkompli tassisti lill-Ukrajna u
lir-Repubblika tal-Moldova fl-isforzi tagħhom biex jiġu implimentati
pjani ta' azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viza. Flimkien mal-ftehimiet
ta' faċilitazzjoni tal-viża u r-riammissjoni li jinstabu
fis-seħħ jew li wed jitfasslu mal-pajjiżi tas-Sħubija
tal-Lvant, l-UE għandha wkoll tfittex li tikkonkludi ftehimiet ta'
faċilitazzjoni tal-viża, simultanjament ma' ftehimiet ta' riammissjoni,
ma' pajjiżi sħab fin-Nofsinhar. Kull ftehim minn dawn ikun
jinħtieġ il-kooperazzjoni mal-UE fejn tidħol il-migrazzjoni,
il-mobbiltà u s-sigurtà. Ikunu jridu jittieħdu miżuri
speċifiċi kontra l-migrazzjoni irregolari, biex jiġi
ġestiti l-fruntieri tagħhom b'mod effettiv, tiġi żgurata
s-sigurtà tad-dokumenti u tiġi miġġielda l-kriminalità
organizzata, inkluż it-traffikar tal-bnedmin u l-kuntrabandu ta' migranti.
Għat-tul, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll passi gradwali lejn
il-liberalizzazzjoni tal-viża fuq bażi każ b'każ, fejn ikun
hemm il-kundizzjonijiet għal mobbiltà ġestita tajjeb u sikura. Fejn jidħol l-asil, l-UE se
tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-protezzjoni internazzjonali
fit-reġjun billi tkompli timplimenta l-Programm ta' Protezzjoni Reġjonali
għall-Belarus, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukrajna. Jekk ikunu
jippermettu ċ-ċirkostanzi, tibda' wkoll timplimenta l-Programm ta'
Protezzjoni Reġjonali għall-Eġittu, il-Libja u t-Tuneżija.
Inizjattivi oħra minn sħab individwali tal-PEV f'dan il-qasam
jingħataw appoġġ ukoll. Is-sistemar mill-ġdid ta'
refuġjati fl-UE għandha tkun parti integrali mill-isforzi tal-UE biex
jingħata appoġġ lil pajjiżi ġirien ikkonfrontati bi
flussi sinifikanti ta' refuġjati. 3. Li jinbnew sħubijiet reġjonali
effettivi fi ħdan il-Politika Ewropea tal-Viċinat Filwaqt li
jingħata għarfien sħiħ tad-diversità tagħhom, l-UE
toffri sħubija lil kull pajjiż ġar individwali permezz ta'
politika waħda, ibbażata fuq ir-responsabbiltà reċiproka.
Id-dimensjonijiet tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-PEV għandhom l-għan
li jikkumplimentaw dik il-politika waħda billi jinkraġġixxu
l-kooperazzjoni reġjonali u jiżviluppaw sinerġiji reġjonali
u reazzjonijiet għall-isfidi speċifiċi, ġeografiċi,
ekonomiċi u soċjali ta' kull reġjun. Huma jissejsu fuq il-wirt
storiku differenti ta' linji ta' politika tal-passat tal-UE lejn
ir-reġjuni. Dan l-aħħar, fin-Nofsinhar, ħmistax-il sena ta'
kooperazzjoni Ewro-Mediterranea madwar l-oqsma kollha tar-relazzjoni ġew
ikkumplimentati mill-Unjoni għall-Mediterran. Is-Sħubija tal-Lvant
xprunat b'mod konsiderevoli r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ġirien
tagħha tal-Lvant f'dawn l-aħħar sentejn. 3.1. It-tisħiħ
tas-Sħubija tal-Lvant Aħna sejrin: · nirsistu biex nikkonkludu u nimplimentaw Ftehimiet ta Assoċjazzjoni inklużi ŻKĦPK · nirsistu għad-demokratizzazzjoni · nirsistu għall-faċilitazzjoni tal-viża u l-proċess ta' liberalizzazzjoni · intejbu l-kooperazzjoni settorjali, speċjalment fil-qasam tal-iżvilupp rurali · nippromwovu l-benefiċċji tas-Sħubija tal-Lvant liċ-ċittadini · inżidu x-xogħol mas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali. L-istabbiliment tas-Sħubija tal-Lvant
(SL) qawwiet ir-relazzjonijiet reċiproki mal-pajjiżi sħab
fl-Ewropa tal-Lvant u fin-Nofsinhar tal-Kawkażu. Kienet ta' għajnuna
biex il-proċess diffiċli ta' bidla jinbeda u jiġi kkonsolidat.
Ir-reġjun esperjenza progress ġenerali lejn id-demokrazija matul
id-deċennju li għadda, inkluż sitwazzjonijiet ta' bidla
fir-reġim. Ir-reġjun għadu qiegħed jaffaċċja
sfidi ekonomiċi maġġuri – huwa fqir, hemm differenzi sinifikanti
bejn pajjiżi individwali, u huwa suxxettibbli għal fatturi u
influwenzi esterni. Il-grad li fih is-sħab indirizzaw
elementi kruċjali tas-Sħubija tal-Lvant ivarja (pereżempju
r-rispett lejn il-valuri universali tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem
u l-istat tad-dritt; sforzi kontinwi għar-riforma; kif ukoll attenzjoni
msaħħa għar-riżoluzzjoni ta' kunflitti mtawla). Filwaqt li
xi uħud huma biċ-ċar impenjati biex jintlaħaq il-potenzjal
sħiħ, oħrajn għadhom għamlu biss progress parzjali.
L-UE se tara li s-sħab li jkunu l-aktar avvanzati u impenjati fir-riformi
demokratiċi li huma fuqhom hija msejsa s-Sħubija tal-Lvant ikunu
l-aktar li jibbenefikaw minnha. Fl-istess ħin, l-istrumenti
tas-Sħubija tal-Lvant jeħtieġ li jiġu mfassla u adattati
aħjar għas-sitwazzjonijiet ta' pajjiżi individwali, abbażi
tal-esperjenza li tinkiseb wara din l-ewwel fażi ta' implimentazzjoni - speċjalment
billi jiġu identifikati l-għodda biex iservu ta' pont sakemm
jgħaddi l-perjodu twil meħtieġ biex jiġu negozjati
Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni kumplessi li jwassli fit-tul. Il-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni (FA), li l-biċċa l-kbira minnhom jinkludu ŻKĦPK
joffru lil kull pajjiż tas-Sħubija tal-Lvant l-opportunità li
jagħżlu l-livell ta' ambizzjoni li jkunu jixtiequ jsegwu fl-isforzi
ta' integrazzjoni u ta' riforma. Permezz ta' impenn sostnut u appoġġ
mill-UE, il-pajjiżi sħab jistgħu jużaw il-Ftehim
għall-konverġenza regolatorja u istituzzjonali. Dawn jinkludu
konformità mal-liġijiet tal-UE, normi u standards li jwasslu ftit ftit
għall-integrazzjoni ekonomika fis-suq uniku. In-negozjati
ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni bdew ma' ħames pajjiżi sħab u
jipprovdu bażi politika qawwija għall-avvanz tar-relazzjonijiet.
In-negozjati dwar iż-ŻKĦPK fi ħdan il-qafas tal-FA bdew
mal-Ukrajna u se jibdew ma' pajjiżi sħab oħra hekk kif ikun hemm
il-kundizzjonijiet relevanti. Minkejja d-daqs relattivament żgħir
tagħhom, u għalhekk l-iskambji limitati kummerċjali bejn
pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u l-UE, iż-ŻKĦPK huma
ta' importanza kbira għall-UE bħala strumenti effiċjenti biex
jissaħħu r-rabtiet politiċi u ekonomiċi bejn l-UE u
l-ġirien tagħna lejn il-Lvant. Sabiex il-pajjiżi sħab
jingħataw għajnuna jiżviluppaw il-kapaċità amministrattiva
meħtieġa għal riforma profondi, is-Sħubija tal-Lvant
tipprovdi wkoll għal programmi ta' programmi komprensivi ta' bini ta'
istituzzjonijiet (KBI). Biex dan jiġi kkumplimentat, il-Programmi ta'
Żvilupp Reġjonali pilota huma l-aktar strument tal-UE reċenti
biex jiġu indirizzati l-iżbilanċi ekonomiċi, soċjali u
reġjonali. Dawn se jgħinu lill-isħab biex jiġu stabbiliti
strutturi u attivitajiet xierqa biex jiġu indirizzati l-isfidi
reġjonali. Xi pajjiżi SL jagħtu ħafna
importanza lill-identità Ewropea tagħhom u l-iżvilupp ta'
relazzjonijiet eqreb mal-UE jgawdi minn appoġġ qawwi tal-pubbliku.
Il-valuri li fuqhom hi mibnija l-Unjoni Ewropea – jiġifieri l-libertà,
id-demokrazija, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet
fundamentali, u l-istat tad-dritt – huma wkoll fil-qalba tal-proċess ta'
assoċjazzjoni politika u ta' integrazzjoni ekonomika li toffri
s-Sħubija tal-Lvant. Dawn huma l-istess valuri mnaqqxa fl-Artikolu 2
tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li fuqhom huma msejsa l-Artikoli 8 u 49. Il-kuntatti "tan-nies man-nies" huma
parti importanti tas-sħubija. L-UE se tkompli tassisti lill-Ukrajna u
lir-Repubblika tal-Moldova fl-isforzi tagħhom biex jimplimentaw pjani ta'
azzjoni għal-liberalizzazzjoni tal-viza. Dawn il-Pjani jistgħu
jsiru mudelli għal pajjiżi oħra tas-Sħubija tal-Lvant.
Fil-frattemp, il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant għandhom
jesplojtaw bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti
mill-faċilitazzjoni tal-viża. Is-sħab tal-Lvant ibbenefikaw minn
ħames inizjattivi strateġiċi[13] fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri,
l-iżvilupp tal-SMEs, il-kooperazzjoni fl-enerġija, il-protezzjoni
ċivili u l-governanza ambjentali. Dawn il-programmi issa se jiġu
adattati biex jiġu appoġġjati aħjar l-għanijiet
bilaterali tas-sħubija. Pereżempju, il-ħidma skont l-inizjattiva
strateġika tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri qiegħda dejjem
aktar tkun imxaqilba lejn l-għoti ta' apoġġ lil pajjiżi
sħab biex ikunu jistgħu jimplimentaw il-kundizzjonijiet
għall-faċilitazzjoni u l-liberalizzazzjoni tal-viża.
L-għoti ta' spinta lill-viżibbiltà tal-attivitajiet bilaterali u
multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant hija importanti biex jiġu
spjegati l-benefiċċji tagħhom lill-pubbliku ġenerali.
Sabiex tingħata għajnuna biex tiżdied is-solidarjetà
reġjonali, l-UE għandha tiżviluppa l-appoġġ
tagħha għall-kooperazzjoni subreġjonali li tikkonċentra fuq
suġġetti speċifiċi li jkunu jinvolvu anqas sħab.
Il-qafas multilaterali għandu jintuża b'mod li jagħmel aktar
sens strateġiku biex jiġu promossi r-relazzjonijiet bilaterali bejn
sħabna, inkluż fil-qasam tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti. F'konformità mal-għan ta' PEV
imġedded li jiffoka fuq rabtiet bejn soċjetajiet, l-UE se tippromwovi
impenn aktar intensiv ma' dawk involuti, inkluż ma' parlamenti fil-qafas
ta' EURONEST, stabbilit mill-Parlament Ewropew; atturi reġjonali
f'kooperazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni; mexxejja tan-negozju, fil-qafas
ta' Forum tan-Negozju tas-Sħubija tal-Lvant; kif ukoll li s-soċjetà
ċivili u s-sħab soċjali jibnu fuq il-Forum tas-Soċjetà
Ċivili tas-Sħubija tal-Lvant u l-pjattaformi nazzjonali tagħha. Il-kooperazzjoni taħt is-Sħubija
tal-Lvant se tkompli bi djalogu ta' politika f'oqsma bħal ma huma: ·
l-edukazzjoni, iż-żgħażagħ
u l-kultura: l-espansjoni tal-parteċipazzjoni fi programmi bħal ma
huma Erasmus Mundus, Tempus, Youth in Action u fl-eTraining; il-ftuħ ta'
programmi tal-UE ġodda fil-futur bħal ma huma programmi ta'
tagħlim matul il-ħajja f'pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;
is-segwitu tal-Programm Kulturali ta' Azzjoni Speċjali 2009-10 u
tal-Programm Kulturali tas-Sħubija tal-Lvant; ·
it-trasport: il-konnessjoni ta' netwerks
infrastrutturali tal-UE u ta' sħabha tal-Lvant; ·
l-enerġija, l-ambjent, it-tibdil fil-klima:
id-djalogu intensifikat wara l-istabbiliment tas-Sħubija
għall-Ambjent u l-Effiċjenza tal-Enerġija fl-Ewropa tal-Lvant
(E5P), u l-adezjoni tal-Ukrajna u tar-Repubblika tal-Moldova mat-Trattat li jistabbilixxi
l-Komunità Ewropea tal-Enerġija sabiex tissaħħaħ
il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tal-enerġija; ·
l-iskambju tal-għarfien, ir-riċerka u
s-soċjetà tal-informazzjoni: l-integrazzjoni sħiħa
tal-komunitajiet tar-riċerka u l-edukazzjoni fir-reġjun fi ħdan
l-infrastruttura elettronika (pereżempju n-netwerk pan-Ewropew tad-dejta
GÉANT għan-netwerking, u l-Infrastruttura tal-Grilja Ewropea
għall-grilji u għall-informatika distribuita). ·
kwistjonijiet ta' dwana u ta' infurzar
tal-liġi abbażi tal-Oqsfa Strateġiċi
għall-Kooperazzjoni Doganali mal-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u
l-Belarus kif ukoll il-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġlieda kontra
l-kuntrabandu; ·
miżuri ta' żvilupp rurali (f'konformità
mal-Programm tal-Viċinat Ewropew għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp
Rurali); ·
l-impjiegi u l-linji ta' politika soċjali; ·
il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà
abbażi tal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Affarijiet Interni tas-Sħubija
tal-Lvant li għandu jiġi ppreżentat aktar tard din is-sena skont
il-Programm ta' Stokkolma[14],
inklużi s-sħubijiet għall-mobbiltà; ·
il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni
(PSDK). L-Istati Membri tal-UE, pajjiżi terzi u
l-Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali (IFIs) urew interess li
jippromwovu l-għanijiet tas-Sħubija tal-Lvant u jappoġġjaw proġetti
ta' importanza strateġika. Qiegħdin jiġu mobilizzati
riżorsi addizzjonali mill-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat
(FIV), sħab bilaterali u IFIs, b'mod partikolari l-BEI, il-Bank Ewropew
għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, u l-Bank Dinji. Kooperazzjoni
bħal din għandha tiġi implimentata b'mod dinamiku, imsejsa fuq
l-istabbilliment tal-Faċilità tal-SMEs, tal-Faċilità tas-Sħab
tal-Lvant tal-BEI u tal-Fond Fiduċjarju għall-Assistenza Teknika
tas-Sħubija tal-Lvant li għalih l-UE u l-Istati Membri qed jiġu
mistiedna jikkontribwixxu. Il-Grupp ta' Informazzjoni u ta'
Koordinazzjoni tas-Sħubija tal-Lvant jiġbor l-IFIs u pajjiżi
terzi interessati fil-koordinazzjoni tad-donaturi u b'mod aktar ġenerali
fl-iżvilupp ta' Sħubija tal-Lvant, inkluż il-Kanada, il-Ġappun,
in-Norveġja, ir-Russja, l-Isvizzera, it-Turkija u l-Istati Uniti. Din
il-kooperazzjoni informali se tiġi intensifikata f'konformità
mal-interessi tas-sħab tas-Sħubija tal-Lvant. It-tieni Summit tas-Sħubija tal-Lvant se jsir f'Settembru 2011 f'Varsavja. Il-Kummissjoni Ewropea u
r-Rappreżentant Għoli wara dan se jressqu pjan dettaljat li jiggwida
l-implimentazzjoni futura tas-Sħubija tal-Lvant, imsejsa fuq
ir-riżultati tas-Summit. 3.2. Il-kostruzzjoni
tas-Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar
tal-Mediterran Aħna sejrin: · inwettqu programmi komprensivi ta' kostruzzjoni ta' istituzzjonijiet simili għal dawk implimentati ma' sħab tal-Lvant · inniedu djalogu dwar il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà mat-Tuniżija, mal-Marokk u mal-Eġittu (bħala l-ewwel pass lejn Sħubija għall-Mobbiltà) · insaħħu l-kooperazzjoni industrijali Ewro-Mediterranja · inniedu programmi pilota biex insostnu l-iżvilupp agrikolu u rurali · niffukaw l-Unjoni għall-Mediterran fuq proġetti konkreti li jkunu ta' benefiċċju ċar għall-popolazzjonijiet tar-reġjun tal-Mediterran · immexxu 'l quddiem il-kooperazzjoni subreġjonali · intejbu d-djalogu dwar l-impjiegi u l-politika soċjali Il-PEV għandha tipprovdi reazzjoni
ambizzjuża għall-isfidi liema bħalhom li bħalissa
għaddejjin fir-reġjun tan-Nofsinhar tal-Mediterran. Il-Komunikazzjoni
konġunta dwar Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità
Kondiviża fin-Nofsinar tal-Mediterran[15],
maħruġa fit-8 ta' Marzu, fissret l-ewwel elementi tal-offerta tal-UE
għal sħubija ġdida ma' sħab impenjati fil-kostruzzjoni ta'
sistemi demokratiċi u riformi estensivi. It-tliet direzzjonijiet ewlenin
li fihom l-UE għandha l-intenzjoni li tkompli tiżviluppa
r-relazzjonijiet tagħha ma' sħabha fil-Mediterran huma miġjuba
f'din il-komunikazzjoni: it-trasformazzjoni demokratika u l-bini
tal-istituzzjonijiet; sħubija aktar soda mal-poplu; kif ukoll żvilupp
ekonomiku sostenibbli u inklużiv. Permezz tal-linji ta' politika u
tal-istrumenti diversi tagħha, is-sħubija se tkun komprensiva u
wiesgħa, iżda se tkun differenzjata b'mod aktar ċar skont
il-ħtiġijiet speċifiċi kif ukoll il-livell ta' ambizzjoni
ta' kull sieħeb. L-UE diġà hija involuta fi proċess ta'
tisħiħ ta' relazzjonijiet ma' għadd ta' sħab, b'mod
speċjali permezz tal-għoti ta' "status avvanzat"[16]. Dawk is-sħab li jridu jistabbilixxu
Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni mal-UE huma mistennija
li jagħmlu progress dwar l-elementi kruċjali msemmija fit-taqsima
1.1. Il-viżjoni għat-tul għal dawk minn sħabna
fil-Mediterran illi jkunu l-aktar avvanzati hija assoċjazzjoni politika
mill-qrib mal-UE u integrazzjoni ekonomika fis-Suq Intern. Fuq żmien
qasir, se jkunu disponibbli l-għażliet li ġejjin lil
pajjiżi sħab li jkunu qed jagħmlu progress fir-riformi. Sabiex
jingħata appoġġ lit-trasformazzjoni demokratika, se jitwaqqfu programmi
komprensivi ta' bini ta' istituzzjonijiet, simili għal dawk
implimentati mal-ġirien tal-Lvant: dawn jipprovdu kompetenza sostanzjali u
appoġġ finanzjarju biex tinbena l-kapaċità ta' korpi
amministrattivi ċentrali (dwana, aġenziji tal-infurzar,
ġustizzja) u l-miri ta' prijorità tagħhom se jkunu dawk
l-istituzzjonijiet l-aktar meħtieġa biex jiġi sostnut
il-proċess ta' demokratizzazzjoni. Sabiex jinbena tisħib
aktar qawwi mal-poplu, il-Kummissjoni se tniedi djalogu dwar il-migrazzjoni,
il-mobbiltà u s-sigurtà ma', pereżempju, it-Tuniżija, mal-Marokk u
mal-Eġittu (bħala l-ewwel pass lejn Sħubija għall-Mobbiltà).
Dawn il-proposti huma elaborati aktar fid-dettall fil-Komunikazzjoni dwar
il-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà fil-viċinat tan-Nofsinhar[17]. Il-kooperazzjoni bejn l-iskejjel
(Ġemellaġġ elettroniku), il-mobbiltà tal-istudenti u
tal-għalliema fi ħdan sħubijiet bejn l-universitajiet (Erasmus
Mundus), kooperazzjoni għall-modernizzazzjoni tal-universitajiet (Tempus),
u l-mobbiltà taż-Żgħażagħ
(Żgħażagħ fl-Azzjoni) se jkunu wkoll espanduti biex
jingħata appoġġ aħjar
għaż-żgħazagħ. Jistgħu jiġu proposti wkoll
inizjattivi ġodda fil-qasam tal-kultura. Fuq żmien qasir, sabiex jissawwar żvilupp
ekonomiku sostenibbli u inklużiv, l-UE se tħaffef il-pass
tal-isforzi biex jitjiebu d-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ
fil-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni eżistenti billi tikkonkludi
n-negozjati li għadhom għaddejjin dwar l-agrikultura u dawk dwar
is-servizzi u d-dritt tal-istabbilment. Ċerti ġirien tan-Nofsinhar
magħżula wkoll se jingħataw l-opportunità li jidħlu fi
preparamenti għal negozjati dwar ŻKĦPK fil-futur. Sabiex
jiġu akkumpanjati l-aġġustamenti strutturali marbuta
mal-ftuħ tas-suq u sabiex jinġieb 'l quddiem it-tkabbir
inklużiv, il-Kummissjoni se tiffinanzja programmi piloti
għall-iżvilupp agrikolu u rurali u, abbażi tal-esperjenza
miksuba fis-Sħubija tal-Lvant, tmexxi programmi ta' żvilupp
reġjonali. Il-Kummissjoni se tippromwovi kooperazzjoni
industrijali f'livell Ewro-Mediterranju billi tkompli timplimenta l-Karta
Ewro-Mediterranju għall-Intrapriżi billi tadatta l-Karta
għall-ħtiġijiet tal-SMEs f'konformità mal-Att dwar in-Negozji
Żgħar tal-UE u billi tiskambja prassi tajba u tiftaħ attivitajiet
u netwerks f'setturi ta' prijorità (tessuti, turiżmu, materja prima).
Sejra ssaħħaħ id-djalogu dwar l-impjiegi u l-politika
soċjali u tinkoraġġixxi djalogu effettiv soċjali
inkluż permezz tal-Forum Ewro-Mediterranju għad-Djalogu Soċjali.
Il-kooperazzjoni regulatorja fuq livell reġjonali tkun tista'
tiffaċilita l-iskambji kummerċjali u ttejjeb il-klima ta'
investiment. L-iżvilupp ta' Netwerk ta' Transport Trans-Mediterranju
effiċjenti, li joffri sigurtà, u li jkun sostenibbli u multimodali ukoll
se jikkontribwixxi għal żvilupp ekonomiku sostenibbli u
inklużiv. Il-Kummissjoni għadha qed taħdem mal-BEI u
mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali biex tidentifika azzjonijiet
pilota biex titjieb il-kooperazzjoni bejn is-setturi marittimi fil-Mediterran. L-Unjoni għall-Mediterran (UgħM) li tikkomplimenta r-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u sħabha
għandha tkabbar il-potenzjal tagħha li torganizza kooperazzjoni
reġjonali li tkun effettiva u orjentata lejn ir-riżlutati. Hija tkompli tiżgura l-karattru inklużiv
għall-kooperazzjoni reġjonali fil-Mediterran billi tinkludi atturi
bħal ma huma t-Turkija, u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent. Ir-Rappreżentant Għoli u l-Kummissjoni
huma lesti li jkollhom rwol akbar fl-UgħM f'konformità mat-Trattat ta'
Lisbona. L-għoti ta' ħajja
ġdida lill-UgħM tirrekjedi bidla għal approċċ aktar
prammatiku u bbażat fuq il-proġetti. Is-Segretarjat
tal-UgħM għandu jopera bħala katalist biex l-istati, il-BEI,
l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u s-settur privat jinġiebu
flimkien madwar proġetti ekonomiċi konkreti ta' importanza
strateġika u biex jiġġeneraw l-impjiegi, l-innovazzjoni u
t-tkabbir madwar ir-reġjun. Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi
sħab f'dawn il-proġetti tista' ssegwi l-prinċipju
tal-ġeometrija varjabbli skont il-ħtiġijiet u l-interessi
tagħhom. Il-kofinanzjar għal proġetti infrastrutturali
speċifiċi mill-baġit tal-UE tista' tiġi pprovduta permezz
tal-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat. Fil-kuntest ekonomiku u
politiku preżenti, proġetti strateġiċi identifikati
fis-Summit ta' Pariġi jibqgħu relevanti għal kollox,
speċjalment il-Pjan Solari tal-Mediterran, it-tindif tal-Mediterran
mit-tniġġis jew l-iżvilupp tat-Toroq Maġġuri fuq
il-Baħar u t-toroq fuq l-art, l-Inizjattiva Mediterranja
għall-Iżvilupp tan-Negozju. Sabiex jingħata sostenn
lill-iżvilupp sostenibbli, l-implimentazzjoni ta' arranġamenti
reġjonali eżistenti bħal ma hi l-Konvenzjoni ta' Barċellona
għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar u tar-Reġjun Kostali
tal-Mediterran għandhom jingħataw prijorità akbar. Fl-aħħar nett, il-kooperazzjoni
subreġjonali li tkun tinvolvi anqas ġirien u li tkun
tikkonċentra fuq suġġetti speċifiċi tista' twassal
għal benefiċċji u tista' toħloq solidarjetà akbar. Il-kooperazzjoni subreġjonali fil-Maghreb
tista' tisseddaq, pereżempju, permezz tal-għoti ta' appoġġ
għal interkonnessjoni fiżika akbar. L-UE
se tressaq proposti speċifiċi dalwaqt, inkluż dwar modi kif
tappoġġja l-possibbitlà ta' ftuħ tal-fruntieri fil-reġjun. 4. Qafas issimplifikat u koerenti politiku
u programmatiku 4.1. Prijoritajiet aktar ċari
permezz ta' direzzjoni politika aktar qawwija Aħna sejrin: · Niffukaw il-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-PEV u l-assistenza tal-UE fuq għadd żgħir ta' prijoritajiet, imsaħħa minn livelli ta' referenza aktar preċiżi; Ir-relazzjonijiet bilaterali bejn l-UE u kull
wieħed mill-ġirien tagħha saru aktar qawwija fl-aħħar
snin. Żviluppa djalogu mill-qrib, u intensiv, mhux biss fuq kwistjonijiet
politiċi ġenerali iżda wkoll fuq l-oqsma kollha
speċifiċi tal-kooperazzjoni tagħna. Dawn ir-relazzjonijiet
mill-qrib ħafna, kif ukoll livell ogħla ta' impenn, jirrekjedu
djalogu politiku u kooperazzjoni aktar qawwija. It-Trattat ta' Lisbona
jipprovdi l-mezzi biex l-Unjoni Ewropea tkun tista' tipprovdi linji ta'
politika u programmi koerenti u konsistenti billi ġġib flimkien linji
ta' politika tal-UE fejn jidħlu l-affarijiet barranin u l-assistenza,
liema linji qabel kienu mmexxija minn istituzzjonijiet differenti. Jeżisti
kunsens ġenerali fost pajjiżi sħab u fost l-Istati Membri li
jekk ikun hemm Kunsilli ta' Assoċjazzjoni aktar sostantivi, dawn ikun
jippermetti diskussjoni aktar profonda fuq livell politiku. Iżda d-djalogu
politiku m'għandux jiġi limitat għal diskussjoni darba f'sena
fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni: wieħed għandu jaħseb
fil-possibbiltà ta' opportunitajiet ad hoc meta jkun meħtieġ
mill-kundizzjonijiet. Djalogu politiku aktar kontinwu u aktar intimu huwa
element kruċjali fl-istabbiliment tal-kunfidenza u l-fiduċja
meħtieġa biex l-isfidi komuni tagħna jiġu
affaċċjati. B'żieda ma' dan, il-Kummissjoni beħsiebha
ttejjeb id-djalogu dwar linji ta' politika settorjali (bħal ma huma
l-enerġija, l-edukazzjoni, iż-żgħżagħ,
il-migrazzjoni u t-trasport) mal-Ministeri korrispondenti f'pajjiżi
sħab. Filwaqt li l-Pjani ta' Azzjoni tal-PEV
jibqgħu l-qafas tal-kooperazzjoni ġenerali tagħna, l-UE se
tissuġġerixxi lill-isħab li huma jibqgħu ffukati fuq
għadd limitat ta' prijoritajiet fil-qosor u fuq perjodu medju, u
jinkorporaw livelli ta' referenza aktar preċiżi u ssekwenzar aktar
ċar ta' azzjonijiet. L-UE se tadatta kif xieraq il-prijoritajiet
għall-assistenza finanzjarja tagħha. Din il-lista ta' prijoritajiet
se tistabbilixxi l-pass politiku u tgħin sew lill-UE kif ukoll lil kull
ġar biex jintlaħqu riżultati tanġibbli kruċjali, fi
ħdan perjodu ta' żmien li dwaru jkun hemm qbil reċiproku. Dan għandu
wkoll jippermetti tlaqqigħ aħjar ta' għanijiet ta' politika u
pprogrammar ta' assistenza. Abbażi ta' dan, jistgħu jiġu
ssimplifikati dokumenti ta' pprogrammar u tinxteħet l-attenzjoni fuq
l-identifikazzjoni ta' prijoritajiet tal-Pjan ta' Azzjoni li jkunu
jinħtieġu assistenza partikolari mill-UE. Isiru sforzi ħalli jkun hemm aktar
simplifikazzjoni għall-għoti tal-assistenza finanzjarja meta jkun qed
jitfassal ir-regolament tal-Istrument Ewropew tal-Viċinat (SEV)
fil-kuntest tal-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, sabiex
il-ħtieġa għat-twettiq aktar flessibbli u aktar iffukata
tal-assistenza finanzjarja tiġi msarrfa fil-prattika. B'mod parallel ma' dan, l-UE se tkompli
tirrapporta fuq bażi annwali l-progress f'konformità mal-Pjani ta'
Azzjoni. Ir-rapporti se jitfgħu attenzjoni akbar fuq id-demokrazija kif
ukoll tiġi żviluppata, aktar ma jgħaddu ż-żmien, rabta
akbar bejn ir-riżultati mkejla f'dawn ir-rapporti u l-assistenza u
l-livelli ta' appoġġ finanzjarju. 4.2. Iffinanzjar Aħna sejrin: · niffukaw mill-ġdid u naġġornaw il-miri ta' fondi previsti u pprogrammati fil-ENPI kif ukoll strumenti ta' politika esterna relevanti fid-dawl ta' dan l-approċċ il-ġdid · nipprovdu riżorsi addizzjonali ta' aktar minn EUR 1 biljun sal-2013 sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti tal-viċinat tagħna · nimmobilizzaw it-tisħiħ baġitarju minn diversi sorsi · mingħajr telf ta' żmien nipproċedu bil-preżentazzjoni ta' proposti baġitarji rispettivi lill-Awtorità tal-Baġit (trasferimenti għall-2011, Ittra ta' Emenda għall-2012, ipprogrammar mill-ġdid għall-2013). L-implimentazzjoni tal-approċċ
il-ġdid tal-politika tal-viċinat abbażi tal-kontabbiltà
reċiproka u ta' impenn komuni għall-valuri universali tad-drittijiet
tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt tkun tirrikjedi riżorsi
addizzjonali sa EUR 1242 miljun sal-2013. Dawn ir-riżorsi huma
b'żieda mal-EUR 5700 miljun ipprovduti skont l-Istrument Ewropew ta'
Viċinat u Sħubija għall-2011-2013. Fil-każ ta'
emerġenżi ġodda, l-iffinanzjar ta' azzjonijiet immirati lejn
ir-reġjun skont strumenti tematiċi u l-mekkaniżmi ta' intervent
fil-każ ta' kriżi fil-baġit tal-UE jikkostitwixxu riżorsi
ġodda. Jingħata sostenn finanzjarju biex ikompli jissaħħah
it-tisħib ma' nies madwar ir-reġjun, biex jingħata
appoġġ lit-tkabbir sostenibbli u inklużiv, biex jiġu
koperti l-ħtiġijiet addizzjonali ġejjin mit-trasformazzjoni
demokratika ta' pajjiżi sħab, biex jiġi avvanzat t-twettiq
tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju u biex jiġu ffinanzjati
l-inizjattivi ġodda ġejjin minn din ir-reviżjoni, speċjalment
fil-qasam ta' sħubija ma' soċjetajiet, dak rurali u dak
tal-iżvilupp reġjonali (ara t-taqsimiet 3.1 u 3.2 hawn fuq)
Dan jinkludi ammont ta' massimu ta' EUR 250 miljun ġejjin minn flussi
ġodda minn operazzjonijiet ta' self u ta' kapital ta' riskju li
għandhom isiru disponibbli għall-Faċilità tas-Sħubija
Ewro-Mediterranja għall-Investiment u s-Sħubija (FEMIP) biex
jiġi promoss it-tkabbir u l-impjiegi billi jiġu ffinanzjati
operazzjonijiet ġodda u biex jingħata sostenn
lill-ħtiġijiet finanzjarji għat-tul tal-SMEs. Għal dan
il-għan, il-Kunsill għandu jadotta l-proposta tal-Kummissjoni biex
jiġi emendat l-Artikolu 23 tar-regolament tal-ENPI. Dawn ir-riżorsi addizzjonali jiġu
pprovduti permezz ta' riallokazzjonijiet minn ħdan l-Intestatura 4
tal-qafas finazjarju multiannwali 2007-2013, u billi jintuża
l-marġini mhux allokata taħt il-limitu massimu ta-nefqa fl-2012 u –
sa dak il-limiti neċessarju – permezz tal-Istrumenti tal-Flessibbiltà.
Il-Kummissjoni se tissottometti dalwaqt Ittra ta' Emenda għall-Abbozz ta'
Baġit tal-2012. Il-Kummissjoni bħalissa qed tirrefletti
dwar kif l-aħjar tintegra s-sitwazzjoni ġenerali tal-pajjiżi
fejn tidħol id-demokrazija, il-kontabbiltà, l-istat tad-dritt u
l-ġestjoni finanzjarja soda fid-deċiżjonijiet tagħha dwar
l-arranġamenti ta' appoġġ mill-baġit u se tkompli tispjega
l-approċċ tagħha fil-Komunikazzjoni li ġejja dwar
is-sostenn mill-baġit. Dan għandu wkoll jipprovdi l-flessibbiltà
neċessarja biex il-livelli u t-tipi ta' sostenn li jingħata jkun
imfassal skond ir-riżultati miksuba fir-riformi minn kull pajjiż
sħab. 4.3. L-involviment tal-BEI u
tal-BERŻ Aħna sejrin: · niksbu possibbiltajiet addizzjonali ta' self mill-BEI u mill-BERŻ, inkluż estensjoni tal-mandat ta' dan l-aħħar lil pajjiżi sħab magħżula min-Nofsinhar Sabiex jingħataw
appoġġ proġetti infrastrutturali kbar li jistgħu
jgħinu fil-konnessjoni tal-UE mal-ġirien tagħha, jiġi
xprunat l-iżvilupp u jiġu indirizzati sfidi kruċjali fejn
jidħlu sfidi dwar l-enerġija, l-ambent u t-trasport, huwa importanti
li jiġi żgurat li l-Bank Ewropew tal-Investiment u banek
reġjonali ta' żvilupp oħra, bħal ma huma l-Bank Ewropew
għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ikollhom riżorsi finanzjarji
suffiċjenti. Il-Kummissjoni tappoġġja ż-żieda
fil-mandat estern tal-BEI sew għall-ġirien tal-Lvant kif ukoll
għal dawk tan-Nofsinhar kif ukoll l-estensjoni tal-mandat tal-BERŻ
għal pajjiżi magħżula tan-Nofsinhar. Il-BEI u l-BERŻ
jistgħu jiksbu riżultati fejn jidħlu l-għanijiet ta'
politika tal-UE flimkien billi jużaw għall-massimu
l-vantaġġi komparattivi tagħhom. L-operazzjonijiet
tal-BERŻ fil-pajjiżi tal-Mediterran tan-Nofsinhar jistgħu jkunu
ta'appoġġ għall-għanijiet ta' politika tal-UE u
m'għandhomx iwasslu għal trasferiment ta' riżorsi minn
operazzjonijiet fil-Viċinat tal-Lvant tal-UE. L-adozzjoni ta'
mandat estern rivedut tal-BEI jista' jipprovdi għal żieda fis-self
tal-BEI taħt garanzija tal-UE madwar il-Viċinat tal-UE. B'mod
partikolari, jekk il-Kunsill japprova l-qafas finanzjarju ta' self addizzjonali
ta' EUR 1 biljun, kif propost mill-Parlament Ewropew, il-BEI jista' jipprovdi
madwar EUR 6 biljun lill-pajjiżi tal-Mediterran matul l-2011-2013.
Se jiġu mobilizzati l-fondi neċessarji sa 90 miljun biex
jipprovdu l-garanziji baġitarji meħtieġa biex jilqgħu
għas-self tal-BEI lejn ir-reġjun tal-Mediterran. 4.4. Ippjanar għall-2013 u
lil hinn Aħna sejrin: · nippromwovu twassil ta' għajnuna aktar flessibbli u aktar sempliċi skont is-suċċessur ta' wara l-2013 tal-ENPI preżenti; · inħaffu l-pass ta' sforzi ta' koordinazzjoni bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali kruċjali, u donaturi bilateri oħra. Fil-konklużjonijiet tiegħu ta' Lulju
2010 dwar il-PEV il-Kunsill għaraf "il-ħtieġa li
jakkumpanja l-ftuħ tas-suq, l-integrazzjoni ekonomika u l-konverġenza
regolatorja kif ukoll il-proċess ta' tisħiħ tar-relazzjonijiet
bilaterali, fil-viċinat kollu, b'appoġġ finanzjarju,
għajnuna teknika u bini ta' kapaċittajiet" u indika li hu
"se jirritorna għall-kwistjoni tal-appoġġ finanzjarju
fil-kuntest tad-diskussjonijiet dwar il-qafas finanzjarju multiannwali li
jmiss." Il-Kummissjoni se tirrifletti l-viżjoni mġedda tal-PEV u
l-għanijiet fuq żmien medju fil-proposti tagħha għall-Qafas
Finanzjarju Multiannwali għal wara l-2013[18].
Is-sors ċentrali tal-iffinanzjar, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat
(SEV) il-ġdid se jipprovdi l-biċċa l-kbira tal-appoġġ
finanzjarju lill-pajjiżi sħab, essenzjalment permezz ta' programmi
ta' kooperazzjoni bilaterali, reġjonali u transkonfinali. Il-livell
tiegħu ta' ffinanzjar se jkun jinħtieġ jirrifletti l-ambizzjonijiet
tal-PEV riveduta. Għandu jkun aktar u aktar misjuq mil-linji ta' politika
u jkun jipprovdi għal differenzjazzjoni miżjuda, aktar flessibbli,
kundizzjonalità aktar stretta u inċentivi għal dawk li jmorru
l-aħhar, li jkun jirrifletti l-ambizzjoni ta' kull sħubija
(pereżempju negozjati dwar ŻKĦPK). L-assistenza tal-UE tista'
wkoll tiġi implimentata dejjem aktar billi tiġi devoluta lejn
pajjiżi sħab, sakemm ir-regoli finazjarji tal-Unjoni jkunu rispettati
u l-interessi finanzjarji tal-UE jkunu mħarsa. Sabiex jiġi massimizzat is-sostenn estern
għall-aġenda ta' riforma maqbula fil-kuntest tal-PEV, l-UE se
żżid l-isforzi ta' koordinazzjoni mal-Istati Membri tal-UE, ma'
donaturi bilateri oħra, mal-BEI, mal-BERŻ u mal-istituzzjonijiet
finazjarji internazzjonali. Dan jista' jieħu l-forma ta' pprogrammar
konġunt, inizjattivi ta' kooperazzjoni konpunta u ta' programmi u
proġetti kkofinanzjati. Sabiex tittejjeb il-koordinazzjoni dwar
l-assistenza tal-UE, is-servizzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni se jikkunsidraw
il-possibbiltà li jniedu eżerċizzji pilota ta' pprogrammar
konġunti ma' Stati Membri interessati fil-pajjiżi tal-viċinat
tan-Nofsinhar li jkunu għaddejjin minn tranżizzjoni demokratika. Konklużjonijiet Il-viċinat
tagħna joffri opportunitajiet kbar għal integrazzjoni ta'
benefiċċju reċiproku u kooperazzjoni, pereżempju
popolazzjoni li tinkludi ħaddiema numerużi, edukati tajjeb, swieq
imdaqqsa li għad iridu jiġu żviluppati, u soluzzjonijiet li
joffru okkażjoni ta' suċċess għal kull naħa
fis-sigurtà tal-enerġija. Il-kooperazzjoni mal-ġirien tagħna
hija l-uniku mezz li bih nistgħu naffaċċjaw l-isfidi u t-theddid
li m'humiex imxekkla mill-fruntieri - bħal ma huma t-terroriżmu,
il-migrazzjoni irregolari, it-tniġġis tal-ibħra komuni u
tax-xmajjar tagħna. Tippermettilna li naġixxu fejn jidħlu sorsi
ta' instabbiltà u kunflitt fir-reġjun. Għadd ta'
ġirien fil-Lvant u fin-Nofsinhar bdew it-triq tagħhom fuq mixja
ambizzjuża ta' tranżizzjoni matul id-deċennju li għadda.
Għandhom bżonn l-appoġġ biex jikkonsolidaw dan
il-proċess. Oħrajn ingħaqdu mal-proċess biss dan
l-aħħar. Huma għandhom ukoll bżonn l-assistenza
urġenti tagħna u jistgħu jibbenefikaw mil-lezzjonijiet li
ttieħdu minn sħab oħra. Huwa fl-interess stess tal-UE li
tappoġġja dawn il-proċessi ta' trasformazzjoni, billi
taħdem flimkien mal-ġirien tagħna biex il-valuri u
l-prinċipji essenzjali tad-drittijiet tal-bnieden, tad-demokrazija u
tal-istat tad-dritt, ta' ekonomija tas-suq li tkun inklusiva, ta' żvilupp
sostenibbli jiġu ankrati fit-tessut politiku u ekonomiku tagħhom. L-approċċ
il-ġdid lejn il-PEV kif imfisser f'din il-Komunikazzjoni huwa pass f'din
id-direzzjoni. Il-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli jappellaw
lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex japprovaw sew id-direzzjoni
ġeneral tagħha kif ukoll il-proposti konkreti li tippreżenta.
Issa għandha l-intenzjoni li nibqgħu għaddejjin
bil-konsultazzjonijiet tagħna mal-ġirien tagħna dwar
l-aħjar mod kif nittraduċu dan l-approċċ il-ġdid
f'kull sħubija individwali. L-isfidi huma ħafna, u jista' jkun li
jrid jgħaddi ċerti ammont ta' żmien biex nilħquhom kollha.
Dak li qed nimmiraw għalih flimkien huwa reġjun demokratiku, prosperu
u stabbli fejn aktar minn 800 miljun ruħ jistgħu jgħixu,
jaħdmu u jagħtu bixra lill-futur ta' pajjiżhom stess,
fil-fiduċja li l-libertà, id-dinjità u d-drittijiet tagħhom jiġu
rrispettati. DIKJARAZZJONI
FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI 1. QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1 Titolu
tal-proposta/inizjattiva Komunikazzjoni
Konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli
għall-Affarijiet Barranin u s-Sigurtà: "Risposti ġodda għal
Viċinat fi trasformazzjoni" 1.2. Qasam/Oqsma politiku/iċi
kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[19]
Relazzjonijiet
Esterni 1.3. In-natura
tal-proposta/inizjattiva ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija dwar azzjoni ġdida ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija dwar azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[20] X Il-proposta/inizjattiva hija dwar l-estensjoni
ta' azzjoni eżistenti ¨ Il-proposta/inizjattiva
hija dwar azzjoni ġdida ridiretta lejn azzjoni ġdida 1.4. Għanijiet 1.4.1. L-għanijiet
strateġiċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira
tal-proposta/inizjattiva L-Ewropa
fid-Dinja: nagħmlu l-preżenza tagħna tinħass fix-xena
globali 1.4.2. Għan(ijiet)
speċifiku/iċi u attivita(jiet) tal-ABM/ABB kkonċernati Atività(jiet) ABM/ABB kkonċernati 19.08
Il-Politika Ewropea tal-Viċinat u r-relazzjonijiet mar-Russja Għanijiet speċifiċi marbuta mal-attività tal-ABM 1.
Jisseddqu l-kundizzjonijiet għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-UE u
l-ġirien tagħha u għal integrazzjoni reġjonali u
multilaterali; 2.
Jingħata sostenn lir-riformi ekonomiċi u settorjali
tal-ġirien tal-UE, u tisseddaq aktar integrazzjoni mal-UE u fost
il-pajjiżi ġirien infushom; 3.
Il-promozzjoni tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat
tad-dritt, u sehem fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti fil-viċinat tal-UE.
1.4.3. Riżultat(i) mistennija u
l-impatt Speċifika
l-effetti li l-proposta/inizjattiva jista' jkollha fuq
il-benefiċjarji/gruppi fil-mira. Ir-reviżjoni
strateġika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) li saret is-sena
l-oħra identifikat oqsma fejn il-politika tista' tiġi
msaħħa b'mod konsiderevoli. Ir-rivoluzzjonijiet u t-taqlib
fin-Nofsinhar tal-Mediterran u l-aspirazzjonijiet qawwija li l-popli ta' dawn
il-pajjiżi wrew għal bidla politika u ekonomika tagħmel
mill-appoġġ tal-UE element aktar kruċjali milli kien fil-passat,
u jindikaw oqsma fejn l-UE u l-pajjiżi sħab jistgħu u
għandhom jagħtu kontribut akbar. Bl-istess mod, l-UE għadha
impenjata li tappoġġja għat-tul il-proċessi ta'
demokratizzazzjoni u ta' riforma fil-viċinat kollu tagħna, sew lejn
il-Lvant kif ukoll lejn in-Nofsinhar. Il-Komunikazzjoni
"Reazzjonijiet ġodda għal viċinat li qed jinbidel"
tfisser il-proposti li ħerġin mir-reviżjoni strateġika
tal-PEV u f'dak il-kuntest tlaħħam l-approċċi lejn l-Ewropa
tal-Lvant l-Kawkażu ta' Isfel permezz ta' implimentazzjoni kontinwa
tas-Sħubija tal-Lvant u lejn in-naħa tan-Nofsinhar tal-Mediterran,
fil-kuntest tas-"Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità
Komuni" l-ġdida. Bl-offerta ta' "Sħubija għad-Demokrazija
u l-Prosperità Komuni", b'mod partikolari, l-UE tfittex li
tappoġġja t-trasformazzjoni demokratika li bdiet fl-Eġittu u
fit-Tuneżija u li tista' tiġi estiża lejn pajjiżi oħra
tan-Nofsinhar tal-Mediterran. L-attivitajiet
il-ġodda ġejjin mir-reviżjoni jistgħu jinġabru fi
tliet elementi ewlenin: L-element 1. It-trasformazzjoni demokratika u l-bini
tal-istituzzjonijiet (Relevanti
għall-għan speċifiku 3 ABM – aktar 'l fuq) Sostenn lit-trasformazzjoni demokratika u lill-bini
tal-istituzzjonijiet permezz ta' Programm Komprensiv ta' Bini ta'
Istituzzjonijiet għat-trasformazzjoni demokratika u azzjonijiet
oħra relevanti li jindirizzaw dawk l-istituzzjonijiet li huma
kruċjali għas-soċjetajiet demokratiċi u l-għoti ta'
assistenza fil-proċess ta' riforma demokratika tas-settur tas-sigurtà. Riżultati mistennija Aktar
rispett lejn id-Drittijiet tal-Bniedem u lejn il-libertajiet fundamentali; Aktar
governanza demokratika; Ġudikatura
aktar indipendenti u aktar effiċjenti; Livell
anqas ta' korrizzjoni; Aktar
sorveljanza demokratika fis-settur tas-sigurtà; Mobbiltà imtejba marbuta ma' ġestjoni aħjar tal-fruntieri u
tal-migrazzjoni; Leġiżlazzjoni
li tkun aktar konformi mal-acquis tal-UE; L-element 2. Il-bini ta' sħubija aktar qawwija mal-poplu (Relevanti għall-għan speċifiku 1 ABM – aktar 'l
fuq) Il-bini ta' sħubija aktar qawwija mal-poplu billi jinfirxu
l-kuntatti bejn l-istudenti, ir-riċerkaturi u
ż-żgħazagħ. Tiżdied
il-mobbiltà ta' studenti u għalliema fi ħdan sħubijiet ta'
universitajiet (Erasmus Mundus) u ta' kooperazzjoni strutturata
għall-modernizzazzjoni tal-università (Tempus); Bidu
ta' kooperazzjoni fost l-iskejjel inizjata bil-ftuħ tal-programm ta'
ġemellaġġ elettroniku tal-UE; Iżjed
kuntatti fost iż-żgħażagħ; Aktar
informazzjoni lil ċittadini tal-PEV (inkluż f'reġjunijiet fejn
hemm ribelljoni) dwar il-kisbiet, l-opportunitajiet u l-isfidi tal-PEV. L-element 3. Żvilupp ta' tkabbir
u żvilupp ekonomiku sostenibbli u inklużiv (Relevanti għall-għan speċifiku 2 ABM – aktar 'l fuq) Il-promozzjoni ta' tkabbir sostenibbli u inklużiv billi jiġu
appoġġjati l-SMEs u jiġu indirizzati diżugwaljanzi
ekonomiċi u soċjali fi ħdan pajjiż sieħeb permezz ta' "programmi
pilota" immudellati fuq il-linji ta' politika tal-UE dwar
il-Koeżjoni u l-iżvilupp rurali It-tnaqqis
ta' diżugwaljanzi interni ekonomiċi; Żieda
fl-impjiegi; Żvilupp
ta' SMEs; Titjib
fl-edukazzjoni vokazzjonali u t-taħriġ; Titjieb
fil-qligħ u l-għixin tal-komunitajiet tal-bdiewa; Aktar
sigurtà fejn jidħol l-ikel. Aktar
integrazzjoni fis-suq intern tal-UE permezz ta' partċipazzjoni fi
programmi tal-UE. 1.4.4. Indikaturi ta' riżultati
u tal-impatt Speċifika
l-indikaturi biex tiġi sorveljata l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. Il-konformità
mal-Livelli ta' Drittijiet tal-Bniedem u livelli demokratiċi kif irrappurtat
minn NGOs, min-NU u minn korpi reġjonali Elezzjonijiet
demokratiċi u kredibbli, sorveljati kif jixraq; Il-livell
ta' korruzzjoni; L-għadd
ta' skejjel inklużi fil-programm elettroniku ta' ġemellaġġ; L-għadd
ta' studenti tal-università u ta' riċerkaturi li jipparteċipaw
f'Erasmus Mundus; L-għadd
ta' proġetti strutturati ta' kooperazzjoni bejn universitajiet; Il-livell
ta' ġid ta' komunitajiet tal-bdiewa; L-għadd
ta' applikazzjonijiet b'suċċess fi programmi tal-UE ta' pajjiżi
sħab tal-PEV; Provvista
aktar sostenibbli ta' ikel fi prezz raġjonevoli fil-pajjiżi tal-PEV; Livell
anqas ta' diżugwaljanzi ekonomiċi u soċjali; Livell
anqas ta' qagħd. 1.5. Raġunijiet
tal-proposta/inizjattiva 1.5.1. Rekwiżit(i) li
għandhom jintlaħqu fuq perjodu ta' żmien qasir jew twil Viżjoni ta' Politika u għanijiet fuq terminu ta' żmien
medju Il-viżjoni
għat-tul li fuqha hija bbażata l-PEV hija viċinat li fih kull
pajjiż sħab jiżviluppa r-rabtiet tiegħu mal-UE safejn jaslu
l-aspirazzjonijiet, il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tiegħu. Politikament
dan jinkludi offerta għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-UE,
inkluż aktar inizjattivi konġunti f'fora internazzjonali dwar
kwistjonijiet globali ta' interess komuni. Ekonomikament l-UE hija miftuħa
wkoll għal integrazzjoni ekonomika aktar mill-qrib, li ftit ftit twassal
għal integrazzjoni ekonomika fis-suq intern tal-UE. Tappoġġja
wkoll l-aċċellerazzjoni ta' tkabbir inklużiv u sostenibbli
fil-ġirien tagħna, li għandha tgħinhom isiru aktar
kompetittivi, jinħolqi impjiegi deċenti u jintlaħqu
l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millenju. L-UE għandha timmobilizza
l-firxa sħiħa tal-linji ta' politika tagħna skont
il-ħtiġijiet u l-interessi reċiproki u skont l-impenji ta' kull
pajjiż għar-riforma u d-demokratizazzjoni. L-għan huwa żieda fl-impenn
reċiproku lejn il-ġid politiku u ekonomiku taċ-ċittadini
tagħna – sew tal-Ewropa kif ukoll tal-pajjiżi ġirien –
bħala l-aħjar garanzija tal-istabbiltà u l-prosperità komuni
tagħna. Viżjoni bħal din mhix mingħajr sfidi.
Għall-pajjiżi sħab, ir-riformi meħtieġa jinvolvu
spejjeż sostanzjali u sforzi qabel ma wieħed ikun jista' jgawdi
mill-benefiċċji. Fuq in-naħa tal-UE, huwa importanti li
wieħed ma jipperikolax it-tmexxija bla skossi tas-suq intern u li
jiġi żgurat li l-mobbiltà isseħħ f'ambjent sikur. Matul
l-erba' jew ħames snin li ġejjin, il-pajjiżi sħab li jkunu
qed jieħdu passi deċiżivi lejn riformi politiċi u
ekonomiċi jistgħu jistennew li jikkonkludu Ftehim ta'
Assoċjazzjoni skont is-Sħubija tal-Lvant (fil-Lvant) jew inkella
jidħlu fi Sħubija għad-Demorazija u l-Prosperità Komuni
(fin-Nofsinhar). Dan se jkun akkumpanjat minn mobbiltà mtejba u kuntatti
"tan-nies man-nies" (pereżempju fost affarijiet oħra
permezz tal-possibbiltà li jiġu stabbiliti sħubijijiet
għall-mobbiltà), integrazzjoni ekononika permezz ta' kooperazzjoni
industrijali, żvilupp tal-SMEs, Investiment Barrani Dirett u relazzjoni
kummerċjali aħjar mal-UE (pereżempju permezz tal-istabbiliment
ta' Żoni ta' Kummerċ Ħieles Profondi u Komprensivi u
l-konklużjoni ta' ftehimiet oħra, pereżempju fl-agrikoltura,
is-servizzi u l-istabbiliment, jew Ftehimiet dwar l-Evalwazzjoni tal-Konformità
u l-Aċċettazzjoni ta' prodotti Industrijali għal setturi ta'
prijorità), integrazzjoni settorjali aktar profonda (pereżempju permezz
tal-integrazzjoni f'suq tal-enerġija pan-Ewropew u l-parteċipazzjoni
fi programmi u aġenziji tal-UE skont il-possibbiltajiet ta' ftuħ
mogħtija f'kull programm u bil-linji-gwida ġenerali li jirrigwardjaw
il-parteċipazzjoni f'aġenziji tal-UE). Bl-offerta
ta' Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni[21], b'mod partikolari, l-UE tfittex li
tappoġġja t-trasformazzjoni demokratika li bdiet fl-Eġittu u
fit-Tuneżija u li tista' tiġi estiża lejn pajjiżi
oħra. Sabiex ikomplu għaddejjin b'determinazzjoni fil-proċess
ta' trasformazzjoni demokratika dawn il-pajjiżi jinħtieġu
l-appoġġ biex jirriformaw l-istituzzjonijiet tagħhom u
jerġgħu jimbarkaw fuq it-triq tat-tkabbir ekonomiku. Il-popolazzjoni
tagħhom ukoll jeħtiġilha tara li l-UE tkun lesta li tgħin
f'dan il-perjodu ta' trasformazzjoni li joffri sfida, u li pero' huwa wkoll
diffiċli. Finanzjar addizzjonali L-implimentazzjoni
tal-approċċ il-ġdid tal-politika tal-viċinat abbażi
tal-kontabbiltà reċiproka u ta' impenn komuni għall-valuri universali
tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt tkun tirrikjedi riżorsi
addizzjonali sa EUR 1242 miljun sal-2013. Dan ikun jinkludi: a)
Il-qafas legali tal-ENPI qiegħed f'qagħda tajba biex isostni
l-biċċa l-kbira tal-miżuri l-ġodda ta' kooperazzjoni li
ġew identifikati fir-reviżjoni. Għal dan il-għan,
il-Kummussjoni qed tipproponi tissupplimenta l-qafas finanzjarju tal-ENPO
(EUR 750.5 miljun) minn diversi sorsi, jiġifieri:
EUR 355 miljun billi jiġi użati mill-ġdid minn oqsfa
finianzjarji oħra u – għas-sezzjoni tal-2012 - il-marġini
tal-Intestatura 4 fl-AB 2012 (EUR 241.5 miljun) kif ukoll
EUR 154 miljun mill-Istrument ta' Flessibbiltà. Iż-żieda
proposta tista' tiġi implimentata mingħajr ma jkun hemm
reviżjoni formali tar-regolament tal-ENPO skont il-punt 37 tal-Ftehim
Interistituzzjonali dwar il-perspettiva finanzjarja 2007-13, peress li
tirrappreżenta reazzjoni għal "ċirkostanzi ġodda,
oġġettivi, għat-tul ...[li għalihom] jingħataw
raġunijiet espliċiti u preċiżi, u billi jittieħed kont
tar-riżultati miksuba bl-implimentazzjoni tal-programm." Safejn
il-marġini kurrenti fl-AB 2012 inħolqot billi jitnaqqsu ċerti
linji tal-baġit vis-a-vis l-Ipprogrammar Finanzjarju ta' qabel,
l-arranġament propost jista' wkoll jitqies bħala "użu
mill-ġdid". Se jiġu ppreżentati aktar dettalji permezz ta'
Ittra ta' Emenda; b)
billi jintuża ffinanzjar minn strumenti oħra bħal ma huma
l-Istatument Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (IEDBD)
(EUR 13.4 miljun għas-snin 2011-2012), il-Programmi Tematiku
għall-Atturi mhux tal-Istat fi ħdan l-istrument ta' kooperazzjoni
għall-ivilupp (EUR 3.8 miljun fl-2011); c)
l-użu tal-Istrument għall-Istabbiltà (EUR 40 miljun)[22]; d)
jitwarrbu EUR 90 miljun biex tiġi pprovduta l-garanzija
neċessarja li twieżen biljun addizzjonali ta' self mill-BEI
fin-Nofsinhar tal-Mediterran[23]; e)
l-użu tal-istrument għall-assistenza makrofinanzjarja
EUR 100 miljun)[24], f)
il-BEI jitħalla jerġa' juża riflussi minn operazzjonijiet antiki
għall-investiment kapitali fl-SMEs (EUR 244 miljun). Dan
tal-aħħar ikun jirrekjedi mill-Kunsill li jadotta l-modifika tal-Art.
23 tar-regolament tal-ENPI. B'mod
parallel, il-Programmi Indikattivi Nazzjonali qed jiġu rrifokati fuq
l-għanijiet kruċjali tas-sħubija l-ġdida u qed jiġi
riallokati EUR 150 miljun mill-qafas finanzjarju tal-ENPO biex
jingħata appoġġ lill-Faċilità tas-Soċjetà Ċivili
tal-PEV u azzjonijiet oħra biex jiġi promoss tisħib aktar qawwi
mas-soċjetajiet. Differenzjazzjoni Filwaqt
li l-pajjiżi sħab kollha se jibbenefikaw minn attivitajiet immirati
lejn it-tisħiħ tas-"sħubija mas-soċjetajiet"
(l-element 2), l-iffinanzjar skont iż-żewġ elementi l-oħra
se jkun allokat lejn pajjiżi sħab fuq il-bażi ta' appoċ
"aktar għal aktar" ibbażat fuq ir-responsabbiltà
reċiproka. Żieda
fis-sostenn mill-UE tkun jiddependi fuq kemm isir progress fil-bini u
fil-konsolidament tad-demokrazija u tara-rispett lejn l-istat tad-dritt. Aktar
ma pajjiż iħaffef il-pass tal-progress fir-riformi interni
tiegħu, aktar jirċievi sostenn mill-UE. Dan is-sostenn imtejjeb se
jiġi f'diversi forom, inkluż żieda fl-iffinanzjar
għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku, programmi akbar
għall-bini tal-istituzzjonijiet (CIB), aċċess akbar
għas-suq, aktar iffinanzjar mill-BEI bħala sostenn
għall-investimenti; kif ukoll aktar faċilità għall-mobbiltà.
Dawn l-impenji preferenzjali se jitfasslu skont il-ħtiġijiet ta’ kull
pajjiż u skont il-kuntest reġjonali. Sejrin jagħrfu li riforma
li tagħmel sens ġġib magħha spejjeż sinifikanti minn
qabel. Għal dawk il-pajjiżi fejn ma tkun seħħet l-ebda
riforma, l-UE terġa’ tikkunsidra l-iffinanzjament, jew inkella anki tnaqqsu. 1.5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-UE Il-proposta
għandha tidher fil-kuntest ġenerali ta' offerta mġedda
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat ta' kooperazzjoni politika aktar
fil-qrib, u ta' integrazzjoni ekonomika aktar profonda, f'konformità mal-Art. 8
tat-Trattat ta' Lisbona. Hija tistrieħ fuq l-iskambju mal-ġirien
tagħna tal-esperjenzi tal-integrazzjoni Ewropea u li ftit ftit dawn
jiddaħħlu fil-linji ta' politika tal-UE. Peress li l-offerta tal-UE
hija fil-biċċa l-kbira bbażata fuq l-integrazzjni fis-suq intern
tal-UE, l-UE hija f'pożizzjoni aħjar li tipprovdi assistenza
bħal din, aktar milli huma l-Istati Membri individwali. 1.5.3. Lezzjonijiet meħuda minn
esperjenza simili fil-passat Kienu
saru ħames evalwazzjonijiet ta' pajjiżi u żewġ evalwazzjonijiet
reġjonali (MEDA II u TACIS) dwar assistenza li ngħatat fil-passat lil
pajjiżi ġirien. Is-setturi ewlenin koperti huma: l-iżvilupp
ekonomiku (inkluż il-kummerċ), is-settur soċjali (inkluż
is-saħħa u l-edukazzjoni), is-settur privat, l-agrikoltura
(inkluż is-sigurtà tal-ikel) u l-enerġija (inkluża dik
nukleari). L-evalwazzjonijiet
urew li meta wieħed iqiegħed taħt l-istess umbrella
l-kooperazzjoni (tal-ENPI) bilaterali u reġjonali ma' pajjiżi li
qabel kienu ttrattati permezz ta' żewġ regolamenti separati (TACIS u
MEDA), dan kellu effett ta' taħlit pożittiv, b'mod partikolari meta
wieħed jikkunsidra l-mekkaniżmu ta' appoġġ ta' dawn
ir-riformi. Abbażi tar-riżultati pożittivi ta' esperjenzi
taħt il-MEDA[25],
l-appoġġ għal riformi permezz tal-baġit żdied b'mod
sinifikanti mindu ddaħħal l-ENPI, u kisbet riżultati
tanġibbli, seddqet riformi u għenet fit-tisġiġ tad-djalogu
ta' politika ma' pajjiżi sħab[26]. Madankollu, l-approċċ għandu jkun
irfinat aktar biex jinkorpora l-attenzjoni miżjuda dwar valuri fundamentali
u l-governanza demokratika. Iridu jsiru sforzi wkoll biex is-Soċjetà
Ċivili tibqa' tintrabat mat-tfassil u s-sorveljanza ta' operazzjonijiet u
tiżdied il-viżibbiltà tagħna. Min-naħa
l-oħra, l-introduzzjoni ta' sett ta' strumenti ġodda bbażati fuq
l-esperjenza ta' tkabbir (TAIEX, Ġemellaġġ u aktar reċenti
l-Programmi ta' Bini ta' Istituzzjonijiet Komprensiv EaP) żied
il-kapaċità tal-ENPO li twettaq proġetti ta' bini ta'
istituzzjonijiet u li tippromwovi konverġenza regolatorja mal-acquis
tal-UE. L-element ta' kooperazzjoni
transkonfinali ta lill-ENPI mekkaniżmu aħjar biex tiġi
indirizzata l-kooperazzjoni fost ir-reġjuni li għandhom fruntiera
komuni. 1.5.4. Il-koerenza u s-sinerġija
possibbli ma' strumenti oħra relevanti Filwaqt
li l-ENPI huwa l-istrument ewlieni li permezz tiegħu tgħaddi
l-koperazzjoni finanzjarja tal-UE lejn il-ġirien, il-pajjiżi tal-PEV
jibbenefikaw ukoll minn strumenti finanzjarji oħra li jindirizzaw
kwistjonijiet speċifiċi ta' politika (sfidi globali, Drittijiet
tal-Bniedem, sigurtà nukleari) jew sitwazzjonijiet ta' kriżi (assistenza
makrofinanzjarja, l-istrument għall-istabbiltà, l-istrumenti ta'
assistenza umanitarja). Xi
wħud minn dawn l-istrumenti dan l-aħħar ġew mobilizzat biex
ikun jistgħu jirreaġixxu għall-ħtiġijiet li qed
jitfaċċaw fil-viċinat tan-Nofsinhar tal-UE u se jkomplu
jintużaw b'appoġġ tal-proċessi ta' tranżizzjoni
fir-reġjun tal-Viċinat. Fit-Tuneżija,
pakkett ta' EUR 2 miljuni taħt l-istrument għall-Istabbilà
ġie adottat biex jiġu sostnuti 1) ir-riforma politika u l-proċess
elettorali u 2) is-soċjetà ċivili indipendenti u l-medja. Qed
jiġi ppjanat ukoll aktar sostenn lis-soċjetà ċivili skont
l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (SEDDB)
f'oqsma bħal ma huma l-osservazzjoni ta' elezzjonijiet mis-soċjetà
ċivili nazzjonali, taħriġ għal partiti politiċi,
appoġġ għal-libertà tal-espressjoni u l-promozzjoni ta' valuri
demokratiċi, u l-kapaċità ta' sorveljanza tad-drittijiet tal-bniedem
EUR 2 miljuni. Skont il-programm tematiku tal-Istrument ta' Kooperazzjoni
għall-Iżvilupp "Atturi mhux tal-Istat u awtoritajiet
lokali", ġew imwarrba EUR 1.2 miljun
għat-Tuneżija. Fl-aħħar, se tiġi ffinanzjata missjoni
tal-UE ta' osservazzjoni elettorali permezz tas-SEDDB (sa
EUR 4 miljun). Fl-Eġittu se jiġu allokati EUR 2.9 miljun
skont l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem
(SEDDB) bħala appoġġ għal azzjonijiet biex tiġi
miġġielda t-tortura, jitjiebu l-kundizzjonijiet ta' qabel
id-detenzjoni u tiġi promossa l-libertà tal-medja u l-libertà tat-twemmin.
L-EUR 2.6 miljun se jiġu allokati skont il-programm tematiku
"Atturi mhux tal-Istat u l-Awtoritajiet Lokali" (Strument ta'
Kooperazzjoni għall-Iżvilupp) biex jiġu promossi
t-tisħiħ tal-awtodeterminazzjoni
taż-żgħażagħ, id-drittijiet tan-nisa u l-appoġġ
għad-drittijiet soċjali u ekonomiċi. L-Istrument
ta' Assistenza Umanitarja (EUR 70 miljun) ġie mobbilizzat biex
jindirizza l-konsegwenzi tal-kunflitt intern fil-Libja u biex jgħin
lir-refuġjati u n-nies spustjati u EUR 5 miljun ġejjin
mir-Riżerva ta' Għajnuna għall-Emerġenza ġew
mgħoddija permezz tal-mekkaniżmu tal-protezzjoni ċivili li
intervjena biex jiffinanzja r-ripatrijazzjoni ta' ċittadini ta'
pajjiżi terzi. 1.6. Il-perjodu u l-impatt
finanzjarju X Il-proposta/inizjattiva ta' perjodu limitat –
x Il-proposta/inizjattiva b'effett mill-2011
sal-2013 –
x L-impatt finanzjarju mill-2011 sal-2013 ¨ Il-proposta/inizjattiva ta' perjodu
illimitat –
L-implimentazzjoni b'perjodu li jibda bejn YYYY u
YYYY, –
u warajh tiġi l-operazzjoni sħiħa. 1.7. Modi/i ta' ġestjoni
ppjanat/i[27] x Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni
X Ġestjoni ċentralizzata indiretta mad-delegazzjoni
ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil: –
x aġenziji eżekuttivi –
¨ korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[28]
–
¨ korpi nazzjonali tas-servizz pubbliku/korpi b'missjoni ta' servizz
pubbliku –
¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi
skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att
bażiku relevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament
Finanzjarju. ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri X Ġestjoni deċentralizzata ma'
pajjiżi terzi x Ġestjoni konġunta ma'
organizzazzjonijiet internazzjonali (li għad irid jiġu
speċifikati) Kummenti L-għanijiet
se jiġu segwiti permezz ta' taħlita ta' miżuri implimentati
permezz ta' modi ta' ġestjoni differenti, b'mod speċjali: Azzjonijiet
ta' bini ta' istituzzjonijiet se jiġu implimentati l-aktar permezz ta'
ġestjoni diretta mill-Kummissjoni; L-iskambji
bejn studenti u żgħażagħ, il-kooperazzjoni bejn
l-universitajiet u l-iskejjel se jkunu implimentat l-aktar permezz
tal-aġenzija eżekuttiva dwar l-edukazzjoni, l-awdjovisiv u l-kultura; Se jiġi
implimentat programm pilota mmudellat fuq il-politika tal-koeżjoni u
l-agrikultura, jew permezz ta' ġestjoni ċentralizzata diretta jew
permezz ta' ġestjoni deċentralizzata. Il-ġestjoni
konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali tista' tintuża
għal azzjonijiet speċifiċi (pereżempju l-appoġġ
ta' konformità mal-Kunsill tal-Konvenzjonijiet Ewropej). Il-kooperazzjoni
delegata tista' wkoll tiġi kkunsidrata fl-interess tal-effettività
tal-għajnuna u d-diviżjoni tal-ħidma ma' Stati Membri. 2. MIŻURI TA' ĠESTJONI 2.1. Ir-regoli ta'
monitoraġġ u rrappurtar Speċifika
l-frekwenza u l-kundizzjonijiet. Il-Kummissjoni
se tissorvelja l-progress tal-kooperazzjoni esterna tagħha f'kull livell: influssi (b'mod partikolari flussi
finanzjarji: impenji, kuntratti u pagamenti); attivitajiet / riżultati (eżekuzzjoni
tal-proġetti u l-programmi, sorveljanza interna mwettqa fuq il-post
mid-Delegazzjonijiet tal-Kummissjoni); progress / rizultat (Sorveljanza Orjentata
lejn ir-Riżultati – SOR[29]) u
l-impatt; L-ipprogrammar
ta' għajnuna esterna għat-tul għal pajjiżi u reġjuni
sħab titwettaq fil-qafas tal-preparazzjoni ta' dokumenti ta'
strateġija (sa 7 snin) u ta' programmi indikattivi (3-4 snin). Dawn
id-dokumenti ta' preparazzjoni jistgħu jiġu riveduti f'kull mument
biex jiġu riaġġustati prijoritajiet ta' pprogrammar. Programmi
indikattivi jinkludu l-għanijiet speċifiċi u r-riżultati
mistennija għal kull qasam tal-kooperazzjoni. 2.2. Il-ġestjoni u s-sistema
ta' kontroll 2.2.1. Riskju/i identifikati 1)
In-nuqqas ta' stabbiltà politika u amministrattiva f'pajjiżi sħab
jistgħu jwasslu għal diffikultajiet fit-tfassil ta' programmi,
dewmien fir-rimborż ta' fondi u telf fl-effettività; 2)
In-nuqqas ta' krediti amministrattivi suffiċjenti jista' jwassal għal
nuqqas ta' riżorsi umani għall-ġestjoni tal-assistenza; 3)
L-applikazzjoni batuta ta' livelli ta' kwalità tista' twassal għal
programmi u proġetti mfassla ħażin; 4)
In-nuqqas ta' ċirkolazzjoni ta' informazzjoni jista' jtellef
ir-riżoluzzjoni ta' kwistjonijiet problematiċi marbuta
mal-ġestjoni tal-għajnuna. 2.2.2. Metodu/i ta' kontrolli
kkunsidrati Żieda
fit-tħejjija: Jiġu identifikati l-pajjiżi l-aktar fir-riskju,
jiġi żviluppati Plan ta' Ġestjoni tar-riskju speċfika
għall-pajjiż, jiġu segwiti l-iżviluppi f'dawk
il-pajjiżi permezz ta' diversi kanali. Krediti
amministrattivi suffiċjenti: Ipprogrammar iddettaljat ta' krediti
amministrattivi ġej sew mill-intestatura 4 u 5 tal-Qafas Finanzjarju
Multiannwali 2007-13. Tiġi aġġustata l-allokazzjoni ta'
riżorsi tal-persuna bejn servizzi fil-kwartieri u d-delegazzjonijiet
ibbażati fuq tbassir tal-ħtiġijiet u evalwazzjoni tal-piż
tax-xogħol fil-kontront ta' kriterji kwantifikabbli kull fejn ikun
possibbli (pereżempju l-għadd ta' kuntratti li jridu jitħejjew). L-implimentazzjoni
u l-osservazzjoni ta' livelli u rekwiżiti qabel u wara l-Grupp ta'
Appoġġ tal-Kwalità; Id-delegazzjonijiet u s-servizzi relevanti f'DG
DEVCO għandhom jimmobilizzaw, kmieni fil-proċess, il-kompetenza
meħtieġa mill-appoġġ remot u fuq il-post. Titjib
fis-sistema - Kwalità taad-dejta u rappurtaġġ: informazzjoni
fil-ħin dwar in-negozjati li jkunu għaddejjin u garanzija li
l-kwistjonijiet problematiċi kollha marbuta mal-ġestjoni
tal-għajnuna jkunu diġà identifikati ċar u trasmessi lil dawk li
jkunu involuti fin-negozjati. 2.3. Miżuri
għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet Speċifika
miżuri eżistenti jew previsti ta' prevenzjoni u protezzjoni. Il-protezzjoni
tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-ġlieda kontra l-frodi u
l-irregolaritajiet jiffurmaw parti integrali tar-Regolament tal-ENPI.
Is-sorveljanza amministrativa ta' kuntratti u pagamenti se tkun
ir-responsabbiltà tad-Delegazzjonijiet tal-UE f'pajjiżi benefiċjarji.
Kull waħda mill-operazzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-regolament
se tkun sorveljata f'kull staadju fiċ-ċiklu tal-proġett permezz
tad-delegazzjonijiet[30].
Se tingħata attenzjoni partikolari lejn in-natura tan-nefqa (l-eliġibbiltà
tan-nefqa), lejn ir-rispett tal-baġits (nefqa attwali) u biex tiġi
vverifikata informazzjoni ta' konfema u dokumentazzjoni relevanti (evidenza ta'
nefqa). 3. IMPATT FINANZJARJU STMAT
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 3.1. Intestatura/i tal-qafas finanzjarju
multiannwali u l-linja/i ta' nefqa tal-baġit affettwata/i · Linji ta' nefqa tal-baġit eżistenti Fl-ordni ta'
intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u ta' linji tal-baġit. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni.....................................................] || AD/AMD ([31]) || minn pajjiżi tal-EFTA[32] || minn pajjiżi kandidati[33] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju 19.01.04.02 || ENPI Nefqa għall-ġestjoni amministrattiva || AMD || NO || NO || NO || NP 19.08.01 || Politika Ewropea tal-Viċinat – Kooperazzjoni Finanzjarja || DA || NO || NO || NO || NP || || || || || || 3.2. Impatt
stmat fuq in-nefqa Miljun ta' EUR
(sa 3 punti deċimali) Impatt Stmat fuq in-Nefqa Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Intestatura 4 – Relazzjonijiet Esterni || || || 2011 || 2012 || 213 || Total || || || || || || Approprjazzjonijiet Operazzjonali || || || || || || || || || || || 19.08.01 - Politika Ewropea tal-Viċinat – Kooperazzjoni Finanzjarja || Impenji || (1) || 85,000 || 383,750 || 261,750 || 730,500 || Pagamenti || (2) || 0,000 || 115,125 || 104,700 || 219,825 || || || || || || Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-qafas finanzjarju għal programmi speċifiċi (15) || || || || || || || || || || || 19.01.04.02 – Krediti amministrattivi tal-ENPI || || (3) || 0,000 || 11,750 || 8,250 || 20,000 || || || || || || Approprjazzjonijiet totali għal DG DEVCO || Impenji || 1+3 || 85,000 || 395,500 || 270,000 || 750,500 || Pagamenti || 2+3 || 0,000 || 126,875 || 112,950 || 239,825 || || || || || || Approprjazzjonijiet Operazzjonali Totali || Impenji || (4) || 85,000 || 383,750 || 261,750 || 730,500 || Pagamenti || (5) || 0,000 || 115,125 || 104,700 || 219,825 || || || || || || Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-qafas finanzjarju għal programmi speċifiċi || || 0,000 || 11,750 || 8,250 || 20,000 || || || || || || Approprjazzjonijiet totali || Impenji || || 85,000 || 395,500 || 270,000 || 750,500 || Pagamenti || || 0,000 || 126,875 || 112,950 || 239,825 (15). Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta' programmi tal-UE u/jew ta' azzjonijiet (preċedentement linji "BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta. 3.2.1. Impatt stmat fuq
approprjazzjonijiet operazzjonali –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma tinħtieġx l-użu ta'
approprjazzjonijiet operazzjonali –
X Il-proposta/inizjattiva tinħtieġ
l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn: Approprjazzjonijiet ta' impenn f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċiamli) Indika l-għanijiet u r-riżultati || || || Sena - 2011 || Sena - 2012 || Sena - 2103 || TOTAL ò || RIŻULTATI Tip ta' riżultati || Nefqa medja || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru totali ta' riżultati || Total tar-riżultat || tar-riżultati || tar-riżultati || tar-riżultati || Kost ELEMENT 1 - IT-TRASFORMAZZJONI DEMOKRATIKA U L-BINI TAL-ISTITUZZJONIJIET || || || || || || || || Programmi Komptenmsivi ta' Bini tal-Istitutzzjonijiet* || Programm || 40 || 3 || 20 || 3 || 63 || 3 || 42 || 3 || 125 Sħubijiet għall-Mobbiltà* || Programm || 8 || 3 || 5 || 3 || 10 || 3 || 10 || 3 || 25 Subtotal għall-Element 1 || || 25 || || 73 || || 52 || || 150 ELEMENT 2 – SĦUBIJA MAN-NIES || || || || || || || || Erasmus Mundis – Mobbiltà tal-Istudenti || Student/sena || 0,035 || 857 || 30 || 1286 || 45 || 1000 || 35 || 3143 || 110 TEMPUS – Kooperazzjoni bejn l-Universitajiet || Proġetti || 0,9 || 6 || 5 || 14 || 12.5 || 14 || 12.5 || 33 || 30 Żgħażagħ - Proġetti || Proġetti || 0,02 || 500 || 10 || 875 || 17,5 || 875 || 17,5 || 2250 || 45 Riżultati oħra || || mhux applikabbli || || 5 || || 11,25 || || 9,75 || || 26 Subtotal għall-Element 2 || || 50 || || 86,25 || || 74,75 || || 211 ELEMENT 3 – TKABBIR U ŻVILUPP EKONOMIKU SOSTENIBBLI U INKLUŻIV || || || || || || || || Programmi Pilota ta' Koeżjoni || Programm || 40 || 3 || 0 || 3 || 85 || 3 || 40 || 3 || 125 Programmi pilota fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali || Programm || 30 || 6 || 10 || 6 || 110 || 6 || 65 || 6 || 185 Parteċipazzjoni fi programmi tal-UE** || mhux applikabbli || mhux applikabbli || 5,95 || || 5,95 || || 5,95 || || 5,95 || Subtotal għall-Element Nru 3 || || 10 || || 224,5 || || 135 || || 369,5 KOST TOTALI || || 85 || || 383,75 || || 261,75 || || 730,5 *Jitwettaq fil-forma ta' programm multiannwali IB li jkopri perjodu ta' tliet snin. Il-kost medju jirreferu għal 3 snin. **Iffinanzjar imwarrab biex tingħata kontribuzzjoni lill-parteċipazzjoni ta' pajjiżi sħab fi programmi tal-UE. Il-kontribuzzjoni individwali tiddependi fuq il-programm u l-pajjiż u ma tistax tiġi stmata. Il-biċċa l-kbira tar-riżorsi umani jkunu meħtieġa f'delegazzjonijiet fil-pajjiżi benefiċjarji kkonċernati preċiżament f'dan l-istadju Nota: Ta' min jenfasizza li l-analiżi tal-attivitajiet u l-allokazzjoni tagħhom fost l-element, f'dan l-istadju, tista' tkun biss indikaattiva u r-riżultati kif miġjuba hawnhekk huma bbażati fuq stimi inizjali u ġew ippreżentati għal skopijiet illustrattivi. 3.2.2. Impatt stmat fuq
approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva 3.2.2.1. Ġabra fil-qosor –
X Il-proposta/inizjattiva ma tinħtieġx
l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi –
¨ Il-proposta/inizjattiva tinħtieġ l-użu ta'
approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn: Miljuni ta' EUR (sa 3
punti deċimali) || Sena N [34] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal is-snin kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Riżorsi Umani || || || || || || || || Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || || Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Barra l-INTESTATURA 5[35] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || Riżorsi Umani || || || || || || || || Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || || Subtotal barra l- INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || || || || TOTAL || || || || || || || || 3.2.2.2. Stima ta' rekwiżi fejn
jidħlu riżorsi umani –
¨ Il-proposta/inizjattiva ma tinħtieġx l-użu ta'
riżorsi umani –
Il-proposta/inizjattiva tinħtieġ
l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn: Għandhom jitniżżlu l-ammonti
sħaħ tal-istima (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed) || || Sena 2011 || Sena 2012 || Sena - 2013 Postijiet fil-pjan ta' stabbilment (uffiċjali u aġenti temporanju) || || XX 01 01 01 (Kwartieri u l-uffiċċji rappreżentattivi tal-Kummissjoni) || || || || XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || XX 01 05 01 (Riċerka individwali) || || || || 10 01 05 01 (Riċerka Diretta) || || || || Persunal estern (f'unitajiet Ekwivalenti Full Time: FTE)[36] || || XX 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-"qafas finanzjarju globali") || || || || XX 01 02 02 (CA, INT, JED, AL u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || 19 01 04 02 [37] || - fil-Kwartieri[38] || 0 || || || || - fid-delegazzjonijiet || || 131 || 92 || XX 01 05 02 (AK, INT, SNE – Riċerka indiretta) || || || || 10 01 05 02 (AK, INT, SNE – Riċerka diretta) || || || || Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || TOTAL || || 131 || 92 Ir-riżorsi umani meħtieġa se
jinkisbu bl-użu ta' persunal mid-DĠ li jkun diġà assenjat
għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li jkunu ġew trasferiti fi
ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' xi
allokazzjoni addizzjonali oħra li tista' tingħata lid-DĠ li
jiġġestixxi taħt il-proċedura annwali ta' allokazzjoni u
fid-dawl ta' restrizzjonijiet baġitarji. Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu: Huwa meħtieġ l-użu ta' persunal
addizjonal biex imexxu r-riżorsi addizjonali u jimplimentaw l-inizjattivi
l-ġodda li huma parti mir-reviżjoni tal-PEV. In-natura
tal-attivitajiet il-ġodda li għandhom ikunu implimentati skont
ir-reviżjoni tal-PEV, bħal ma huma s-Sħubija
għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni, (il-bini ta' istituzzjonijiet,
il-kuntatti "tan-nies man-nies" li għandhom jiġu
implimentati permezz ta' proġetti żgħar, is-sostenn
għas-soċjetà ċivili ...) tinħtieġ ammont sostanzjali
ta' persunal biex imexxu u jżommu taħt għajnejhom il-programmi.
Il-biċċa l-kbira tar-riżorsi umani relatati se jkunu
meħtieġa f'delegazzjonijiet fil-pajjiżi benefiċjarji kkonċernati
u fl-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u
l-Kultura (biex jiġġestixxu l-programmi dwar l-edukazzjoni,
iż-żgħażagħ u l-kultura) Sa fejn il-fondi operazzjonali addizzjonali
jkunu ġejjin mit-trasferiment minn oqsfa finanzjarji ta' strumenti
oħra, in-nefqa ta' sostenn amministrattiv relatata se tkun riallokata kif
ikun jixraq. L-approprjazzjonijiet amministrattivi li għandhom jiġu
trasferiti minn oqsfa finanzjarji ta' strumenti oħra jammontaw għal
6,78M € fl-2012 u 8,25M € fl-2013. Dawn l-ammont iservi għat-trasferiment
ta', rispettivament, madwar 76 ekwivalenti full-time (FTE) fl-2012 u 92 FTE
fl-2013 mill-istrumenti l-oħra. Il-Kosta tal-Unità għal persunal estern
f'Delegazzjonijiet ġie kkalkulat li jiswa 88.937 € li hi l-medja
tal-ispiża stmata għal aġent kuntrattwali (134.120€) u
l-ispiża stmata ta' aġent lokali (43.754€) fl-AB 2012 għal-linja
tal-baġit 19.010402. Uffiċjali u aġenti temporanji || Persunal estern || 131 FTE fis-sena fl-2012 u 92 FTE fis-sena fl-2013 għal kost totali ta' EUR 20 miljun (EUR 11.75 miljun fl-2012 u EUR 8.25 miljun fl-2013) 3.2.3. Il-kumpatibbiltà mal-qafas
finanzjarji multiannwali preżenti –
¨ Il-proposta/inizjattiva hija kumpatibbli mal-qafas finanzjarji
multiannwali kurrenti. –
X Il-proposta/inizjattiva se tkun tirrekjedi
pprogrammar mill-ġdid tal-intestatura relevanti fil-qafas finanzjarju
multiannwali. L-iffinanzjar
addizzjonali għall-attivitajiet identifikati f'din id-dikjarazzjoni se
jkunu ffinanzjati fil-biċċa l-kbira permezz tal-programmazzjoni
mill-ġdid tal-oqsfa finanzjarji tal-istrumenti tar-relazzjonijiet esterni
li huma parti mill-Intestatura 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali
għall-benefiċċju tal-ENPI (sew l-approprjazzjonijiet
operazzjonali kif ukoll il-krediti amministrattivi). Għall-2011
il-biċċa l-kbira tal-EUR 85 miljun se jiġu
mit-trasferiment tar-riżorsi mill-Istrumenti għall-Koperazzjoni
fl-Iżvilupp (EUR 51 miljun) minn tnaqqis ta' kontribuzzjoni
tal-UE lejn l-EBRD (EUR 34 miljun). Għal-2012
il-EUR 395.5 miljun se jiġu minn: 1) il-marġini fl-Intestatura
4 (EUR 241.5) li tinkludi approprjazzjonijiet inizjalment ipprogrammati
għall-Istrumenti tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp
(EUR 89 miljun), l-Istrtument għall-Assistenza ta' Qabel
l-Adeżjoni (EUR 60 miljun) u l-Istrument għall-Istabbiltà
(EUR 60 miljun) u 2) l-Istrument tal-Flessibbiltà
(EUR 154 miljun). Għall-2013
huwa previsti li l-EUR 270 miljun addizzjonali jiġu minn
trasferiment ta' riżorsi mill-Istrument tal-Kooperazzjoni
għall-Iżvilupp (EUR 100 miljun), l-Istrument
għall-Assistenza ta' qabel l-Adeżjoni (EUR 60 miljun),
l-Istrument għall-Istabbiltà (EUR 70 miljun); kif ukoll minn
trasferiment minn strumenti oħra, l-aktar mill-baġit tal-Poltika
Estera u ta' Sigurtà Komuni (EUR 40 miljun)[39]. –
X Il-proposta/inizjattiva tirrekjedi
l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà[40]. Kif
indikat hawn fuq, il-provvista ta' riżorsi addizzjonali biex jiġu
ffinanzjati l-attivitajiet deskritti f'din id-dikjarazzjoni jkunu
jinħtieġu l-mobbilizzazzjoni tal-istrumenti tal-flessibbiltà fl-2012
għall-valur ta' EUR 154 miljun. Il-Kummissjoni,
mingħajr telf ta' żmien, se tipproċedi bil-preżentazzjoni
ta' proposti baġitarji pertinenti lill-Awtorità tal-Baġit
(trasferimenti għall-2011, Ittra ta' Emenda għall-2012, ipprogrammar
mill-ġdid għall-2013). 3.2.4. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal
kofinanzjar minn partijiet terzi –
Il-proposta/inizjattiva tipprovdi
għall-kofinanzjar kif stmat hawn taħt: Approprjazzjonijiet f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti
deċiamli) || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal is-snin kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) || Total Speċifika l-entità ta' kofinanzjament || || || || || || || || TOTAL ta' approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || || 3.3. Impatt Stmat fuq id-Dħul
–
X Il-proposta/inizjaattiva m'għandha l-ebda
impatt finanzjarju fuq id-dħul. –
¨ Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
¨ fuq dħul mixellanju Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali) Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju tal-baġit li għaddej || L-impatt tal-proposta/inizjattiva[41] Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ...daħħal il-kolonni kollha li jkunu meħtieġa biex turi kemm idum l-impatt (ara l-punt 1.6) Artikolu ............. || || || || || || || || Għal dħul
assenjat mixellanju, speċifika l-linja/i ta' nefqa tal-baġit
affettwata/i. […] Speċifika l-metodi
li bih jiġi kkalkulat l-impatt fuq id-dħul. […] [1] Il-Viċinat
Ewropew jinkludi l-Alġerija, l-Armenja, l-Ażerbajġan,
il-Belarus, l-Eġittu, il-Ġeorġja, l-Iżrael, il-Ġordan,
il-Libja, il-Libanu, ir-Repubblika tal-Moldova, il-Marokk, it-Territorji
okkupati tal-Palestina, is-Sirja, it-Tuneżija, u l-Ukrajna. [2] COM(2011) 200 tat-8.03.2011. [3] Filwaqt li l-għanijiet u l-modalitajiet finanzjarji
u maniġerjali ta' din id-Dotazzjoni se jkunu differenti minn strumenti
oħra ta' demokratizzazzjoni, huma għandhom jiġu applikati
bil-ħsieb li jissaħħu s-sinerġiji u l-koerenza. [4] Il-FEI għandu esperjenza speċifika bħal
fornitur ta' iffinanzjar tar-riskju lil impriżi żgħar u medji
(SMEs) fl-UE u f'pajjiżi involuti fit-tkabbir kif ukoll netwerk estensiv
ta' kuntatti kummerċjali. Huwa għandu għalhekk
il-pożizzjoni ideali biex jippromwovi l-investimenti ta' SMEs tal-UE
fil-pajjiżi sħab. [5] L-ambitu tal-Programm tal-Viċinat Ewropew
għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (PVEAIR) inkluż
fil-Komunikazzjoni "Sħab għad-demokrazija u l-prosperità komuni
fin-Nofsinhar tal-Mediterran" (COM (2011) 200 se jiġi mwessa' biex
ikun ikopri wkoll il-viċinat tal-Lvant. [6] Ara COM (2006)726, 4.12.2006, It-tisħiħ
tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. [7] TAIEX huwa
l-istrument għall-Assistenza Teknika u Skambju ta' Informazzjoni li huwa
ġestit mis-servizzi tal-Kummissjoni TAIEX isostni pajjiżi sħab
fejn jidħlu l-approssimazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar
tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Huwa jitmexxa fil-biċċa l-kbira
mid-domanda u jiffaċilita l-għoti ta' kompetenza esperta xierqa skont
il-bżonn partikolari, biex jiġu indirizzati kwistjonijiet li
jinqalgħu ta' malajr. http://ec.europa.eu/enlargement/taiex/what-is-taiex/index_en.htm [8] Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-Inizjattiva EU
2020 "Ewropa effiċjenzi fl-użu tar-riżorsi"
COM(2011)21, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa ta' kooperazzjoni
mill-qrib ma' sħab kruċjali inkluż dawk fil-viċinat. [9] COM(2006) 724, 4.12.2006. [10] COM(2011) 248 finali, 4.5.2011 [11] Il-Kummissjoni se tiffinanzja l-bini tal-kapaċitajiet
skont l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI). [12] F'konformità mal-Komunikazzjini dwar Djalogu
għall-migrazzjoni, il-mobbiltà u s-sigurtà mal-pajjiżi fin-nofsinhar
tal-Mediterran – COM(2011)292/3 [13] Dawn huma: Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri
l-Impriżi Żgħar u Medji; is-Swieq tal-Elettriku Reġjonali,
l-Effiċjenza tal-Enerġija u s-Sorsi tal-Enerġija li
Jiġġeddu; il-Prevenzjoni, l-istat ta' Tħejjija u r-Reazzjoni
għal Diżastri Naturali u kkawżati mill-Bniedem; il-Governanza
Ambjentali. [14] Pjan ta'
Azzjoni li Jimplimenta l-Programm ta' Stokkolma – COM (2010) 171 :
http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=COM:2010:0171:FIN:MT:PDF.
[15] COM(2011) 200. [16] L-istat avvanzat, ibbażat fuq l-implimentazzjoni
tajba tal-Pjan ta' Azzjoni tal-PEV, kien ingħata lill-Marokk fl-2008 u
lill-Ġordan fl-2010. Jista' jiġi estiż tal-pajjiżi
oħra tan-Nofsinhar fi ħdan il-PEV li jkunu jagħmlu progress
fir-riformi. Skont liema jkun il-pajjiż, jista' jinvolvi
t-tisħiħ tal-kooperazzjoni politika u ta' sigurtà,
konċessjonijiet kummerċjali u integrazzjoni akbar fis-Suq Intern
tal-UE kif ukoll sostenn finanzjarju addizzjonali għar-riformi. Huwa
bbażat fuq Pjan ta' Azzjoni ġdid u aktar komprensiv. [17] COM (2011) 292/3 [18] Il-proposti tal-Kummissjoni se jiġu ppreżentati
aktar tard din is-sena. [19] ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB:
Ibbaġittjar ibbażat fuq l-attività. [20] Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament
Finanzjarju. [21] COM(2011) 200, 8.3.2011 [22] L-ammont eżatt li għandu jiġi mmobolizzat
skont l-IgħS ikun jiddeġendi fuq l-identifikazzjoni ta' proġetti
xierqa. F'każ li dawn il-proġett jammontaw għal anqas minn 40
miljun il-bilanċ jiġi ttrasferit lejn l-ENPI. [23] Jekk il-Kunsill u l-Parlament jaqblu biex ukoll iżidu
l-limitu massimu tal-Viċinat tal-Lvant fil-kuntest tar-reviżjoni ta'
nofs il-perjodu tal-mandat estern tal-BEI, l-ammont neċessarju jitwarrab
biex jiġi alimentat il-Fond ta' Garanzija. Ta' min wieħed jinnota li,
f'konformità mar-Regolament tal-Fond Garantit (ir-Regolament tal-Kunsill (KE,
Euratom) Nru 480/2009), l-għoti neċessarju see iseħħ fuq
perjodu ta' diversi snin li jibdew mill-2013. [24] L-ammont eżatt li għandu jiġi mmobbilizzat
skont l-istrument ikun jiddependi fuq il-ħtiġijiet finanzjarji
tal-pajjiżi eliġibbli għall-MFA, identifikati fil-kuntest
tal-istabbilizzazzjoni ekonomika u ta' programmi ta' riforma implimentati
bis-sostenn tal-FMI. F'każ li l-ammont ta' programmi MFA jkun anqas minn
100 miljun il-bilanċ jiġi trasferit lejn l-ENPI. [25] Ara l-konklużjonijiet ewlenin tal-"Evalwazzjoni
tar-Regolament MEDA II u tal-implimentazzjon tiegħu" (Ġunju
2009) [26] Kif jidher, pereżempju, mill-konklużjonijiet
tal-Evalwazzjoni tal-operazzjonijiet b'sostenn għall-Baġit
fit-Tuneżija (Novembru 2010) [27] Id-dettalji tal-modi ta' ġestjoni u r-referenzi
għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fil-websajt BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [28] Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju. [29] Is-sistema ta' sorveljanza orjentata lejn
ir-riżultati (SOR) tippermetti apprezzament rapidu tal-prestazzjoni ta'
proġett jew ta' programm, kif ukoll tal-implikazzjonijiet aktar wiesa' u
jipprovdi lill-Kummissjoni b'pariri indipendenti dwar il-portafoll
tal-proġett tiegħu. Li jkun hemm approċċ wieħed
konsistenti jiżgura li l-Kummissjoni jkollha dejta kumparabbli
għar-reġjuni kolha fejn hija tipprovdi assistenza esterna. [30] Dawn se jawtorizzaw lill-Kummissjoni (l-OLAF) twettaq
verifiki u spezzjonijiet fuq il-post skont ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom,
KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996. [31] AD=Approprjazzjoni differenzjata / AMD = Approprjazzjoni
Mhux Differenzajata [32] EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ
Ħieles (European Free Trade Association) [33] Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli,
pajjiżi li huma kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent. [34] Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni
tal-proposta/inizjattiva. [35] Assistenza teknika u/jew amministrattiva u nefqa b'sostenn
għall-implimentazzjoni ta' programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (ex-linji
"BA"), riċerka indiretta, riċerka diretta. [36] AK = Aġent kuntrattwali; INT= Persunal
tal-aġenzija ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert
en Délégation" (Esperti Żgħażagħ
fid-Delegazzjonijiet); AL= Aġent Lokali; SNE + Espert Nazzjonali Sekondat;
[37] Anqas mil-limitu stabbilit għall-persunal estern minn
approprjazzjonijiet operazzjonali (ex-linji "BA"). [38] Essenzjament għal Fondi Sturutturali, il-Fond Ewropew
Agrikolu għall-Iżvilupp Rurali (EAFRD) u l-Fond Ewropew
għas-Sajd (EFF). [39] Għandu jiġi inizjat abbażi tal-proposta
mir-Rappreżentant Għoli u skont ir-regoli speċifiċi li
japplikaw għall-baġit tal-PESK. [40] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [41] Fejn jidħlu r-riżorsi proprji tradizzjonali
(dazji tad-dwana, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu
ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta' 25%
għal-kosti ta' kollezzjoni.