|
Isem
|
Informazzjoni għall-identifikazzjoni
|
Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
“1502.
|
Vyacheslav Alekseevich BOCHAROV
(Вячеслав Алексеевич БОЧАРОВ)
|
Data tat-twelid: 17.10.1955
Post tat-twelid: Donskoy, Tula Oblast, Russian SFSR, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Membru tal-“working group special military operation; L-Ewwel Viċi President tal-Public Chamber of the Russian Federation
|
Vyacheslav huwa membru tal-grupp ta’ ħidma, stabbilit mill-President Putin f’Diċembru 2022, inkarigat bil-koordinazzjoni tal-isforzi ta’ mobilizzazzjoni tal-Federazzjoni Russa biex jappoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Minbarra r-rwol tiegħu fil-grupp ta’ ħidma, huwa jservi bħala l-Ewwel Viċi President tal-Kamra Pubblika tal-Federazzjoni Russa u esprima b’mod attiv appoġġ vokali għall-invażjoni Russa tal-Ukrajna.
Għalhekk, Vyacheslav Bocharov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1503.
|
Oleg Vladimirovich GORSHENIN
(Олег Владимирович ГОРШЕНИН.)
|
Data tat-twelid: 8.7.1978
Post tat-twelid: Schwerin, Germany
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Membru tal-“working group special military operation” stabbilit b’digriet mill-President Putin; Kap tan-National Defense Control Center of the Russian Federation, Maġġur Ġeneral.
|
Oleg Gorshenin huwa membru u segretarju tal-grupp ta’ ħidma, stabbilit mill-President Putin f’Diċembru 2022, inkarigat bil-koordinazzjoni tal-isforzi ta’ mobilizzazzjoni tal-Federazzjoni Russa biex jappoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Minbarra r-rwol tiegħu fil-grupp ta’ ħidma, huwa jservi bħala l-kap taċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Kontroll tad-Difiża (National Defense Control Center) tal-Federazzjoni Russa fil-grad ta’ Maġġur Ġeneral li huwa inkarigat bl-attivitajiet tal-forzi militari Russi inkluż dawk skjerati fil-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.
Għalhekk, Oleg Gorshenin huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1504.
|
Valeriy Alexandrovich VOSTROTIN
(Валерий Александрович ВОСТРОТИН)
|
Data tat-twelid: 20.11.1952
Post tat-twelid: Kasli, Kaslinsky District, Chelyabinsk Oblast, eks USSR, (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Membru u Segretarju tal-“working group special military operation”; President tal-Union of Paratroopers of Russia; Maġġur Ġeneral irtirat; membru rtirat tal-iState Duma
Numru tal-passaport, numru tal-identità nazzjonali, numri oħra tad-dokumenti tal-identità: 773001557964
|
Valeriy Vostrotin huwa membru u segretarju tal-grupp ta’ ħidma, stabbilit mill-President Putin f’Diċembru 2022, inkarigat bil-koordinazzjoni tal-isforzi ta’ mobilizzazzjoni tal-Federazzjoni Russa biex jappoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Minbarra r-rwol tiegħu fil-grupp ta’ ħidma, huwa l-mexxej tal-Union of Paratroopers of Russia u huwa kofundatur tal-All-Russia “Young Army” Military Patriotic Social Movement (Yunarmiya).
Għalhekk, Valeriy Vostrotin huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
|
|
Individwi assoċjati: Bekkhan Abdulkhamidovich Barakhoyev (Бекхан Абдулхамидович Барахоев), assistent fi żmien Vostrotin bħala Deputat tal-iState Duma 2004-2011 (elenkat mill-UE mit-23.2.2022)
Entitajiet assoċjati: All-Russia “Young Army” Military Patriotic Social Movement (Yunarmiya), elenkat mill-UE mill-21.7.2022
|
|
|
1505.
|
Alexander Nikolaevich ZAKHARENKO
(Александр Николаевич ЗАХАРЕНКО)
|
Data tat-twelid: 3.3.1979
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Segretarju tal-“working group special military operation” stabbilit b’digriet mill-President Putin; Direttur tad-Department for Interaction with State Authorities and Work with the Regions of the State Corporation Roscosmos; Viċi President tal-Public Council of “Roscosmos”
|
Alexander Zakharenko huwa membru u segretarju tal-grupp ta’ ħidma, stabbilit mill-President Putin f’Diċembru 2022, inkarigat bil-koordinazzjoni tal-isforzi ta’ mobilizzazzjoni tal-Federazzjoni Russa biex jappoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Minbarra r-rwol tiegħu fil-grupp ta’ ħidma, huwa kien id-Direttur tad-Dipartiment għall-Interazzjoni mal-Awtoritajiet Statali u l-Ħidma mar-Reġjuni tal-Korporazzjoni Statali Roscosmos (Department for Interaction with State Authorities and Work with the Regions of the State Corporation Roscosmos) mill-2015 ‘l hawn li juri l-esperjenza tiegħu fil-koordinazzjoni tar-relazzjonijiet interdipartimentali essenzjali għall-kompiti tal-grupp ta’ ħidma.
Għalhekk, Alexander Zakharenko huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1506.
|
Alexander Petrovich KOLMAKOV
(Александр Петрович КОЛМАКОВ.)
|
Data tat-twelid: 31.7.1955
Post tat-twelid: Korolyov, Moscow Oblast, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Membru tal-“working group special military operation” stabbilit b’digriet mill-President Putin; President tal-organizzazzjoni statali pubblika pan-Russa “Voluntary Society for Assistance to the Army, Aviation and Navy of Russia”; Kurunell Ġenerali rtirat
|
Alexander Kolmakov huwa membru tal-grupp ta’ ħidma, stabbilit mill-President Putin f’Diċembru 2022, inkarigat bil-koordinazzjoni tal-isforzi ta’ mobilizzazzjoni tal-Federazzjoni Russa biex jappoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Minbarra r-rwol tiegħu fil-grupp ta’ ħidma, huwa jservi bħala l-president tal-organizzazzjoni statali pubblika pan-Russa Soċjetà Volontarja għall-Assistenza lill-Armata, lill-Forzi tal-Ajru u l-Forzi Navali tar-Russja (Voluntary Society for Assistance to the Army, Aviation and Navy of Russia) li taġixxi bħala ħolqa bejn il-militar u s-soċjetà Russi billi tiffaċilita r-reklutaġġ ta’ żgħażagħ fir-riżervi militari.
Għalhekk, Alexander Kolmakov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1507.
|
Andrey Andreevich MEDVEDEV
(Андрей Андреевич МЕДВЕДЕВ.)
|
Data tat-twelid: 14.12.1975
Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Membru tal-“working group special military operation” stabbilit b’digriet mill-President Putin; Viċi President tal-Moscow Dyma, ġurnalist, Viċi Direttur Ġenerali ta’ VGTRK
Numru tal-passaport, numru tal-identità nazzjonali, numri oħra tad-dokumenti tal-identità: 771373760000
|
Andrey Medvedev huwa membru tal-grupp ta’ ħidma, stabbilit mill-President Putin f’Diċembru 2022, inkarigat bil-koordinazzjoni tal-isforzi ta’ mobilizzazzjoni tal-Federazzjoni Russa biex jappoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Minbarra r-rwol tiegħu fil-grupp ta’ ħidma, huwa jservi bħala l-viċi president tad-Duma tal-Belt ta’ Moska u regolarment jidher bħala sostenitur vokali tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fir-rwol tiegħu bħala ġurnalist ta’ VGTRK.
Għalhekk, Medvedev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1508.
|
Evgeniy Evgenievich PODDUBNYY
(Евгений Евгеньевич ПОДДУБНЫЙ)
|
Data tat-twelid: 22.8.1983
Post tat-twelid: Belgorod, eks RSFSR, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Membru tal-“working group special military operation” stabbilit b’digriet mill-President Putin; Ġurnalista, korrispondent tal-Gwerra għal VGTRK
Numru tal-passaport: 14 02 828183
|
Evgeniy Poddubnyy huwa membru tal-grupp ta’ ħidma, stabbilit mill-President Putin f’Diċembru 2022, inkarigat bil-koordinazzjoni tal-isforzi ta’ mobilizzazzjoni tal-Federazzjoni Russa biex jappoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Minbarra r-rwol tiegħu fil-grupp ta’ ħidma, huwa jaħdem bħala korrispondent tal-gwerra għax-xandar tal-istat Russu VGTRK, fejn ixerred id-diżinformazzjoni u l-propaganda favur il-Kremlin dwar il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.
Għalhekk Evgeniy Poddubnyy huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1509.
|
Igor Yurievich CHAIKA
magħruf ukoll bħala Yurievich CHAYKA
(Игорь Юрьевич ЧАЙКА)
|
Data tat-twelid: 13.12.1988
Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Negozjant Russu
Individwi assoċjati: Yury Chaika (missier), Artem Chaika (ħuh)
Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: Unuri: Ċeritifikat tal-Mertu tal-President tal-Federazzjoni Russa
|
Igor Chaika huwa l-iben iż-żgħir ta’ Yuri Chaika, l-eks Prosekutur Ġenerali u r-Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tal-Kawkasu tat-Tramuntana.
Igor Chaika bena imperu kummerċjali enormi li jiddependi fuq kuntratti statali u bis-saħħa tal-pożizzjoni ta’ missieru. Huwa jwettaq ukoll attivitajiet kummerċjali fil-Krimea okkupata.
Mill-2022, Igor Chaika huwa l-President tal-Kunsill Pubbliku taħt Rossotrudnichestvo, korp eżekuttiv federali Russu responsabbli għall-għoti ta’ servizzi statali u l-ġestjoni tal-proprjetà tal-istat biex jappoġġa u jiżviluppa relazzjonijiet internazzjonali bejn il-Federazzjoni Russa u l-Istati Membri tal-Komunità ta’ Stati Indipendenti u pajjiżi barranin oħra.
Għalhekk, Igor Chaika qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ Yury Chaika u Rossotrudnichestvo.
|
23.6.2023
|
1510.
|
Artem Yurievich CHAIKA
magħruf ukoll bħala Artyom Chaika
magħruf ukoll bħala Artem CHAYKA
(Артем Юрьевич ЧАЙКА
magħruf ukoll bħala Артём Юрьевич ЧАЙКА)
|
Data tat-twelid: 25.9.1977
Post tat-twelid: eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa, Żvizzera
Sess: raġel
Funzjoni: Avukat u negozjant Russu
Individwi assoċjati: Yury Chaika (missier), eks Prosekutur Ġenerali tar-Russian Federation (deżinjat fil-21.7.2022), Igor Chaika (ħuh)
|
Artem Chaika huwa l-iben il-kbir ta’ Yury Chaika, l-eks Prosekutur Ġenerali u r-Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali tal-Kawkasu tat-Tramuntana. Huwa bena n-negozji tiegħu prinċipalment fuq il-kuntratti statali matul iż-żmien meta missieru kien il-Prosekutur Ġenerali. Il-kumpaniji ta’ Artem Chaika ripetutament rebħu offerti ta’ akkwist pubbliku minħabba t-tneħħija ta’ kompetituri mill-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. Artem Chaika huwa sid il-kumpanija PNK-Ural, l-akbar fornitur ta’ ġebel imfarrak għal Russian Railways.
Ramzan Kadyrov, il-kap tar-Repubblika Ċeċena u l-alleat mill-qrib tal-President Putin, ħatar lil Artem Chaika bħala l-konsulent tiegħu għal kwistjonijiet umanitarji, soċjali u ekonomiċi f’Ottubru 2022.
Għalhekk, Artem Chaika qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ Ramzan Kadyrov.
|
23.6.2023
|
1511.
|
Aleksandr Ivanovich UDALTSOV
(Александр Иванович УДАЛЬЦОВ)
|
Data tat-twelid: 5.7.1951
Post tat-twelid: eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Id-Direttur Eżekuttiv tal-Fund for Support and Protection of the Rights of Compatriots Living Abroad (Pravfond)
Entitajiet assoċjati: The Foundation for Support and Protection of the Rights of Compatriots Living Abroad
|
Alexandr Udaltsov huwa d-Direttur Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għall-Appoġġ u l-Protezzjoni tal-Kompatrijotti li Jgħixu Barra (Foundation for Support and Protection of the Rights of Compatriots Living Abroad).
F’Jannar 2022, fil-laqgħa tal-Bord tal-Fiduċjarji tal-Fondazzjoni, Udaltsov innota li l-Fond sar tip ta’ struttura unika tas-“setgħa ta’ persważjoni” tar-Russja, li għandha impatt sinifikanti fuq il-kompatrijotti u l-organizzazzjonijiet tagħhom madwar id-dinja. Fi Frar 2022, fil-ftuħ tal-wirja “Reati tal-Gwerra u Ksur tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-Ukrajna (2017-2020)”, huwa enfasizza li huwa estremament importanti li d-dinja kollha tiġi mgħarrfa bil-verità dwar n-natura kriminali u l-prattika misantropika tar-reġim ta’ Kiev, essenzjalment il-bidu tal-aggressjoni uffiċjali ta’ Kiev kontra r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Lugansk. Fit-28 ta’ Frar 2022, fil-vidjokonferenza ospitata mill-International Association of Russian-Speaking Lawyers (MARA), Udaltsov esprima l-appoġġ tiegħu għall-pożizzjoni tal-President Putin u li r-Russja kienet imġiegħla tieħu d-deċiżjoni li tirrikonoxxi r-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk u r-Repubblika tal-Poplu ta’ Lugansk u tniedi operazzjoni militari speċjali. Huwa stieden lill-parteċipanti tal-konferenza biex jikkontribwixxu sabiex tiġi ċċarata l-pożizzjoni ta’ Moska.
|
23.6.2023
|
|
|
|
Għalhekk, Alexandr Udaltsov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni b’mod attiv ta’ azzjonijiet jew politika li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
|
1512.
|
Sergey Alexandrovich KARAGANOV
(Сергей Александрович КАРАГАНОВ)
|
Data tat-twelid: 10.9.1952
Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Membru tal-Presidential Council for Civil Society and Human Rights; Superviżur Xjentifiku tal-Faculty of World Economy and International Affairs, Higher School of Economics;President Onorarju tal-Presidju tal-Council on Foreign and Defense Policy (SVOP)
Individwi assoċjati: Valery Fadeyev
|
Sergey Karaganov huwa xjenzat politiku Russu, president onorarju tal-Presidju tal-Kunsill dwar il-Politika Barranija u d-Difiża (Council on Foreign and Defense Policy - SVOP), u membru tal-Kunsill Presidenzjali għas-Soċjetà Ċivili u d-Drittijiet tal-Bniedem (Presidential Council for Civil Society and Human Rights). Mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa ġġustifika l-invażjoni tar-Russja u xerred il-propaganda Russa dwar il-gwerra, filwaqt li sostna li l-Punent huwa lest li jeqred ir-Russja u li l-azzjonijiet militari għandhom l-għan li jiddenazifikaw lill-Ukrajna u jilliberaw ir-reġjun ta’ Donbass.
Għalhekk, Sergey Karaganov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1513.
|
Rizvan Abdulayevich ZUBAIROV
Ризван Абдуллаевич ЗУБАИРОВ
|
Data tat-twelid: 18.7.1979
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Imħallef tal-Qorti Militari tad-Distrett tan-Nofsinhar (Southern District Military Court) f’Rostov-on-Don
Indirizz: Rostov-on-Don, pr-kt. Mikhail Nagibin 31B, apt. 40
Numru tal-passaport: 3914864377, maħruġ fl-10.4.2015
|
Rizvan Zubairov huwa mħallef tal-Qorti Militari tad-Distrett tan-Nofsinhar f’Rostov-on-Don. Huwa ħa deċiżjonijiet politikament motivati kontra ċ-ċittadini Ukreni li opponew l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol.
Huwa kkundanna għal 14-il sena ħabs lil Server Mustafayev – Tatar tal-Krimea li huwa difensur tad-drittijiet tal-bniedem u ġurnalist ċiviku li serva bħala l-koordinatur tal-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili Crimean Solidarity, soċjetà ċivili li ssegwi u tiddokumenta r-repressjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-awtoritajiet Russi li qed jokkupaw lill-Krimea annessa illegalment.
Għalhekk, Rizvan Zubairov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1514.
|
Roman Viktorovich SAPRUNOV
(Роман Викторович САПРУНОВ)
|
Data tat-twelid: 23.3.1973
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Imħallef tal-Qorti Militari tad-Distrett tan-Nofsinhar (Southern District Military Court) f’Rostov-on-Don
|
Roman Saprunov huwa mħallef tal-Qorti Militari tad-Distrett tan-Nofsinhar (Southern District Military Court) f’Rostov-on-Don. Huwa ħa deċiżjonijiet politikament motivati kontra ċ-ċittadini Ukreni li opponew l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol.
Huwa kkundanna għal 12-il sena ħabs lil Emir-Usein Kuku – attivist Tatar tal-Krimea mill-Grupp ta’ Kuntatt dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Krimea (Crimean Human Rights Contact Group) li jsegwi l-għajbien furzat fil-Krimea u Sevastopol annessi illegalment.
Għalhekk, Roman Saprunov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1515.
|
Viktor Ivanovich ZINKOV
(Виктор Иванович ЗИНЬКОВ)
|
Data tat-twelid: 9.4.1970
Nazzjonalità: Ukrena, Russa
Sess: raġel
Funzjoni: Imħallef tas-“Supreme Court of the Republic of Crimea”
Indirizz: Crimea, Simferopol, Krylova 37/72 app. 102, Ukraine
Numru tal-passaport: Passaport tal-Federazzjoni Russa nru. 3914857478, maħruġ fl-20.4.2015
|
Viktor Zinkov huwa mħallef tal-“Qorti Suprema tar-Repubblika tal-Krimea” stabbilita mill-forza okkupanti tar-Russja fil-Krimea annessa illegalment.
Huwa ħa deċiżjonijiet politikament motivati kontra ċ-ċittadini Ukreni li opponew l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol. Huwa kkundanna għal 17-il sena ħabs lil Nariman Dzhelyal, politiku Tatar tal-Krimea favur l-Ukrajna, attivist u Viċi President tal-Mejlis Tatari tal-Krimea.
Għalhekk, Viktor Zinkov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1516.
|
Tatyana Anatolyevna MANEZHINA
magħrufa wkoll bħala Tetyana Anatoliivna MANEZHYNA
(bir-Russu: Татьяна Анатольевна МАНЕЖИНА)
(bl-Ukren: Тетяна Анатолiївна МАНЕЖИНА)
|
Funzjoni: L-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Kultura tar-Repubblika tal-Krimea”
Data tat-twelid: 14.6.1963
Post tat-twelid: Kopeysk, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Ukrena, Russa
Sess: mara
|
Tetyana Manezhyna nħatret f’Diċembru 2021 bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Kultura tar-Repubblika tal-Krimea”. Billi taċċetta dan ir-rwol, hija qed taħdem mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-awtoritajiet Ukreni fil-peniżola tal-Krimea annessa illegalment. Hija kompliet twettaq azzjonijiet fl-hekk imsejjaħ Ministeru, kif instigata mill-predeċessur tagħha. Taħt it-tmexxija u l-kontroll tagħha, hija responsabbli għal azzjonijiet kontra l-wirt kulturali u l-monumenti tat-Tatari tal-Krimea, li jitwettqu bi ksur tad-dritt internazzjonali u mingħajr għarfien espert xieraq, li b’hekk dgħajfu l-legat kulturali tal-Krimea.
Billi assumiet u aġixxiet f’dan ir-rwol, Tetyana Manezhyna hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1517.
|
Natalya Leonidovna DESYATOVA
(bir-Russu: Наталья Леонидовна ДЕСЯТОВА
bl-Ukren: Наталя Леонiдiвна ДЕСЯТОВА)
|
Funzjoni: L-hekk imsejjaħ Direttur tal-Kherson Fine Arts Museum
Data tat-twelid: 11.7.1966
Post tat-twelid: Kherson, eks USSR (issa Ukraine)
Nazzjonalità: Russa
Sess: mara
|
Natalya Desyatova nħatret f’Lulju 2022 bħala d-direttur tal-Mużew tal-Belle Arti ta’ Kherson (Kherson Fine Arts Museum) mill-awtoritajiet Russi. Meta Kherson kien għadu taħt il-kontroll tal-Forzi Armati Russi, f’Ottubru u Novembru 2022 il-proprjetà kulturali tal-Mużew tal-Belle Arti ta’ Kherson tneħħiet mill-mużew u ttieħdet illegalment f’Simferopol, fil-Krimea annessa illegalment. Dan sar taħt il-kontroll ta’ Desyatova u bl-assistenza tal-forzi tas-sigurtà Russi.
Billi assumiet u aġixxiet f’dan ir-rwol, Natalya Desyatova hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1518.
|
Tatiana Georgievna BRATCHENKO
magħrufa wkoll bħala Tetiana Georgiivna BRATCHENKO
(bir-Russu: Татьяна Георгиевна БРАТЧЕНКО
bl-Ukren: Тетяна Георгiївна БРАТЧЕНКО)
|
Funzjoni: Direttur tal-Kherson Regional Museum
Data tat-twelid: 17.11.1949
Nazzjonalità: Ukrena
Sess: mara
Numru tal-passaport, numru tal-identità nazzjonali, numri oħra tad-dokumenti tal-identità: Numru tal-passaport Ukren: 058980
|
Tatiana Bratchenko kienet id-direttur tal-Mużew Reġjonali ta’ Kherson (Kherson Regional Museum). F’dan ir-rwol, hija volontarjament u deliberatament għenet lill-forzi tas-sigurtà Russi biex ibattlu l-mużew mill-artefatti tiegħu. Hija appoġġat pubblikament il-kontroll tar-Russja fuq ir-reġjun ta’ Kherson u appoġġat l-annessjoni illegali tat-territorju.
Tatiana Bratchenko hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1519.
|
Natalia Aleksandrovna KAPUSTNIKOVA
(bir-Russu: Наталья Александровна КАПУСТНИКОВА
bl-Ukren: Наталi Олександрiвна КАПУСНИКОВА)
|
Funzjoni: Direttur tal-Mariupol Museum of Local History
Data tat-twelid: 12.8.1977
Post tat-twelid: Mariupol, eks USSR (issa Ukraine)
Sess: mara
|
Natalya Kapustnikova hija d-direttur tal-Mużew tal-Istorja Lokali ta’ Mariupol (Mariupol Museum of Local History). Hija skopriet is-sit tax-xogħlijiet tal-arti mill-Mużew tal-Arti “Kuindzhi” ta’ Mariupol u tat dawk ix-xogħlijiet b’mod volontarju lill-awtoritajiet Russi, li ffaċilitaw it-trasferiment tagħhom għall-Mużew tal-Istorja Lokali ta’ Donetsk. Dan sar mingħajr l-għarfien jew il-kunsens tal-awtoritajiet Ukreni jew tad-Direttur tal-Mużew tal-Arti “Kuindzhi”.
Billi aġixxiet f’dan ir-rwol, Natalya Kapustnikova hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1520.
|
Andrei Vitalyevich MALGIN
(Андрей Витальевич МАЛЬГИН)
|
Funzjoni: Direttur tas-Central Museum of Taurida f’Simferopol
Data tat-twelid: 11.6.1965
Post tat-twelid: Simferopol, eks USSR (issa Ukraine)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Andrei Malgin huwa d-direttur tal-Mużew Ċentrali (Central Museum) ta’ Taurida f’Simferopol, fil-Krimea annessa illegalment. Ix-xogħlijiet tal-arti ġew trasferiti mill-Mużew tal-Belle Arti ta’ Kherson (Kherson Fine Art Museum) lill-Mużew Ċentrali ta’ Taurida f’Simferopol, fejn bħalissa qed jinżammu taħt il-kontroll tiegħu.
Billi aġixxa f’dan ir-rwol, Andrei Malgin huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1521.
|
Alexey Vasilyevich TENSIN
(bir-Russu: Алексей Васильевич ТЕНСИН)
(bl-Ukren: Олексiй Васильович ТЕНСIН)
|
Funzjoni: Direttur tal-kumpanija b’ishma konġunti “PMC Wagner Centre”
Data tat-twelid: 28.11.1971
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Entitajiet assoċjati: Wagner Group
|
Alexey Tensin huwa l-Kap Eżekuttiv Uffiċjali maħtur tal-kumpanija b’ishma konġunti “PMC Wagner Centre”, impriża kummerċjali Russa li għandha l-għan li tappoġġa l-investiment u l-innovazzjoni tas-settur privat sabiex tappoġġa u ssaħħaħ il-kapaċitajiet tad-difiża tar-Russja.
Billi assuma u aġixxa f’dan ir-rwol, Alexey Tensin huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1522.
|
Alexander Alexandrovich TRONIN
(Александр Александрович ТРОНИН)
|
Funzjoni: Fundatur u maniġer tal-grupp taż-żgħażagħ “Wagnerenok”, magħruf ukoll bħala “Leader”
Data tat-twelid: 20.5.2004
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Numru tal-passaport: 4018037770
Individwi assoċjati: Yevgeniy Viktorovich Prigozhin
Entitajiet assoċjati: Wagner Group
|
Alexander Tronin huwa l-fundatur u l-kuratur ta’ fergħa taż-żgħażagħ tal-PMC Wagner Group, li topera fil-bini tal-PMC Wagner Centre. L-għan ewlieni ta’ dan il-klabb, li qabel kien jissejjaħ “Wagnerenok” u attwalment “Leader” huwa li jirrekluta żgħażagħ Russi li jixtiequ jappoġġaw il-Forzi Armati Russi fl-Ukrajna kif ukoll l-attivitajiet tal-PMC Wagner Group innifsu. Fl-ambitu tal-PMC Wagner Group, dawn jistgħu jkunu involuti fi proġetti, bħall-iżvilupp u l-kontroll ta’ vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ, li qed jintużaw mir-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna.
Billi assuma u aġixxa f’dan ir-rwol, Alexander Tronin huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1523.
|
Sergei Fedorovich RUDSKOY
(Сергей Федорович РУДСКОЙ)
|
Funzjoni: Kap tal-Main Operational Directorate of the General Staff of the Armed Forces of the Russian Federation; Kurunell Ġeneral
Data tat-twelid: 2.10.1960
Post tat-twelid: Mykolaiv, eks USSR (issa Ukraine)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
IlKurunell Ġeneral Sergei Rudskoy huwa l-Kap tad-Direttorat Operazzjonali Prinċipali tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati (Main Operational Directorate of the General Staff of the Armed Forces) tal-Federazzjoni Russa mill-2015. Fost ir-responsabbiltajiet tiegħu, id-Direttorat Operazzjonali Prinċipali jissorvelja l-ippjanar strateġiku u operazzjonali għall-użu mill-Forzi Armati, inkluż il-kontroll operazzjonali tat-truppi fi żmien ta’ paċi u ta’ gwerra. Għalhekk, id-Direttorat jikkontribwixxi direttament għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jiffaċilitaha.
Billi assuma u aġixxa f’dan ir-rwol, il-Kurunell Ġeneral Sergei Rudskoy huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1524.
|
Yevgeny Valeryevich NIKIFOROV
(Евгений Валерьевич НИКИФОРОВ)
|
Funzjoni: Kmandant tal-Western Military District; Kurunell Ġeneral
Data tat-twelid: 1.1.1970
Post tat-twelid: Aksha, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Minn Jannar 2023, il-Kurunell Ġeneral Yevgeny Nikiforov huwa l-Kmandant tad-Distrett Militari tal-Punent (Western Military District) tal-Federazzjoni Russa. Taħt il-kmand tiegħu, il-Forzi Armati Russi, inkluż it-truppi tad-Distrett Militari tal-Punent, qed ikomplu bl-attakki tagħhom kontra l-Ukrajna, fil-kuntest tal-gwerrata’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Billi assuma u aġixxa f’dan ir-rwol, il-Kurunell Ġeneral Yevgeny Nikiforov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1525.
|
Sergei Yuryevich KUZOVLEV
(Сергей Юрьевич КУЗОВЛЕВ)
|
Funzjoni: Kmandant tas-Southern Military District of the Russian Federation; Kurunell Ġeneral
Data tat-twelid: 7.1.1967
Post tat-twelid: Mishurinsk, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Il-Kurunell Ġeneral Sergei Kuzovlev huwa l-Kmandant tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar tal-Federazzjoni Russa mit-23 ta’ Jannar 2023. Taħt il-kmand u l-kontroll tiegħu, il-Forzi Armati Russi, inkluż it-truppi tad-Distrett Militari tan-Nofsinhar, huma impenjati fil-ġlied fl-Ukrajna.
Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, il-Kurunell Ġeneral Sergei Kuzovlev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1526.
|
Andrey Nikolayevich MORDVICHEV
(Андрей Николаевич МОРДВИЧЕВ)
|
Funzjoni: Kmandant tas-Central Military District of the Russian Federation; Logutenent Ġeneral
Data tat-twelid: 14.1.1976
Post tat-twelid: Pavlodar, eks USSR (issa Kazakhstan)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Il-Logutenent Ġeneral Andrey Mordichev huwa l-Kmandant tad-Distrett Militari Ċentrali tal-Federazzjoni Russa mis-17 ta’ Frar 2023. Taħt il-kmand u l-kontroll tiegħu, il-Forzi Armati Russi, inkluż it-truppi tad-Distrett Militari Ċentrali, huma impenjati fil-ġlied fl-Ukrajna.
Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, il-Logutenent Ġeneral Andrey Mordichev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1527.
|
Aleksandr Pavlovich LAPIN
(Александр Павлович ЛАПИН)
|
Funzjoni: Kap Kmandant tar-Russian Ground Forces; Kurunell Ġeneral
Data tat-twelid: 1.1.1964
Post tat-twelid: Kazan, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Numru tal-Passaport jew tal-Karta tal-Identità: serje 1808 Nru 233282
Numru ta’ Identifikazzjoni tat-Taxxa: 344407793386
|
Il-Kurunell Ġeneral Aleksandr Lapin huwa l-Kap tal-Persunal tal-Forzi tal-Art Russi mill-10 ta’ Jannar 2023. F’din il-kapaċità, huwa l-Kap Kmandant tat-truppi Russi fuq l-art li qed jipparteċipaw direttament fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Qabel kien il-Kmandant tad-Distrett Militari Ċentrali tal-Federazzjoni Russa, inkluż matul il-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna. Bħala tali, huwa kkmanda l-offensiva Russa tal-2022 fid-direzzjonijiet ta’ Chernihiv u Sumy.
Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, il-Kurunell Ġeneral Aleksandr Lapin huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1528.
|
Tatyana Viktorovna SHEVTSOVA
(Татьяна Викторовна ШЕВЦОВА)
|
Funzjoni: Viċi Ministru tad-Difiża tar-Russian Federation
Data tat-twelid: 22.7.1969
Post tat-twelid: Kozelsk, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: mara
|
Tatyana Shevtsova hija Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, responsabbli għall-baġit u l-attivitajiet finanzjarji tal-Ministeru. Hija tissorvelja l-ġestjoni tar-riżorsi u hija responsabbli għall-pagamenti lil suldati mobilizzati, fil-ġlieda kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-finanzjaturi militari taħt il-kontroll tagħha qed jidderieġu r-riżorsi lejn it-territorji annessi illegalment tal-Ukrajna.
Billi ħadet u aġixxiet f’din il-kapaċità, Tatyana Shevtsova hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1529.
|
Yevgeniy Vladimirovich BURDINSKIY
(Евгений Владимирович БУРДИНСКИЙ)
|
Funzjoni: Kap tal-Main Organisational and Mobilization Directorate of the General Staff of the Armed Forces of the Russian Federation; Viċi Kap tal-General Staff of the Armed Forces of the Russian Federation; Kurunell Ġeneral
Data tat-twelid: 25.8. 1960
Post tat-twelid: Belogorsk, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Il-Kurunell Ġeneral Yevgeny Burdinsky huwa l-Kap tad-Direttorat Prinċipali għall-Organizzazzjoni u l-Mobilizzazzjoni tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa u l-Viċi Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. F’dan ir-rwol, huwa direttament responsabbli biex jgħin jiffaċilita l-mobilizzazzjoni taċ-ċittadini Russi fil-gwerra.
Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, il-Kurunell Ġeneral Yevgeny Burdinsky huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1530.
|
Viktoria Alexandrovna SERDYUKOVA
(Виктория Александровна СЕРДЮКОВА)
|
Funzjoni: L-hekk imsejjaħ “Commissioner for Human Rights in the Luhansk People’s Republic”
Data tat-twelid: 9.6.1981 jew 1982
Post tat-twelid: Severodonetsk, eks USSR (issa Ukraine)
Nazzjonalità: Russa
Sess: mara
|
Viktoria Serdyukova ilha l-hekk imsejħa “Commissioner for Human Rights in the Luhansk People’s Republic” mill-5 ta’ Ottubru 2021. F’dan ir-rwol, hija appoġġat il-gwerra ta’ aggfressjoni li r-Russja nediet kontra l-Ukrajna fl-24 ta’ Frar 2022. Hija appoġġat l-annessjoni illegali tat-territorju ta’ Luhansk u l-adozzjoni tal-leġiżlazzjoni Russa f’dak it-territorju u f’territorji oħra annessi illegalment.
Billi ħadet u aġixxiet f’din il-kapaċità, Viktoria Serdyukova hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1531.
|
Yevgeniy Ivanovich DIETRICH
magħruf ukoll bħala Yevgeny Ivanovich DITRIKH
(Евгений Иванович ДИТРИХ)
|
Funzjoni: Direttur Ġenerali tal-JSC GTLK
Data tat-twelid: 8.9.1973
Post tat-twelid: Mytishchi, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Entitajiet assoċjati: JSC GTLK
|
Yevgeniy Dietrich huwa d-direttur ġenerali tal-kumpanija b’ishma konġunti “State Transport Leasing Company” (JSC GTLK), li hija kollha proprjetà tal-Ministeru tat-Trasport tal-Federazzjoni Russa. Bħala kumpanija tal-istat, GTLK qed tibbenefika finanzjarjament mill-Gvern u tipprovdi wkoll servizzi fil-Krimea annessa illegalment u fil-Belt ta’ Sevastopol.
Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, Yevgeniy Dietrich huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1532.
|
Semyon Vladimirovich PEGOV
(Семён Владимирович ПЕГОВ)
|
Funzjoni: Blogger militari
Data tat-twelid: 9.9. 1985
Post tat-twelid: Smolensk, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: TIN: 673110457100
|
Semyon Pegov huwa blogger militari Russu u jmexxi wieħed mill-aktar mezzi tal-media soċjali popolari fir-Russja favur il-gwerra, WarGonzo. Huwa spiss jidher fil-media Russa kkontrollata mill-istat. Semyon Pegov u WarGonzo jxerrdu propaganda kontra l-Ukrajna u jippromwovu l-militar Russu u l-PMC Wagner, u juru l-forzi Ukreni bħala Nazis u jxerrdu informazzjoni falza dwar laboratorji bijoloġiċi tan-NATO f’Mariupol.
Semyon Pegov jipparteċipa b’mod attiv fl-inizjattivi tal-awtoritajiet Russi li jippromwovu l-gwerra u l-mobilizzazzjoni u ġie ppremjat mill-awtoritajiet Russi.
Għalhekk, Semyon Pegov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1533.
|
Aleksandra Vladimirovna KOSTERINA/
magħrufa ukoll bħala Aleksandra Vladimirovna KOSHARNITSKAYA/
magħrufa ukoll bħala Aleksandra Vladimirovna KOSHARNITSKAYA KOSTERINA
(Александра Владимировна КОШАРНИЦКАЯ/КОСТЕРИНА)
|
Funzjoni: L-ewwel Viċi Direttur Ġenerali, Direttur tad-Direttorat tal-Informazzjoni u Kap Editur ta’ NTV.
Data tat-twelid: 26.2. 1980
Post tat-twelid: Krasnodar, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: mara
|
Aleksandra Kosterina (Kosharnitskaya) hija l-Ewwel Viċi Direttur Ġenerali, Direttur tad-Direttorat tal-Informazzjoni u Kap Editur ta’ NTV (HTB), stazzjon televiżiv Russu ewlieni li huwa kontroll dirett tal-Federazzjoni Russa.
NTV jamplifika u jappoġġa l-politiki tal-awtoritajiet Russi permezz tal-attivitajiet ta’ propaganda tiegħu. Matul il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, NTV kien fost l-aktar strumenti attivi u prominenti fit-tixrid tan-narrattiva tal-Kremlin u appoġġa l-gwerra b’kummentarji aggressivi u informazzjoni mhux ivverifikata.
Bħala Viċi Direttur Ġenerali, Direttur tad-Direttorat tal-Informazzjoni u l-Kap Editur, Aleksandra Kosterina (Kosharnitskaya) għandha influwenza diretta fuq il-kontenut fuq NTV u l-mod kif jinforma lin-nies dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-azzjonijiet li jieħu l-gvern Russu.
Għalhekk, Aleksandra Kosterina (Kosharnitskaya) hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna
|
23.6.2023
|
1534.
|
Olga Nikolaevna BELOVA
(Ольга Николаевна БЕЛОВА)
|
Funzjoni: Preżentatriċi tal-istazzjon televiżiv Zvezda
Data tat-twelid: 19.7. 1976
Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa l-Federazzjoni Russa)
Nazzjonalità: Russa
Sess: mara
Individwi assoċjati: Aleksei Viktorovich PIMANOV
Entitajiet assoċjati: Open Joint Stock Company TV and Radio Company of the Armed Forces of the Russian Federation “Zvezda”
ОАО ТРК ВС РФ “ЗВЕЗДА”
|
Olga BELOVA hija propagandista li taħdem fuq TV Zvezda, strument tal-Forzi Armati Russi. Hija tippreżenta l-programmi ewlenin ta’ TV Zvezda, li regolarment ixerrdu diżinformazzjoni dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, idgħajfu l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna, u jipprovdu appoġġ kruċjali mill-media għall-politika tal-Kremlin. B’mod partikolari, hija xerrdet diżinformazzjoni li l-Ukreni huma Nazisti li qed jħejju wkoll bombi bijoloġiċi u kimiċi kontra r-Russi.
Hija wkoll membru ta’ bord ta’ tmexxija tal-organizzazzjoni “Mother of Russia”, li tappoġġa l-gwerra fta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.
Għalhekk, Olga BELOVA hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1535.
|
Andrey Olegovich KONDRASHOV
(Андрей Олегович КОНДРАШОВ)
|
Funzjoni: L-Ewwel Viċi Direttur Ġeneral ta’ All-Russia StateTelevision and Radio Broadcasting Company (VGTRK)
Data tat-twelid: 30.6. 1973
Post tat-twelid: Alma-Ata, eks USSR (issa Kazakhstan)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Andrey Kondrashov huwa l-Ewwel Viċi Direttur Ġenerali ta’ All-Russia Television and Radio Broadcasting Company (VGTRK), l-akbar korporazzjoni tal-media tar-Russja.
Qabel ma sar l-Ewwel Viċi Direttur ta’ VGTRK, huwa ħadem bħala segretarju tal-istampa tal-kwartieri ġenerali tal-kampanja ta’ Putin u kiteb “dokumentarji” bħal “Crimea. The Way Home” u “Putin”. Huwa rċieva l-premju tal-Ordni ta’ Ħbiberija mill-President Putin għal “professjonaliżmu kbir u oġġettività fir-rappurtar ta’ avvenimenti fir-Repubblika tal-Krimea” f’Mejju 2014.
Huwa kien inkarigat mill-politika ta’ informazzjoni ta’ VGTRK u d-direttur tal-programm Vesti - News. Matul il-gwerra kontra l-Ukrajna, stazzjonijiet televiżi u partijiet oħra tal-kumpanija VGTRK kienu fost l-aktar strumenti attivi u importanti fit-tixrid tan-narrattiva tal-Kremlin u li tappoġġa l-gwerra b’kummentarji aggressivi, li jdgħajfu l-integrità territorjali tal-Ukrajna u jappoġġaw l-annessjoni illegali tal-Krimea.
|
23.6.2023
|
|
|
|
Peress li huwa wieħed mill-eżekuttivi ewlenin tagħha, Andrey Kondrashov huwa direttament responsabbli għall-azzjonijiet ta’ din il-korporazzjoni tal-media. Bħala l-Ewwel Viċi Direttur Ġenerali inkarigat mill-informazzjoni u x-xandir politiku, huwa għandu influwenza diretta fuq il-mod kif VGTRK tinforma lin-nies dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-passi li jieħu l-Gvern Russu.
Għalhekk, Andrey Kondrashov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
|
1536.
|
Mikhail Vladimirovich LEONTYEV
(Михаил Владимирович ЛЕОНТЬЕВ)
|
Funzjoni: Ġurnalist, Preżentatur tat-TV fuq Perviy Kanal, Segretarju tal-istampa ta’ “Rosneft”
Data tat-twelid: 12.10. 1958
Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa l-Federazzjoni Russa)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Mikhail Leontyev huwa propagandista fuq Pervyi Kanal (Channel One), stazzjon televiżiv Russu ewlieni li huwa taħt il-kontroll dirett permanenti tal-Federazzjoni Russa. Pervyi Kanal jamplifika u jappoġġa l-politiki tal-awtoritajiet Russi permezz tal-attivitajiet ta’ propaganda tiegħu. Matul il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, Pervyi Kanal kien fost l-aktar strumenti attivi u prominenti fit-tixrid tan-narrattiva tal-Kremlin u li tappoġġa l-gwerra b’kummentarji aggressivi u li jdgħajfu l-integrità territorjali tal-Ukrajna, tappoġġa l-annessjoni illegali tal-Krimea, u l-gwerra ta’ aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa wkoll viċi president u segretarju tal-istampa ta’ Rosneft. Mill-1999 ‘l hawn huwa kien l-awtur u preżentatur ta’ programm emblematiku “Odnako” fuq Pervyi Kanal, fejn regolarment idgħajjef l-istat tal-Ukrajna u jiġġustifika l-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.
Għalhekk, Mikhail Leontyev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1537.
|
Rifat Abdulvagapovich SABITOV
(Рифат Абдулвагапович САБИТОВ)
|
Funzjoni: Viċi Direttur Ġenerali ta’ All-Russia StateTelevision and Radio Broadcasting Company (VGTRK), President tal-Commission for the Development of the Information Society, Mass Media and Mass Communications of Civic Chamber of the RF
Data tat-twelid: 30.4. 1956
Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Rifat Sabitov huwa l-Viċi Direttur Ġenerali ta’ All-Russia Television and Radio Broadcasting Company (VGTRK), l-akbar korporazzjoni tal-media tar-Russja. Matul il-gwerra kontra l-Ukrajna, stazzjonijiet televiżi u partijiet oħra tal-kumpanija VGTRK kienu fost l-aktar strumenti attivi u importanti fit-tixrid tan-narrattiva tal-Kremlin u li tappoġġa l-gwerra b’kummentarji aggressivi u informazzjoni mhux ivverifikata.
Peress li huwa wieħed mill-eżekuttivi ewlenin tagħha, Rifat Sabitov huwa direttament responsabbli għall-azzjonijiet ta’ VGTRK. Bħala Viċi Direttur Ġenerali huwa għandu influwenza diretta fuq il-mod kif VGTRK jinforma lin-nies dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-passi li jieħu l-gvern Russu.
Barra minn hekk, huwa involut b’mod attiv fit-tiswir tal-ambjent ta’ informazzjoni restrittiva fir-Russja bħala President tal-Commission for the Development of the Information Society, Mass Media and Mass Communications of Civic Chamber tal-Federazzjoni Russa, President tal-Kunsill Pubbliku taħt il-Ministeru għall-Iżvilupp Diġitali tar-Russja u f’bosta korpi oħra.
|
23.6.2023
|
|
|
Individwi assoċjati: Oleg Dobrodeev,
Evgeniy Bekasov
Entitajiet assoċjati: All-Russia StateTelevision and Radio Broadcasting Company (VGTRK)
Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: TIN: 773314059364
|
Għalhekk, Rifat Sabitov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
|
1538.
|
Viktor Sergeevich SINEOK
(Виктор Сергеевич СИНЕОК)
|
Funzjoni: Korrispondent speċjali u artikolista tal-Multimedia Information Center (MIC) Izvestia
Data tat-twelid: 19.3. 1980
Post tat-twelid: Rostov on Don, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Individwi assoċjati: Balanova Svetlana Evgenievna, Tyulin (Tiulin) Vladimir Vladimirovich, Frolov Mikhail Evgenievich
|
Viktor Sineok huwa korrispondent u artikolista għaċ-Ċentru ta’ Informazzjoni Multimedjali (MIC) Izvestia, proġett tal-kumpanija tal-Grupp Nazzjonali tal-Media (NMG) li jipprovdi servizzi tal-aħbarijiet għall-Istazzjoni tat-TV REN, l-Istazzjon Five u l-gazzetta Izvestia.
Viktor Sineok ilu jxerred b’mod attiv il-propaganda u d-diżinformazzjoni marbutin mal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kemm qabel l-invażjoni sħiħa tal-24 ta’ Frar 2022 kif ukoll wara. Huwa ilu jippromwovi l-politiki u l-azzjonijiet tal-Kremlin, ifaħħar it-tmexxija Russa, jimmanipula l-informazzjoni dwar l-atroċitajiet imwettqa mill-armata Russa u jfaħħar l-annessjonijiet tar-reġjuni Ukreni.
|
23.6.2023
|
|
|
Entitajiet assoċjati: National Media Group.
Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: TIN: 616404561125
|
Huwa ħejja ripetutament rapporti u artikli li jippruvaw jikkonvinċu lill-udjenzi li l-informazzjoni dwar l-atroċitajiet Russi mwettqa f’postijiet bħal Bucha hija vvintata u mhux vera. Huwa kien qed jikkontribwixxi biex iqanqal il-mibegħda lejn l-Ukreni billi rrepeta d-diżinformazzjoni tal-Gvern Russu dwar il-ġenoċidju f’Donbas u jċaħħad l-indipendenza tal-Ukrajna. Fir-rapporti tiegħu, huwa kien qed javvanza l-biċċa l-kbira tan-narrattivi ewlenin ta’ diżinformazzjoni Russi dwar l-Ukrajna, inkluż dik dwar il-laboratorji bijoloġiċi immexxija mill-Istati Uniti fil-pajjiż.
Għalhekk, Viktor Sineok qed jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
|
1539.
|
Boris Georgievich YANOVSKY
(Борис Георгиевич ЯНОВСКИЙ)
|
Funzjoni: Produttur Eżekuttiv ta’ Zvezda TV channel
Data tat-twelid: 25.10. 1968
Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Individwi assoċjati: Aleksei Viktorovich Pimanov
|
Boris Yanovsky huwa propagandist u l-produttur ġenerali ta’ TV Zvezda. Bħala l-produttur ġenerali, Yanovsky huwa responsabbli għall-produzzjoni u l-promozzjoni tal-kontenut għal TV Zvezda, li regolarment ixerred id-diżinformazzjoni dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja li għaddejja kontra l-Ukrajna u jipprovdi appoġġ kruċjali mill-media għall-politika tal-Kremlin. Bħala produttur ġenerali ta’ TV Zvezda, huwa involut fit-tixrid tad-diżinformazzjoni li l-Ukreni huma Nazisti u qed iħejju bombi bijoloġiċi u kimiċi li ser jintużaw kontra r-Russi.
Għall-attivitajiet tiegħu, Yanovsky ġie ppremjat personalment il-midalja “Għat-Tisħiħ tal-Ġlieda kontra l-Commonwealth”.
Għalhekk, Boris Yanovsky huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1540.
|
Anton Andreevich ZLATOPOLSKIY
(Антон Андреевич ЗЛАТОПОЛЬСКИЙ)
|
Funzjoni: L-Ewwel Viċi Direttur Ġeneral ta’ All-Russia StateTelevision and Radio Broadcasting Company (VGTRK); Direttur Ġeneral ta’ Rossiya 1 TV Channel
Data tat-twelid: 12.9. 1966
Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Individwi assoċjati: Oleg Dobrodeev,
Evgeniy Bekasov
Entitajiet assoċjati: All-Russia StateTelevision and Radio Broadcasting Company (VGTRK)
Informazzjoni oħra għall-identifikazzjoni: TIN: 772903574300
|
Anton Zlatopolskiy huwa l-Ewwel Viċi Direttur Ġenerali ta’ All-Russia Television and Radio Broadcasting Company (VGTRK), l-akbar korporazzjoni tal-media tar-Russja. Huwa wkoll Direttur Ġenerali fit-tul tal-istazzjoni televiżiv Rossiya 1. Matul il-gwerra ta’ agressjoni kontra l-Ukrajna, stazzjonijiet televiżi u partijiet oħra tal-kumpanija VGTRK kienu fost l-aktar strumenti attivi u importanti fit-tixrid tan-narrattiva tal-Kremlin u li tappoġġa l-gwerra b’kummentarji aggressivi u informazzjoni mhux ivverifikata.
Bħala l-Ewwel Viċi Direttur Ġenerali għal żmien twil, huwa għandu influwenza diretta fuq il-mod kif VGTRK jinforma lin-nies dwar il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-passi li jieħu l-Gvern Russu. Huwa wkoll responsabbli għall-attivitajiet ta’ propoganda tal-istazzjoni televiżiv Rossiya 1.
Għalhekk, Anton Zlatopolskiy huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki, li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1541.
|
Aleksandr Viktorovich GUSEV
(bir-RussuАлександр Викторович ГУСЕВ)
(bl-Ukren: Олександр Вiкторович ГУСЄВ))
|
Funzjoni: Gvernatur tar-reġjun ta’ Voronezh
Data tat-twelid: 27.1. 1963
Post tat-twelid: Ozyerskoye, Kozelsky District, Kaluga Oblast, eks RSFSR, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Aleksandr Gusev huwa l-Gvernatur tar-reġjun ta’ Voronezh. F’dan ir-rwol, huwa kien responsabbli għad-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-reġjun ta’ Voronezh għall-adozzjoni illegali sussegwenti tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet tiegħu jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Aleksandr Gusev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1542.
|
Galina Anatolyevna PYATYKH
magħruf ukoll bħala PIATYKH
magħruf ukoll bħala “Galina Fifth”
(bir-Russu: Галина Анатольевна ПЯТЫХ)
(bl-Ukren: Галина Анатолiївна ПЯТИХ)
|
Funzjoni: Konsulent tal-Gvernatur tar-Reġjun ta’ Belgorod, Commissioner for Children’s Rights in Belgorod Region
Nazzjonalità: Russa
Data tat-twelid: 12.5.1970
Post tat-twelid: Dubovoe, Belgorod region, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: mara
|
Galina Pjatykh hija l-Konsulent tal-Gvernatur tar-Reġjun ta’ Belgorod u l-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-Reġjun ta’ Belgorod. F’dan ir-rwol, hija waħda mill-aktar persuni involuti fid-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta’ Galina Pyatykh jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Galina Pyatykh hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1543.
|
Irina Anatolyevna AGEEVA
(bir-Russu Ирина Анатольевна АГЕЕВА)
(bl-Ukren: Iрина Анатолiївна АГЕЄВА)
|
Funzjoni: Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-Reġjun ta’ Kaluga
Data tat-twelid: 29.12. 1976
Nazzjonalità: Russa
Sess: mara
|
Irina Ageeva hija l-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-Reġjun ta’ Kaluga. F’dan ir-rwol, hija waħda mill-aktar persuni involuti fid-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta’ Irina Ageeva jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Irina Ageeva hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1544.
|
Irina Aleksandrovna CHERKASOVA
(bir-Russu: Ирина Александровна ЧЕРКАСОВА)
(bl-Ukren: Iрина Олександрiвна ЧЕРКАСОВА)
|
Funzjoni: Il-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-Reġjun ta’ Rostov
Data tat-twelid: 1963
Post tat-twelid: Bataysk, Rostov region, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: mara
|
Irina Cherkasova hija l-Kummissarju għad-Drittijiet tat-Tfal fir-Reġjun ta’ Rostov. F’dan ir-rwol, hija waħda mill-aktar persuni involuti fit-trasport illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja u l-adozzjoni tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet ta’ Irina Cherkasova jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Irina Cherkasova hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1545.
|
Mansur Mussayevitch SOLTAEV
(bir-Russu: Мансур Муссаевич СОЛТАЕВ)
(bl-Ukren: Мансур Муссайович СОЛТАЄВ)
|
Funzjoni: Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem fir-Repubblika ta’ Chechen
Data tat-twelid: 13.6. 1978
Post tat-twelid: Saratov, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Mansur Soltaev huwa l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tar-Repubblika ta’ Chechen. F’dik il-kapaċità, huwa jservi bħala interlokutur ewlieni tal-gvern, li jippromwovi b’mod attiv narrattivi uffiċjali. Mansur Soltaev huwa responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, il-persekuzzjoni tal-militanti kontra l-gwerra u t-trażżin ta’ protesti kontra l-mobilizzazzjoni Russa tat-truppi. Huwa qed jipparteċipa wkoll fid-deportazzjoni ta’ persuni ċivili tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u fl-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” inkluż id-deportazzjoni ta’ tfal Ukreni lejn il-kampijiet ta’ taħriġ militari fiċ-Ċeċenja. L-azzjonijiet ta’ Mansur Soltaev jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Mansur Soltaev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1546.
|
Muslim Magomedovich KHUCHIEV
(bir-Russu: Муслим Магомедович ХУЧИЕВ)
(bl-Ukren: Муслим Магомедович ХУЧИЕВ)
|
Funzjoni: President tal-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċeċenja, President tal-grupp ta’ ħidma fil-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċeċenja
Data tat-twelid: 5.8. 1971
Post tat-twelid: Zakan-yurt, Achkhoy-Martanovsky disctrict, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Individwi assoċjati: Ramzan Kadyrov
|
Muslim Khuchiev huwa l-President tal-Gvern tar-Repubblika taċ-Ċeċenja. F’dan ir-rwol, Muslim Khuchiev huwa involut mill-qrib ma’ Ramzan Kadyrov fil-pjanijiet ta’ produzzjoni militari taċ-Ċeċenja għall-użu mill-Forzi Armati Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.
Mill-bidu tal-gwerra ta’ aggressjoni tal-Ukrajna, ir-Russja ttrasferiet ħafna ċittadini Ukreni lejn ir-Repubblika taċ-Ċeċenja. Muslim Khuchiev huwa wieħed mill-persuni ewlenin involuti fid-deportazzjoni bil-forza ta’ tfal Ukreni bil-forza lejn ir-Russja u l-adozzjoni illegali sussegwenti tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet tiegħu jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Muslim Khuchieva huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1547.
|
Vladimir Vladimirovich VLADIMIROV
(bir-Russu: Владимир Владимирович ВЛАДИМИРОВ)
(bl-Ukren: Володимир Володимирович ВЛАДIМIРОВ)
|
Funzjoni: Gvernatur ta’ Stavropol Krai (Region)
Data tat-twelid: 27.7. 1963
Post tat-twelid: Georgievsk, Stavropol Region, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Vladimir Vladimirov huwa l-Gvernatur ta’ Stavropol Krai. F’dan ir-rwol, huwa kien responsabbli għad-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-reġjun ta’ Stravapol Krai għall-adozzjoni illegali sussegwenti tagħhom minn familji Russi. L-azzjonijiet tiegħu jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Vladimir Vladimirov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1548.
|
Vladimir Mikhailovich MOROZOV
magħruf ukoll bħala Uladzimir Mikhailavich MAROZAU
(bir-Russu: Владимир Михайлович МОРОЗОВ)
(bil-Belarussu: Уладзiмiр Мiхайлавiч МАРОЗАЎ)
|
Funzjoni: Kap ta’ Belarusian Railways
Data tat-twelid: 1965
Post tat-twelid: Buda-Koshelevo, Gome regionl, eks USSR (issa Belarus)
Nazzjonalità: Belarussa
Sess: raġel
|
Vladimir Morozov huwa l-Kap tal-Ferroviji Belarussi (Belarusian Railways), li joperaw servizz ferrovjarju bejn ir-Russja u l-Belarussja. F’dan ir-rwol, huwa appoġġa l-istazzjonament u t-trasport ta’ persunal militari Russu u tagħmir involut fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.
Għalhekk, Vladimir Morozov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1549.
|
Dmitriy Aleksandrovich PANTUS
magħruf ukoll bħala Dzmitry Aliaksandravich PANTUS/
(bir-Russu: Дзмiтрый Аляксандравiч ПАНТУС)
(bil-belarussu: Дмитрий Александрович ПАНТУС)
|
Funzjoni: President tal-iState Authority for Military Industry of Belarus
Data tat-twelid: 9.6. 1982
Post tat-twelid: Berezovka, Grodno region, eks USSR (issa Belarus)
Nazzjonalità: Belarussa
Sess: raġel
|
Dmitry Pantus huwa l-President tal-Awtorità tal-Istat għall-Industrija Militari tal-Belarussja. L-Awtorità tal-Istat għall-Industrija Militari tal-Belarussja tiżviluppa u żżomm l-armi, tippromwovi l-produzzjoni ta’ armi minn intrapriżi subordinati biex ifornu lill-forzi armati Russi, tipprovdi kooperazzjoni militari-industrijali, tissorvelja l-moviment tal-armi tul il-fruntiera tal-istat u tipprovdi navigazzjoni lill-forzi armati Russi. Fil-pożizzjoni tiegħu, Dmitry Pantus qed jipprovdi appoġġ militari lill-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna.
Għalhekk, Dmitriy Pantus huwa responsabbli għall-appoġġ u l-impliemntazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1550.
|
Boris Sergeevich ALYOSHIN
(Борис Сергеевич АЛЁШИН)
|
Funzjoni: Viċi President ta’ LLC “SoyuzMash Russia”; Konsulent għad-Direttur Ġenerali ta’ PJSC “United Aircraft Corporation” dwar ix-xjenza u t-teknoloġija
Data tat-twelid: 3.3.1955
Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Boris Alyoshin huwa negozjant Russu involut fl-attivitajiet ta’ kumpaniji u korporazzjonijiet Russi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-bażi militari Russu. Huwa wieħed mill-fundaturi u l-maniġers tal-LLC “SoyuzMash Russia”, li tgħaqqad flimien aktar minn elf industrija militari u ċivili Russi.
Barra minn hekk, Boris Alyoshin huwa involut fil-ġestjoni ta’ bosta korporazzjonijiet u kumpaniji iżgħar Russi li jipproduċu prodotti militari. Huwa l-konsulent għad-Direttur Ġenerali ta’ PJSC “United Aircraft Corporation” dwar ix-xjenza u t-teknoloġija. PJSC “United Aircraft Corporation”, b’sehem ta’ maġġoranza li jappartjeni għall-Gvern Russu, tikkonsolida kumpaniji u assi Russi li jimmanifatturaw inġenji tal-ajru privati u tal-Istat u li huma involuti fil-manifattura ta’ inġenji tal-ajru għat-trasport militari u ċivili, kif ukoll inġenji tal-ajru mingħajr ekwipaġġ. Boris Alyoshin huwa wkoll il-president tal-bord tad-diretturi tal-kumpless industrijali Kronstadt, li jipproduċi droni militari li jintużaw mill-forzi militari Russi fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
|
|
Entitajiet assoċjati:
PJSC “United Aircraft Corporation”;
JSC “Kronstadt Group”
|
Barra minn hekk, Boris Alyoshin huwa s-superviżur akkademiku tar-Research Center Institute imsemmi għal N.E. Zhukovsky. Xi wħud mill-funzjonijiet ta’ dan l-istitut huma l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda fil-qasam tal-kostruzzjoni ta’ inġenji tal-ajru u l-użu tar-riżultati xjentifiċi u tekniċi miksuba biex jiġu żviluppati setturi oħra tal-ekonomija tal-Federazzjoni Russa.
Għalhekk, Boris Alyoshin huwa responsabbli li ta appoġġ lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.
|
|
1551.
|
Veniamin Ivanovich KONDRATYOV
magħruf ukoll bħala Veniamin Ivanovich KONDRATYEV
(Вениамин Иванович КОНДРАТЬЕВ)
|
Funzjoni: Gvernatur tal-Krasnodar Region of the Russian Federation
Data tat-twelid: 1.11.1970
Post tat-twelid: Prokopyevsk, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
Informazzjoni oħra: TIN: 233005199735
|
Veniamin Kondratyov huwa l-gvernatur tar-reġjun ta’ Krasnodar tal-Federazzjoni Russa. F’dan ir-rwol, Veniamin Kondratyev qed jikkontribwixxi għad-deportazzjoni, il-ħtif u l-adozzjoni illegali ta’ tfal Ukreni. Huwa wieħed mill-mexxejja (reġjonali) għoljin Russi involuti fid-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni bil-forza lejn ir-Russja u l-adozzjoni illegali sussegwenti tagħhom f’familji Russi. L-azzjonijiet ta’ Veniamin Kondratyev jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Veniamin Kondratyev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1552.
|
Murat Karalbiyevich KUMPILOV
magħruf ukoll bħala Murat Karalbievich KUMPILOV
(Мурат Каральбиевич КУМПИЛОВ)
|
Funzjoni: Kap tar-Republic of Adygea of the Russian Federation; segretarju tal-fergħa reġjonali ta’ Adygea ta’ United Russia (Edinaya Rossiya)
Nazzjonalità: Russa
Data tat-twelid: 27.2.1973
Post tat-twelid: Ulyap, Krasnogvardeysky district, Republic of Adygea, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: raġel
Informazzjoni oħra: TIN: 010200122926
|
Murat Kumpilov huwa l-kap tar-Repubblika ta’ Adygea tal-Federazzjoni Russa u segretarju tal-fergħa reġjonali ta’ Adygea tal-Partit United Russia (United Russia Party). F’dan ir-rwol, Murat Kumpilov qed jikkontribwixxi għad-deportazzjoni u l-adozzjoni illegali ta’ tfal Ukreni. Huwa qed jiffaċilita d-deportazzjoni u l-ħtif illegali ta’ tfal Ukreni lejn l-hekk imsejħa “kampijiet tas-saħħa” u faċilitajiet ta’ riedukazzjoni li jinsabu fir-reġjun tiegħu. Murat Kumpilov huwa wieħed mill-mexxejja (reġjonali) għoljin Russi involuti fid-deportazzjoni u l-ħtif illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja. L-azzjonijiet ta’ Murat Kumpilov jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Murat Kumpilov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1553.
|
Sergey Konstantinovich NOSOV
(Сергей Константинович НОСОВ)
|
Funzjoni: Gvernatur tal-Magadan region of the Russian Federation
Nazzjonalità: Russa
Data tat-twelid: 17.2.1961
Post tat-twelid: Magnitogorsk, Chelyabinsk region, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: raġel
Informazzjoni oħra:
TIN: 662300439460
|
Sergey Nosov huwa l-gvernatur tar-reġjun ta’ Magadan tal-Federazzjoni Russa. F’dan ir-rwol, Sergey Nosov qed jikkontribwixxi għad-deportazzjoni u l-ħtif illegali ta’ tfal Ukreni. Huwa qed jiffaċilita d-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn kampijiet li jinsabu fir-reġjun tiegħu, inkluż kampijiet immexxija minn Artek, organizzazzjoni nazzjonalista Russa li ssospendiet ir-ritorn ta’ tfal Ukreni lejn familthom. Sergey Nosov huwa wieħed mill-mexxejja (reġjonali) għoljin Russi involuti fid-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja. L-azzjonijiet ta’ Sergey Nosov jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Sergey Nosov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1554.
|
Zamid Aliyevich CHALAYEV
(Замид Алиевич ЧАЛАЕВ)
|
Funzjoni: Kmandant tas-Second Special Purpose Police Regiment of the Ministry of Internal Affairs of the Russian Federation in the Chechen Republic
Data tat-twelid: 19.8.1981
Post tat-twelid: Benoi, Nozhai-Yurt district, Chechnya, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: raġel
|
Zamid Chalayev huwa l-kmandant tas-Second Special Purpose Police Regiment tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Federazzjoni Russa fir-Repubblika taċ-Ċeċenja. Bħala kmandant tas-Second Special Purpose Police Regiment taċ-Ċeċenja, Zamid Chalayev jipparteċipa b’mod attiv fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, fejn, fost l-oħrajn, ipparteċipata fil-qbid tal-belt ta’ Mariupol mir-Russja u fl-attakk tal-impjant tal-metallurġija “Azovstal”. Barra minn hekk, Zamid Chalayev huwa involut direttament fir-riedukazzjoni u t-taħriġ militari furzat ta’ tfal Ukreni. Huwa jipparteċipa b’mod attiv fl-organizzazzjoni ta’ kampijiet ta’ “riedukazzjoni militari” bbażati fir-Repubblika taċ-Ċeċenja. Hemm kamp ta’ indottrinazzjoni partikolari li jisforza lill-adolexxenti Ukreni jsegwu “kors għall-ġellieda żgħażagħ”, li jgħallem lit-tfal Ukreni jħaddmu tagħmir militari. Zamid Chalayev huwa wieħed mill-persuni ewlenin involuti fid-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-Repubblika taċ-Ċeċenja. L-azzjonijiet ta’ Zamid Chalayev jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Zamid Chalayev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1555.
|
Vladimir Viktorovich SOLODOV
(Владимир Викторович СОЛОДОВ)
|
Funzjoni: Gvernatur tal-Kamchatka Krai of the Russian Federation
Data tat-twelid: 26.7.1982
Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: raġel
|
Fir-rwol tiegħu bħala gvernatur ta’ Kamchatka Krai, Vladimir Solodov qed jikkontribwixxi għad-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni. Huwa qed jiffaċilita d-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn kampijiet li jinsabu fir-reġjun tiegħu. Huwa wieħed mill-mexxejja (reġjonali) għoljin Russi involuti fid-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn ir-Russja. L-azzjonijiet ta’ Solodov jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni u jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna.
Għalhekk, Vladimir Solodov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1556.
|
Leyla Rinatovna FAZLEEVA
(Лейла Ринатовна ФАЗЛЕЕВА)
|
Funzjoni: Viċi Prim Ministru tar-Republic of Tatarstan; President ta’ Tatarstan Republic’s Commission on Juvenile Affairs and the Protection of their Rights
Data tat-twelid: 29.5.1975
Post tat-twelid: Kant village, Kant region, eks USSR (issa Kyrgyzstan)
Sess: mara
|
Fir-rwol tagħha bħala Viċi Prim Ministru tar-Repubblika ta’ Tatarstan, kif ukoll President tal-Kummissjoni tar-Repubblika dwar l-Affarijiet taż-Żgħażagħ u l-Protezzjoni tad-Drittijiet Tagħhom, Leyla Fazleeva qed tikkontribwixxi għad-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni. Hija qed tiffaċilita d-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn kampijiet li jinsabu fir-reġjun tagħha, inkluż il-kamp “Miras” fid-distrett ta’ Zelenodolsky. Hija waħda mill-uffiċjali reġjonali involuti fl-ippjanar, l-ibbaġitjar u s-sorveljanza tal-kampijiet f’Tatarstan, li jospitaw gruppi ta’ tfal mit-territorji okkupati tal-Ukrajna.
Għalhekk, Leyla Fazleeva hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1557.
|
Rinat Nailevich SADYKOV
(Ринат Наилевич САДЫКОВ)
|
Funzjoni: Ministru għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ tar-Republic of Tatarstan
Data tat-twelid: 18.3.1986
Post tat-twelid: Kazan, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: raġel
|
Fir-rwol tiegħu bħala Ministru għall-Affarijiet taż-Żgħażagħ tar-Repubblika ta’ Tatarstan, Rinat Sadykov qed jikkontribwixxi għad-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni. Huwa qed jiffaċilita d-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn kampijiet li jinsabu fir-reġjun tiegħu, inkluż il-kamp “Miras” fid-distrett ta’ Zelenodolsky. Huwa wieħed mill-uffiċjali reġjonali involuti fl-ippjanar, l-ibbaġitjar u s-sorveljanza tal-kampijiet f’Tatarstan, li jospitaw gruppi ta’ tfal mit-territorji okkupati tal-Ukrajna.
Għalhekk, Rinat Sadykov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1558.
|
Ksenia Vladimirovna MISHONOVA
(Ксения Владимировна МИШОНОВА)
|
Funzjoni: Ombudsman għad-Drittijiet tat-Tfal tal-Moscow Oblast
Data tat-twelid: 14.12.1972
Post tat-twelid: Pavlohrad, eks USSR (illum Ukraine)
Sess: mara
|
Ksenia Mishonova hija Ombudsman għad-Drittijiet tat-Tfal tal-Moscow Oblast. Hija involuta fid-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni lejn it-territorju tal-Federazzjoni Russa. Hija ffaċilitat ukoll it-trasferiment tal-kustodja ta’ tfal Ukreni fir-Russja, kif ukoll l-għoti ta’ ċittadinanza Russa lilhom. L-azzjonijiet tagħha jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna u jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni.
Għalhekk, Ksenia Mishonova hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1559.
|
Darya Vasilievna MOROZOVA
(Дарья Васильевна МОРОЗОВА)
|
Funzjoni: Kummissarju tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-hekk imsejħa “Donetsk People’s Republic”
Data tat-twelid: 27.2.1989
Post tat-twelid: Makeevka, eks USSR (issa Ukraine)
Sess: mara
|
Darya Morozova hija Kummissarju tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”. Hija kienet involuta fit-trasport illegali ta’ tfal Ukreni minn Donbas lejn kampijiet fil-Krimea, li ġiet annessa illegalment, u lejn ċentri ta’ akkommodazzjoni fir-Russja. L-azzjonijiet tagħha jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna u jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni.
Hija appoġġat il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u xerrdet il-propaganda u d-diżinformazzjoni Russa dwar il-gwerra. Barra minn hekk, hija appoġġat ir-rikonoxximent illegali tal-hekk imsejħa “Repubbliki tal-Poplu” separatisti f’Donbas u l-annessjoni illegali tar-reġjuni Ukreni ta’ Donetsk, Luhansk, Kherson u Zaporizhzhia mill-Federazzjoni Russa.
Għalhekk, Darya Morozova hija responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1560.
|
Vitaliy Aleksandrovich SUK
(Виталий Александрович СУК)
|
Funzjoni: Direttur tal-Oleshki Boarding School for Disabled Children
Data tat-twelid: 12.3.1970
Sess: raġel
|
Vitaliy Suk huwa direttur tal-Oleshki Boarding School for Disabled Children. Huwa kien involut fit-trasport illegali ta’ tfal Ukreni b’diżabilità mill-Kherson Oblast lejn il-Krimea, annessa illegalment, u lejn territorji oħra tal-Ukrajna li jinsabu taħt il-kontroll tar-Russja. Xi wħud minn dawk it-tfal intbagħtu fi djar għal tfal b’diżabilità fir-Russja kollha. L-azzjonijiet tiegħu jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna u jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni.
Għalhekk, Vitaliy Suk huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1561.
|
Vladimir Viktorovich KHROMOV
(Владимир Викторович ХРОМОВ)
|
Funzjoni: Rappreżentant għall-Kummissarju tad-Drittijiet tat-Tfal fl-Office of the President of the Russian Federation
Data tat-twelid: 15.8.1977
Sess: raġel
|
Vladimir Khromov huwa rappreżentant għall-Kummissarju tad-Drittijiet tat-Tfal fl-Uffiċċju tal-President tal-Federazzjoni Russa, Maria Lvova-Belova. Huwa kien involut fl-organizzazzjoni ta’ kampijiet patrijottiċi militari fiċ-Ċeċenja għat-tfal Ukreni li ġew trasferiti illegalment minn Donbas lejn it-territorju tal-Federazzjoni Russa. L-azzjonijiet tiegħu jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna u jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni.
Għalhekk, Vladimir Khromov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1562.
|
Konstantin Albertovich FEDORENKO
(Константин Альбертович ФЕДОРЕНКО)
|
Funzjoni: Direttur tal-Federal State Budgetary Educational Institution Artek International Children’s Center
Data tat-twelid: 29.12. 1976
Post tat-twelid: Belorechensk, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: raġel
|
Konstantin Fedorenko huwa direttur tal-Artek International Children’s Center. Huwa kien involut fl-organizzazzjoni ta’ kampijiet militari u patrijottiċi Russi għat-tfal mill-Krimea, annessa illegalment, u għat-tfal li ġew deportati illegalment lejn il-Krimea minn partijiet oħra tal-Ukrajna li jinsabu taħt il-kontroll tar-Russja. L-azzjonijiet tiegħu jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna u jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni.
Barra minn hekk, huwa appoġġa pubblikament lis-suldati Russi li pparteċipaw fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Huwa appoġġa wkoll l-annessjoni illegali tal-Krimea u ta’ Sevastopol mill-Federazzjoni Russa.
Għalhekk, Konstantin Fedorenko huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1563.
|
Leonid Mikhailovich ROMANOV
(Леонид Михайлович РОМАНОВ)
|
Funzjoni: Direttur Ġenerali tal-Evgeny Primakov Children’s Aid Foundation
Data tat-twelid: 13.2.1947
Post tat-twelid: Moscow, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: raġel
|
Leonid Romanov huwa direttur ġenerali tal-Evgeny Primakov Children’s Aid Foundation, li timplimenta l-proġett “Tfal ta’ Donbas” (Children of Donbas), li fih tfal Ukreni minn Donbas qed jiġu rilokati fit-territorju tal-Krimea, annessa illegalment, u fir-Russja. Wieħed mill-għanijiet tal-proġett “Tfal ta’ Donbas” huwa li t-tfal mir-reġjun ta’ Donbas tal-Ukrajna jiġu integrati fil-ħajja fir-Russja.
Huwa pparteċipa fid-deportazzjoni illegali ta’ tfal Ukreni minn Donbas lejn kamp f’Yevpatoria fil-Krimea annessa illegalment. Taħt il-ġestjoni tiegħu, l-Evgeny Primakov Children’s Aid Foundation kienet involuta fit-tmexxija ta’ żewġ ċentri li jinsabu qrib Moska, fejn it-tfal minn Donbas jingħataw akkommodazzjoni u jmorru l-iskola. L-azzjonijiet tiegħu jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna u jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni.
Għalhekk, Leonid Romanov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1564.
|
Vladimir Vladislavovich KOVALENKO
(Владимир Владиславович КОВАЛЕНКО)
|
Funzjoni: Kap Kmandant tal-Fergħa Reġjonali tal-All-Russian “Young Army” Military Patriotic Social Movement (Yunarmiya) fil-belt ta’ Sevastopol
Data tat-twelid: 4.2.1962
Post tat-twelid: Luhansk, eks USSR (issa Ukraine)
Sess: raġel
|
Vladimir Kovalenko huwa l-Kap Kmandant tal-Fergħa Reġjonali tal-All-Russian “Young Army” Military Patriotic Social Movement (Yunarmiya) fil-belt ta’ Sevastopol li ġiet annessa illegalment. Huwa kien involut fl-organizzazzjoni ta’ kampijiet militari u patrijottiċi Russi għat-tfal mill-Krimea, annessa illegalment, u għat-tfal li ġew deportati illegalment lejn il-Krimea minn partijiet oħra tal-Ukrajna li huma okkupati mir-Russja. L-azzjonijiet tiegħu jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna u jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni.
Barra minn hekk, il-fergħa ta’ Yunarmiya taħt il-kmand tiegħu pparteċipat f’kampanja organizzata li matulha t-tfal tal-iskola fil-belt ta’ Sevastopol, annessa illegalment, intalbu jiktbu ittri lis-suldati Russi li pparteċipaw fil-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.
Għalhekk, Vladimir Kovalenko huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1565.
|
Vladimir Dmitrievich NECHAEV
(Владимир Дмитриевич НЕЧАЕВ)
|
Funzjoni: Rettur tas-Sevastopol State University
Data tat-twelid: 20.12.1972
Post tat-twelid: Sudzha, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: raġel
|
Vladimir Nechaev huwa rettur tal-Università Statali ta’ Sevastopol (Sevastopol State University). Huwa appoġġa pubblikament id-deċiżjoni tal-President Putin li tinbeda l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa appoġġa wkoll l-annessjoni illegali tal-Krimea u ta’ Sevastopol mill-Federazzjoni Russa fl-2014.
Taħt il-ġestjoni tiegħu, l-Università Statali ta’ Sevastopol organizzat programm li matulu t-tfal Ukreni li kienu ġew ittrasportati illegalment lejn il-Krimea, annessa illegalment, mill-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u minn partijiet oħra tal-Ukrajna okkupati mir-Russja ġew riedukati dwar l-istorja, il-kultura u l-patrijottiżmu tar-Russja. L-azzjonijiet tiegħu jiksru l-liġi u l-ordni amministrattiva tal-Ukrajna u jiksru d-drittijiet tat-tfal Ukreni.
Għalhekk, Vladimir Nechaev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1566.
|
Andrey Sergeevich IVANAEV/
magħruf ukoll bħala Andrei Sergeyevich IVANAYEV/
magħruf ukoll bħala Andrey Sergeyevich IVANAYEV;
(Андрей Сергеевич ИВАНАЕВ)
|
Funzjoni: Logutenent Ġeneral fil-Forzi Armati Russi u kmandant tat-20th Guards Combined Arms Army of the Russian Federation
Data tat-twelid: 19.1.1972
Post tat-twelid: Ural’sk, eks USSR (issa Kazakhstan)
Sess: raġel
|
Andrey Ivanaev huwa Logutenent Ġeneral fil-Forzi Armati Russi. Huwa l-kmandant tat-20th Guards Combined Arms Army tad-Distrett Militari tal-Punent tal-Federazzjoni Russa. F’dan ir-rwol, huwa jikkmanda direttament u għandu influwenza sinifikanti fuq l-iskjerament tal-forzi Russi li jipparteċipaw fil-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Matul l-invażjoni tal-Ukrajna fuq skala sħiħa mir-Russja, it-20th Guards Combined Arms Army , immexxija minn Andrey Ivanaev, ikkontribwiet direttament għall-offensiva tar-Russja mid-direzzjoni tal-Grigal.
Għalhekk, Andrey Ivanaev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1567.
|
Sergey Borisovich MUCHKAYEV
(Сергей Борисович МУЧКАЕВ)
|
Funzjoni: Kurunell mal-Forzi Armati Russi; kap tal-106 Anti-Aircraft Missile Training Center of the Russian Armed Forces
Data tat-twelid: 22.12.1976
Post tat-twelid: Dobele, eks USSR (issa Latvia)
Sess: raġel
|
Sergey Muchkayev huwa uffiċjal għoli fil-Forzi Armati Russi. Huwa l-kap tal-106 Anti-Aircraft Missile Training Center tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għat-taħriġ tal-persunal militari Russu li jħaddem sistemi ta’ missili mill-wiċċ għall-ajru, inkluż il-53rd Anti-Aircraft Missile Brigade. Huwa importanti l-fatt li l-106 Anti-Aircraft Missile Training Center – immexxi minn Sergey Muchkayev – huwa l-uniku ċentru ta’ taħriġ fil-Federazzjoni Russa li jħarreġ speċjalisti subalterni fl-użu ta’ armi kontra l-inġenji tal-ajru fuq distanza medja. Minbarra li jmexxi l-106 Anti-Aircraft Missile Training Center tal-Forzi Armati Russi, li huwa responsabbli għat-taħriġ ta’ qabel l-iskjerament tal-unitajiet Russi tal-missili mill-wiċċ għall-ajru li jipparteċipaw b’mod attiv fil-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, Sergey Muchkayev kellu r-rwol ta’ kmandant tal-53rd Anti-Aircraft Missile Brigade sas-sena 2020.
Għalhekk, Sergey Muchkayev huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1568.
|
Leonid Vladimirovich KHARCHENKO
magħruf ukoll bħala Krot
(Леонид Владимирович ХАРЧЕНКО
magħruf ukoll bħala Крот)
|
Funzjoni: Kap tal-Krot Reconnaissance Battalion tas-2nd Department tal-Military Intelligence Agency (GRU) tal-hekk imsejħa “Donetsk People’s Republic”
Data tat-twelid: 10.1.1972
Post tat-twelid: Kostyantynivka, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: raġel
|
Leonid Kharchenko kien il-kmandant tal-unità tal-intelligence “Reconnaissance Battalion” tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” u pparteċipa b’mod attiv fil-moviment separatist fi stadju bikri tal-konflitt armat fl-Ukrajna. Huwa nstab ħati minn qorti Olandiża għat-twaqqigħ tat-Titjira MH17 tal-Malaysia Airlines fl-2014. Fl-2018, Kharchenko rtira mill-forzi tar-“Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” bil-grad ta’ logutenent kurunell. Huwa pparteċipa fl-elezzjonijiet lokali fil-Krimea wara li ġie rrakkomandat lill-Kummissjoni mill-fergħa tar-Repubblika tal-Krimea tal-“Komunisti tar-Russja” (Communists of Russia). Dawn l-elezzjonijiet kisru l-liġi Ukrena u għalhekk huma illegali.
Għalhekk, Leonid Kharchenko huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1569.
|
Sergey Nikolaevich DUBINSKY
magħruf ukoll bħala Khmuryi
(Сергей Николаевич ДУБИНСКИЙ magħruf
ukoll bħala Хмурый)
|
Funzjoni: Kap tal-Military Intelligence Agency (GRU) tal-hekk imsejħa “Donetsk People’s Republic”
Data tat-twelid: 9.8.1962
Post tat-twelid: Neskuchnoe, eks USSR (issa Russian Federation)
Sess: raġel
|
Sergey Dubinsky kien il-Kap tal-Military Intelligence tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk (DPR)” u pparteċipa b’mod attiv fil-moviment separatist fi stadju bikri tal-konflitt armat, wara li ppjana u wettaq l-offensiva tad-DPR li ppreċediet it-twaqqigħ tat-titjira MH17. Huwa nstab ħati minn qorti Olandiża għat-twaqqigħ tat-Titjira MH17 tal-Malaysia Airlines u għall-omiċidju volontarju tal-298 ċivili kollha abbord. Sergey Dubinsky huwa kurunell fir-riżerva tal-Military Intelligence Service (GRU), u huwa protett mill-Gvern Russu.
Għalhekk, huwa qed jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Sergey Dubinsky huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1570.
|
Artem Alexandrovich USS
magħruf ukoll bħala Artyom Alexandrovich USS
(Артем Александрович УСС / magħruf ukoll bħala Артём Александрович УСС)
|
Funzjoni: sid Sibougol LCC
Data tat-twelid: 22.4.1982
Post tat-twelid: eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Artem Uss huwa sid Sibougol LCC, kumpanija Siberjana importanti li tipproduċi aktar minn 2 miljun tunnellata faħam kull sena, bi dħul ta’ aktar minn RUB 2 000 000 000 rreġistrat fl-2020. Flimkien ma’ familtu, huwa assoċjat ukoll mal-kumpanija “Krasnoyarsklesomaterialy”, waħda mill-akbar esportaturi tal-injam Siberjan.
Sibougol LCC irċeviet kuntratti kbar tal-gvern bis-saħħa ta’ missier Artem Uss, Alexander Uss, matul il-mandat tiegħu bħala gvernatur tar-reġjun ta’ Krasnoyarsk. Barra minn hekk, fl-20 ta’ April 2023, Alexander Uss irringrazzja pubblikament lill-President Putin u lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa għall-appoġġ tagħhom biex ibnu jerġa’ lura fir-Russja.
Artem Uss huwa involut ukoll fl-attivitajiet kummerċjali ta’ bosta kumpaniji oħra, inkluż Nord-Deutsche Industrieanlagenbau, li huwa l-koproprjetarju tagħha. Huwa pprovda lill-Federazzjoni Russa b’teknoloġiji militari u b’użu doppju permezz tal-kumpanija tiegħu Nord-Deutsche Industrieanlagenbau.
|
23.6.2023
|
|
|
|
Għalhekk, Artem USS huwa negozjant ewlieni li jopera fir-Russja u involut f’settur ekonomiku li jipprovdi sors sostanzjali ta’ dħul lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna. Barra minn hekk, Artem USS qed jappoġġa materjalment u jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa.
|
|
1571.
|
Mikhail Sergeevich ZVINCHUK
(Михаил Сергеевич ЗВИНЧУК)
|
Funzjoni: Membru tal-“working group special military operation” stabbilit b’digriet mill-President Putin; Kreatur tal-kanal tat-telegram militari “Rybar”
Data tat-twelid: 19.7.1991
Post tat-twelid: Vladivostok, eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Mikhail Zvinchuk huwa membru tal-grupp ta’ ħidma stabbilit mill-President Putin f’Diċembru 2022 biex jikkoordina l-isforzi ta’ mobilizzazzjoni tal-Federazzjoni Russa biex jappoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Lil hinn mir-rwol tiegħu fil-grupp ta’ ħidma, huwa magħruf bħala l-kreatur tal-kanal militari Telegram favur ir-Russja “Rybar” li jirrapporta dwar l-isforzi tal-gwerra Russi u l-pożizzjonijiet militari Ukreni, kif ukoll id-distribuzzjoni ta’ diżinformazzjoni u propaganda favur il-Kremlin dwar il-gwerra.
Għalhekk, Mikhail Zvinchukv huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|
1572.
|
Alexander Valeryevich SLADKOV
(Александр Валерьевич СЛАДКОВ)
|
Funzjoni: Membru tal-“working group special military operation” stabbilit b’digriet mill-President Putin; Ġurnalista, korrispondent tal-Gwerra għal VGTRK
Data tat-twelid: 1.4.1966
Post tat-twelid: Monino, reġjun ta’ Moscow, l-eks USSR (issa Russian Federation)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Alexander Sladkov huwa membru tal-grupp ta’ ħidma, stabbilit mill-President Putin f’Diċembru 2022, inkarigat bil-koordinazzjoni tal-isforzi ta’ mobilizzazzjoni tal-Federazzjoni Russa biex jappoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna. Minbarra r-rwol tiegħu fil-grupp ta’ ħidma, huwa jaħdem bħala korrispondent tal-gwerra għax-xandar tal-istat Russu VGTRK, fejn ixerred id-diżinformazzjoni u l-propaganda favur il-Kremlin dwar il-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ VGTRK, kumpanija azzjonarja tal-media responsabbli milli tappoġġa, materjalment azzjonijiet li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna u li qiegħda wkoll tappoġġa u tibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u għad-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.
Għalhekk, Alexander Sladkov huwa responsabbli għall-appoġġ u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.
|
23.6.2023
|