This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1159
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/1159 of 11 March 2022 supplementing Regulation (EU) 2019/2033 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards for public disclosure of investment policy by investment firms (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1159 tal-11 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni pubblika tal-politika tal-investiment mid-ditti tal-investiment (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1159 tal-11 ta’ Marzu 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni pubblika tal-politika tal-investiment mid-ditti tal-investiment (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/1413
ĠU L 179, 6.7.2022, p. 11–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 06/07/2022
6.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 179/11 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1159
tal-11 ta’ Marzu 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għad-divulgazzjoni pubblika tal-politika tal-investiment mid-ditti tal-investiment
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/2033 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 575/2013, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 806/2014 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 52(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi li d-ditti tal-investiment għajr ditti tal-investiment żgħar u mhux interkonnessi jiddivulgaw pubblikament informazzjoni dwar il-politika ta’ investiment tagħhom, sabiex jipprovdu trasparenza lill-investituri tagħhom u lill-parteċipanti usa’ fis-suq dwar l-influwenza tagħhom fuq il-kumpaniji li fihom ikollhom direttament jew indirettament ishma li magħhom huma marbuta d-drittijiet tal-vot u dwar kif jivvutaw. Id-divulgazzjoni meħtieġa tinkludi informazzjoni dwar il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma direttament jew indirettament mid-ditti tal-investiment, informazzjoni dwar l-imġiba tal-vot tagħhom, spjegazzjoni tal-voti u l-proporzjon tal-proposti mressqa u approvati, informazzjoni dwar l-użu ta’ ditti konsulenti bi prokura u informazzjoni dwar il-linji gwida tal-votazzjoni tagħhom. |
(2) |
Dan ir-Regolament, kif stipulat fl-Artikolu 52(3) tar-Regolament (UE) 2019/2033, għandu l-għan li jispeċifika mudelli għad-divulgazzjoni meħtieġa, bi tweġiba għall-ħtieġa ta’ informazzjoni pubblika konsistenti u komparabbli dwar il-politika pubblika tad-ditti tal-investiment. |
(3) |
Filwaqt li huma proporzjonati, id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom l-għan li jiżguraw li l-mudelli u t-tabelli użati mid-ditti tal-investiment għad-divulgazzjonijiet tal-politika tal-investiment iwasslu informazzjoni komprensiva u komparabbli biżżejjed dwar l-imġiba tal-vot tagħhom u dwar kif din tinfluwenza d-destinatarji ta’ investiment tagħhom. |
(4) |
B’mod aktar speċifiku, dan ir-Regolament jintroduċi mudell ta’ divulgazzjoni kwantitattiva dwar il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma mid-ditti tal-investiment direttament, u indirettament mis-sussidjarji tagħhom, jew kumpaniji assoċjati f’konformità mal-Artikolu 2, (13) tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jew kull impriża oħra li magħha d-ditta tal-investiment hija marbuta f’konformità mal-Artikolu 3(1)(4) tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), inklużi ishma taħt il-ġestjoni tad-ditti tal-investiment f’isem il-klijenti, sakemm id-drittijiet tal-vot ma jinżammux mill-azzjonisti permezz ta’ arranġament kuntrattwali li jipprojbixxi lid-ditta tal-investiment milli tivvota f’isimhom. Dan ir-Regolament jiddefinixxi wkoll tabelli u mudelli għad-deskrizzjoni tal-imġiba tal-votazzjoni tad-ditta tal-investiment, u tal-proporzjon tar-riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali li d-ditta tkun approvat jew opponiet, skont is-suġġett, u tinkludi informazzjoni dwar id-dipartimenti jew ir-rwoli involuti fid-deċiżjoni tal-pożizzjoni tal-votazzjoni, il-proċess ta’ validazzjoni u l-bidliet materjali fir-rata tar-riżoluzzjonijiet approvati. Barra minn hekk, dan jinkludi tabelli kwalitattivi għad-deskrizzjoni tal-użu ta’ ditti konsulenti bi prokura u r-rabtiet ma’ dawk id-ditti. Fl-aħħar nett, dan jinkludi struzzjonijiet dwar l-informazzjoni li d-ditti tal-investiment iridu jiddivulgaw rigward il-linji gwida tal-votazzjoni tagħhom. |
(5) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji sottomess mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (EBA) lill-Kummissjoni. |
(6) |
L-EBA wettqet konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li fuqha huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Prinċipji tad-divulgazzjoni
L-informazzjoni li għandha tiġi divulgata f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-prinċipji li ġejjin:
(a) |
id-divulgazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għall-istess livell ta’ verifika interna bħal dak applikabbli għar-rapport maniġerjali inkluż fir-rapport finanzjarju tad-ditta tal-investiment. |
(b) |
Id-divulgazzjonijiet għandhom ikunu ċari. Dawn għandhom jiġu ppreżentati f’forma li tinftiehem mill-utenti tal-informazzjoni u kkomunikati permezz ta’ mezz aċċessibbli. Messaġġi importanti għandhom jiġu enfasizzati u jkunu faċli biex jinstabu. Kwistjonijiet kumplessi għandhom jiġu spjegati f’lingwaġġ sempliċi. L-informazzjoni relatata għandha tiġi ppreżentata flimkien. |
(c) |
Id-divulgazzjonijiet għandhom ikunu sinifikanti u konsistenti matul iż-żmien biex l-utenti tal-informazzjoni jkunu jistgħu jqabblu l-informazzjoni minn perjodu ta’ divulgazzjoni għal ieħor. |
(d) |
Id-divulgazzjonijiet kwantitattivi għandhom ikunu akkumpanjati minn spjegazzjonijiet kwalitattivi u kull informazzjoni supplimentari oħra li tista’ tkun meħtieġa sabiex l-utenti ta’ dik l-informazzjoni jifhmuhom, filwaqt li tittieħed nota b’mod partikolari ta’ kull bidla sinifikanti f’kull divulgazzjoni partikolari meta mqabbla mal-informazzjoni li tinsab fid-divulgazzjonijiet preċedenti. |
Artikolu 2
Speċifikazzjonijiet ġenerali
1. Meta jiddivulgaw l-informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li l-valuri numeriċi jiġu ppreżentati bħala fatti. Id-data kwantitattiva divulgata bħala perċentwal għandha tiġi espressa għal kull unità bi preċiżjoni minima ekwivalenti għal żewġ pożizzjonijiet deċimali.
2. Meta jiddivulgaw informazzjoni f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-ditti tal-investiment għandhom jiżguraw li d-data tkun assoċjata mal-informazzjoni li ġejja:
(a) |
id-data ta’ referenza tad-divulgazzjoni u l-perjodu ta’ referenza; |
(b) |
l-isem u l-identifikatur tad-ditta tal-investiment li tiddivulga (Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (Legal Entity Identifier, LEI) fejn disponibbli); |
(c) |
fejn rilevanti, l-istandard tal-kontabilità; kif ukoll |
(d) |
fejn rilevanti, l-ambitu tal-konsolidazzjoni. |
Artikolu 3
Divulgazzjoni tal-proporzjon tad-drittijiet tal-vot
Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 billi jużaw il-mudell IF IP1 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Divulgazzjoni tal-imġiba tal-votazzjoni
Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 kif ġej:
(a) |
l-informazzjoni dwar l-imġiba tal-votazzjoni bl-użu tat-tabella IF IP2.01 u l-mudell IF IP2.02 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
l-informazzjoni dwar l-ispjegazzjoni tal-voti bl-użu tat-tabella IF IP2.03 u l-mudell IF IP2.04 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(c) |
l-informazzjoni dwar il-proporzjon tal-proposti li d-ditta tal-investiment tkun approvat bl-użu tal-formola IF IP2.05 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi ssegwi l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 5
Divulgazzjoni tal-ispjegazzjoni tal-użu ta’ ditti konsulenti bi prokura
Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 kif ġej:
(a) |
l-informazzjoni dwar il-lista ta’ ditti konsulenti bi prokura użata mid-ditta tal-investiment bl-użu tat-tabella IF IP3.01 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament; |
(b) |
l-informazzjoni dwar ir-rabtiet mad-ditti konsulenti bi prokura bl-użu tat-tabella IF IP3.02 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jiġu segwiti l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 6
Divulgazzjoni ta’ linji gwida tal-votazzjoni
Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 billi jużaw il-mudell IF IP4 tal-Anness I ta’ dan ir-Regolament u billi jsegwu l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 314, 5.12.2019, p. 1.
(2) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(3) Id-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2019 dwar is-superviżjoni prudenzjali tad-ditti tal-investiment u li temenda d-Direttivi 2002/87/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE 2014/59/UE u 2014/65/UE (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 64).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
ANNESS I
DIVULGAZZJONI TAL-POLITIKA TA’ INVESTIMENT MID-DITTI TAL-INVESTIMENT
DIVULGAZZJONI MID-DITTI TAL-INVESTIMENT |
|||
Numru tal-mudell |
Kodiċi tal-mudell |
Isem tal-mudell |
Referenza leġiżlattiva |
|
|
POLITIKA TA’ INVESTIMENT |
|
1 |
IF IP1 |
PROPORZJON TA’ DRITTIJIET TAL-VOT |
Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (a) |
2 |
IF IP2 |
IMĠIBA TA’ VOTAZZJONI |
Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (b) |
3 |
IF IP3 |
DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA |
Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (c) |
4 |
IF IP4 |
LINJI GWIDA TAL-VOTAZZJONI |
Ir-Regolament (UE) 2019/2033 art 52(1), punt (d) |
IF IP1 — MUDELL DWAR IL-PROPORZJON TAD-DRITTIJIET TAL-VOT |
Pajjiż |
Settur ekonomiku |
Isem tal-kumpanija |
Identifikatur tal-kumpanija |
Proporzjon ta’ drittijiet tal-vot marbuta ma’ ishma miżmuma direttament jew indirettament kif stabbilit fl-Artikolu 52(2) |
a |
b |
c |
d |
e |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jekk jogħġbok daħħal ringieli addizzjonali kif meħtieġ.
IF IP2.03 - TABELLA DWAR L-ISPJEGAZZJONI TAL-VOTI |
Ringiela |
Entrata |
Valur |
1 |
Dipartimenti jew rwoli fid-ditta tal-investiment li jieħdu sehem fit-teħid ta’ deċiżjoni ta’ pożizzjoni ta’ votazzjoni |
|
2 |
Deskrizzjoni tal-proċess ta’ validazzjoni għal voti negattivi |
|
3 |
Għadd ta’ ekwivalenti full-time użati biex jiġu analizzati r-riżoluzzjonijiet u jiġu eżaminati r-rekords tal-votazzjoni, esklużi r-riżorsi esterni bħal ditti konsultattivi bi prokura |
|
4 |
Spjegazzjoni ta’ kull bidla materjali fir-rata tal-approvazzjoni |
|
5 |
Lista ta’ dokumenti ta’ politika ta’ investiment disponibbli pubblikament li jiddeskrivu l-objettivi tad-ditta tal-investiment |
|
6 |
Jekk rilevanti, iċ-ċertifikazzjoni tal-politika ta’ investiment tad-ditta |
|
IF IP2.04 - MUDELL DWAR L-IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI FIR-RIŻOLUZZJONIJIET SKONT IS-SUĠĠETT |
Ringiela |
Entrata |
Voti favur |
Voti kontra |
Astensjonijiet |
Total |
1 |
Riżoluzzjonijiet ivvutati skont is-suġġett matul is-sena li għaddiet: |
|
|
|
|
2 |
Struttura tal-bord |
|
|
|
|
3 |
Remunerazzjoni eżekuttiva |
|
|
|
|
4 |
Awdituri |
|
|
|
|
5 |
Kwistjonijiet ambjentali, soċjali, etiċi |
|
|
|
|
6 |
Tranżazzjonijiet kapitali |
|
|
|
|
7 |
Riżoluzzjonijiet esterni |
|
|
|
|
8 |
Oħrajn |
|
|
|
|
IF IP2.05 - MUDELL DWAR IL-PROPORZJON TAL-PROPOSTI APPROVATI |
Ringiela |
Entrata |
Valur |
1 |
Perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-korp amministrattiv jew maniġerjali li huma approvati mid-ditta |
|
2 |
Perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-azzjonisti li huma approvati mid-ditta |
|
IF IP3 - DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA |
IF IP3.01 — TABELLA FUQ IL-LISTA TA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA |
Isem id-ditta konsultattiva bi prokura |
Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura |
Tip ta’ kuntratt |
Investimenti assoċjati mad-ditta konsultattiva bi prokura |
Suġġetti ta’ riżoluzzjonijiet li fihom id-ditta bi prokura tat rakkomandazzjonijiet għall-votazzjoni fis-sena li għaddiet |
a |
b |
c |
d |
e |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Jekk jogħġbok daħħal ringieli addizzjonali kif meħtieġ.
IF IP3.02 — TABELLA FUQ IR-RABTIET MA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA |
Isem id-ditta konsultattiva bi prokura |
Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura |
Impriżi rilevanti li magħhom id-ditta konsultattiva bi prokura għandha xi rabtiet |
Tip ta’ rabta |
Jekk rilevanti, il-politika dwar il-kunflitti ta’ interess mad-ditta konsultattiva bi prokura |
a |
b |
c |
d |
e |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
IF IP4 - TABELLA DWAR IL-LINJI GWIDA TAL-VOTAZZJONI |
Il-linji gwida tal-votazzjoni fir-rigward tal-kumpanniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f’konformità mal-Art. 52(2): sommarju ġenerali qasir u, jekk meħtieġ, links għal dokumenti mhux kunfidenzjali |
a |
|
ANNESS II
STRUZZJONIJIET DWAR ID-DIVULGAZZJONI TAL-POLITIKA TA’ INVESTIMENT MID-DITTI TAL-INVESTIMENT
1.1. PARTI I: ISTRUZZJONIJIET ĠENERALI
1.1 Struttura
Dan l-anness jipprovdi struzzjonijiet għall-formoli ta’ divulgazzjoni u t-tabelli inklużi fl-Anness I fir-rigward ta’:
— |
proporzjon ta’ drittijiet tal-vot; |
— |
imġiba tal-votazzjoni; |
— |
ditti konsultattivi bi prokura; |
— |
linji gwida dwar il-votazzjoni. |
1.2 Konsolidazzjoni Prudenzjali
L-ambitu tal-konsolidazzjoni ta’ grupp ta’ ditti tal-investiment huwa deskritt f’aktar dettall fl-abbozz tal-RTS dwar il-konsolidazzjoni prudenzjali skont l-Artikolu 7(5) tar-Regolament (UE) 2019/2033 (1). Il-gruppi ta’ ditti tal-investiment għandhom jużaw dan l-ambitu prudenzjali biex jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ divulgazzjoni, u mhux l-ambitu tal-konsolidazzjoni kontabilistika.
1.2. PARTI II: STRUZZJONIJIET RELATATI MA’ MUDELLI U TABELLI
Ir-rekwiżit tad-divulgazzjoni tal-politika ta’ investiment għandu jiġi ssodisfat bl-użu kemm tal-mudelli kif ukoll tat-tabelli. Il-mudelli fihom informazzjoni kwantitattiva filwaqt li t-tabelli fihom informazzjoni kwalitattiva.
1. IF IP1 – PROPORZJON TA’ DRITTIJIET TAL-VOT
1.1. Rimarki ġenerali
Il-punt (a) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni tal-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma direttament jew indirettament, imqassma skont l-Istat Membru u s-settur, filwaqt li jitqiesu biss il-kumpaniji rilevanti kif stabbilit fl-Artikolu 52(2). Fil-mudell relatat, kull kumpanija hija marbuta ma’ pajjiż u settur ekonomiku rilevanti skont il-lista li tinżel ipprovduta fil-mudell, fejn il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot li d-ditta tal-investiment ikollha direttament jew indirettament jaqbeż il-limitu ta’ 5 % tad-drittijiet tal-vot kollha marbuta mal-ishma maħruġa mill-kumpanija.
Id-ditti tal-investiment għandhom jiddivulgaw il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot marbuta mal-ishma miżmuma indirettament mis-sussidjarji tagħhom jew impriżi oħra, meta d-ditti tal-investiment jeżerċitaw influwenza jew kontroll sinifikanti fuq is-sussidjarji jew impriżi oħra, jew fejn jeżistu rabtiet mill-qrib.
1.2. Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi
Kolonna |
Referenzi legali u struzzjonijiet |
a |
Pajjiż Artikolu 52(1), punt (a), Regolament (UE) 2019/2033. Il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot għandu jinqasam skont l-Istat Membru, abbażi tar-residenza tal-kumpanija li fiha jsir investiment. |
b |
Settur ekonomiku Artikolu 52(1), punt (a), Regolament (UE) 2019/2033. Il-proporzjon tad-drittijiet tal-vot għandu jinqasam skont is-settur. Għandha tintuża l-lista ta’ setturi ekonomiċi pprovduta fil-Klassifikazzjoni Ewropea ta’ Ħiliet, Kompetenzi, Kwalifiki u Impjiegi (European Skills, Competences, Qualifications and Occupations framework, ESCO), li tikkonsisti f’27 settur. Dawn is-setturi huma mmappjati fil-kodiċijiet NACE, kif ippreżentati fit-tabella (2) fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea. |
c |
Isem tal-kumpanija Isem tal-kumpanija li fiha jinżammu l-ishma. |
d |
Identifikatur tal-kumpanija Identifikatur tal-kumpanija li fiha jinżammu l-ishma, Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (Legal Entity Identifier, LEI). Id-ditti tal-investiment għandhom jirrapportaw f’dan il-qasam il-kodiċi LEI fil-każijiet kollha fejn dan ikun disponibbli. |
e |
Proporzjon ta’ drittijiet tal-vot marbuta ma’ ishma miżmuma direttament jew indirettament kif stabbilit fl-Artikolu 52(2) L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033. Perċentwal ta’ bejn 5 % (eskluż) u 100 %. Il-kumpaniji rilevanti għall-fini ta’ dan il-mudell għandhom ikunu dawk li l-ishma tagħhom huma ammessi għan-negozjar f’suq regolat. Għandhom jiġu kkunsidrati biss l-ishma li magħhom huma marbuta d-drittijiet tal-vot. Id-divulgazzjoni hija meħtieġa meta l-proporzjon tad-drittijiet tal-vot li d-ditta tal-investiment ikollha direttament jew indirettament jaqbeż il-limitu ta’ 5 % tad-drittijiet tal-vot kollha marbuta mal-ishma maħruġa mill-kumpanija. Id-drittijiet tal-vot għandhom jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-ishma kollha li magħhom ikunu marbuta d-drittijiet tal-vot, anke jekk ikun sospiż l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet tal-vot. L-ishma fl-ambitu ta’ din id-divulgazzjoni jistgħu jinżammu direttament jew indirettament. L-“ishma miżmuma direttament” huma ishma miżmuma f’isem id-ditta tal-investiment stess li huma parti mill-fondi tagħha stess. L-“ishma miżmuma indirettament” huma ishma miżmuma minn sussidjarja tad-ditta tal-investiment, jew minn kull impriża oħra li fuqha d-ditta tal-investiment teżerċita influwenza sinifikanti jew permezz ta’ ftehim formali jew permezz ta’ kull relazzjoni kummerċjali oħra. Dawn jinkludu wkoll ishma taħt il-ġestjoni tad-ditta tal-investiment f’isem il-klijenti, sakemm id-drittijiet tal-vot ma jinżammux mill-azzjonisti permezz ta’ arranġament kuntrattwali li jipprojbixxi lid-ditta tal-investiment milli tivvota f’isimhom. |
2. IF IP2 — IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI
2.1. Rimarki ġenerali
Il-punt (b) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni ta’ tliet elementi:
(a) |
deskrizzjoni sħiħa tal-imġiba tal-votazzjoni fil-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji li l-ishma tagħhom jinżammu f’konformità mal-Artikolu 52(2); |
(b) |
spjegazzjoni tal-voti; |
(c) |
il-proporzjon ta’ proposti li d-ditta tal-investiment tkun approvat. |
2.2. Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi
IF IP2.01 – TABELLA DWAR ID-DESKRIZZJONI TAL-IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI
Ringiela |
Referenzi legali u struzzjonijiet |
1 |
Numru ta’ kumpaniji rilevanti fl-ambitu tad-divulgazzjoni L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033. Numru sħiħ pożittiv. Għadd ta’ kumpaniji rilevanti li fihom jinżammu l-ishma (ara l-kolonna d fl-IF IP1). |
2 |
Għadd ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni matul is-sena li għaddiet L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033. Numru sħiħ pożittiv. Għadd ta’ laqgħat ġenerali li saru matul is-sena li għaddiet għall-kumpaniji fl-ambitu tad-divulgazzjoni. |
3 |
Numru ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li fihom id-ditta vvotat matul is-sena li għaddiet L-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033. Numru sħiħ pożittiv, inqas minn jew daqs ir-ringiela 2. Għadd ta’ laqgħat ġenerali li saru matul is-sena li għaddiet għall-kumpaniji fl-ambitu tad-divulgazzjoni, li fihom ivvotat id-ditta tal-investiment. Dan jinkludi laqgħat fejn id-ditta esprimiet biss voti ta’ astensjoni u laqgħat li fihom id-ditta vvotat bi prokura. |
4 |
Id-ditta tal-investiment tinforma lill-kumpanija dwar il-voti negattivi qabel il-laqgħa ġenerali? Mistoqsija ta’ iva jew le. It-tweġiba hija iva jekk id-ditta tal-investiment ikollha politika li tinforma lil kumpanija dwar il-voti negattivi qabel il-laqgħat ġenerali, jew jekk id-ditta tkun għamlet dan fil-maġġoranza tal-każijiet matul l-aħħar sena. |
5 |
Proporzjon ta’ voti fiżiċi użati mid-ditta Perċentwali. Ma għandux jinkludu voti bi prokura. |
6 |
Proporzjon ta’ voti permezz tal-posta jew b’mod elettroniku użat mid-ditta Perċentwali. Jinkludi voti bi prokura. |
7 |
Fuq bażi konsolidata, il-grupp ta’ ditti tal-investiment għandu politika rigward il-kunflitti ta’ interess bejn l-entitajiet rilevanti tal-grupp? Mistoqsija ta’ iva jew le. Il-gruppi ta’ ditti tal-investiment għandhom jimlew din ir-ringiela, id-ditti tal-investiment individwali ma għandhomx. L-entitajiet rilevanti tal-grupp għandhom ikunu dawk inklużi fl-ambitu tal-konsolidazzjoni prudenzjali skont ir-Regolament (UE) 2019/2033. |
8 |
Jekk iva, sommarju ta’ din il-politika Test liberu. Jekk it-tweġiba fir-ringiela 7 hija iva, id-ditta għandha tinkludi sommarju qasir tal-politika dwar il-kunflitti ta’ interess bejn l-entitajiet rilevanti tal-grupp. |
IF IP2.02 – MUDELL DWAR IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI
Ringiela |
Referenzi legali u struzzjonijiet |
1 |
Riżoluzzjonijiet tal-laqgħa ġenerali: Ringiela tat-titolu. |
2 |
id-ditta approvat Għadd u perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li d-ditta tal-investiment tkun approvat matul is-sena li għaddiet. |
3 |
il-kumpanija opponiet Għadd u perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li d-ditta tal-investiment tkun opponiet matul is-sena li għaddiet. |
4 |
fejn id-ditta astjeniet Għadd u perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet tal-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li fihom id-ditta tal-investiment tkun astjeniet matul is-sena li għaddiet. |
5 |
Laqgħat ġenerali li fihom id-ditta opponiet mill-inqas riżoluzzjoni waħda Għadd u perċentwal ta’ laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni li fihom id-ditta tal-investiment opponiet mill-inqas riżoluzzjoni waħda matul l-aħħar sena. |
IF IP2.03 – TABELLA DWAR L-ISPJEGAZZJONI TAL-VOTI
Ringiela |
Referenzi legali u struzzjonijiet |
1 |
Dipartimenti jew rwoli fid-ditta tal-investiment li jieħdu sehem fid-deċiżjoni ta’ pożizzjoni ta’ votazzjoni Test liberu. Lista tad-dipartimenti jew tar-rwoli li jieħdu sehem fid-deċiżjoni ta’ pożizzjoni ta’ votazzjoni. |
2 |
Deskrizzjoni tal-proċess ta’ validazzjoni għal voti negattivi Test liberu. Jekk applikabbli, deskrizzjoni tal-proċess ta’ validazzjoni għal voti negattivi fil-laqgħat ġenerali rilevanti. |
3 |
Għadd ta’ ekwivalenti full-time użati biex jiġu analizzati r-riżoluzzjonijiet u jiġu eżaminati r-rekords tal-votazzjoni, esklużi r-riżorsi esterni bħal ditti konsultattivi bi prokura Ammont pożittiv. Ammont ta’ ekwivalenti full-time fid-dipartimenti jew fir-rwoli użati biex jiġu analizzati r-riżoluzzjonijiet u jiġu eżaminati r-rekords tal-votazzjoni. Dan għandu jinkludi biss riżorsi interni fid-ditta tal-investiment. |
4 |
Spjegazzjoni ta’ kull bidla materjali fir-rata tal-approvazzjoni Test liberu. Għandha tingħata spjegazzjoni qasira jekk ir-rata ta’ approvazzjoni tkun żdiedet jew naqset materjalment meta mqabbla mal-aħħar divulgazzjoni, pereżempju wara bidla fil-politika, fl-istrateġija jew fil-prospettiva tad-ditta tal-investiment bħala azzjonista. |
5 |
Lista ta’ dokumenti ta’ politika ta’ investiment disponibbli pubblikament li jiddeskrivu l-objettivi tad-ditta tal-investiment Test liberu. Lista ta’ dokumenti, preferibbilment bħala hypertext links, li jiddeskrivu l-objettivi tad-ditta tal-investiment li taġixxi bħala azzjonista. |
6 |
Jekk rilevanti, iċ-ċertifikazzjoni tal-politika ta’ investiment tad-ditta Test liberu. Jekk id-ditta tal-investiment tkun kisbet ċertifikazzjoni għall-politika tal-investiment tagħha, l-isem u d-data tal-għoti ta’ din iċ-ċertifikazzjoni. Jista’ jkun hemm diversi ċertifikazzjonijiet bħal dawn. |
IF IP2.04 – MUDELL DWAR IMĠIBA TAL-VOTAZZJONI F’RIŻOLUZZJONIJIET SKONT IS-SUĠĠETT
Ringiela |
Referenzi legali u struzzjonijiet |
1 |
Riżoluzzjonijiet ivvutati skont is-suġġett matul is-sena li għaddiet: Numri sħaħ pożittivi. Għadd ta’ riżoluzzjonijiet ivvutati mid-ditta jew mill-prokuri tagħha matul is-sena li għaddiet fil-laqgħat ġenerali fl-ambitu tad-divulgazzjoni. L-ammont totali huwa maqsum skont l-istatus tal-approvazzjoni: approvat, oġġezzjonat, astjenut. |
2 |
Struttura tal-bord Numri sħaħ pożittivi. Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar l-istruttura tal-bord, imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni. |
3 |
Rimunerazzjoni eżekuttiva Numri sħaħ pożittivi. Numru ta’ riżoluzzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni eżekuttiva, imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni. |
4 |
Awdituri Numri sħaħ pożittivi. Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar l-awdituri (pereż. ħatra, remunerazzjoni), imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni. |
5 |
Kwistjonijiet ambjenti, soċjali u etiċi Numri sħaħ pożittivi. Numru ta’ riżoluzzjonijiet dwar kwistjonijiet ambjenti, soċjali u etiċi imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni. |
6 |
Tranżazzjonijiet kapitali Numri sħaħ pożittivi. Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar tranżazzjonijiet kapitali (pereż. fużjonijiet, akkwiżizzjonijiet) imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni. |
7 |
Riżoluzzjonijiet esterni Numri sħaħ pożittivi. Numru ta’ riżoluzzjonijiet dwar il-proposti ta’ riżoluzzjonijiet esterni mqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni. Dawn ir-riżoluzzjonijiet esterni huma proposti minn azzjonist lill-oħrajn, b’mod ġenerali sabiex jikkonvinċuhom jivvutaw kontra proposta tal-bord. |
8 |
Oħrajn Numri sħaħ pożittivi. Għadd ta’ riżoluzzjonijiet dwar suġġetti oħra minbarra dawk ta’ hawn fuq, imqassma skont l-istatus tal-approvazzjoni. |
IF IP2.05 – MUDELL DWAR IL-PROPORZJON TA’ PROPOSTI APPROVATI
Ringiela |
Referenzi legali u struzzjonijiet |
1 |
Perċentwal ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-korp amministrattiv jew maniġerjali li huma approvati mid-ditta Artikolu 52(1), punt (b), Regolament (UE) 2019/2033. Perċentwali. |
2 |
Perċentwali ta’ riżoluzzjonijiet imressqa mill-azzjonisti li huma approvati mid-ditta Artikolu 52(1), punt (b), Regolament (UE) 2019/2033. Perċentwali. |
3. IF IP3 — DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA
3.1. Rimarki ġenerali
Il-punt (c) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni ta’ spjegazzjoni tal-użu ta’ ditti konsultattivi bi prokura. Dan il-mudell jinkludi informazzjoni dwar id-ditti konsultattivi bi prokura kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati. (3). Dawn id-ditti konsultattivi bi prokura jistgħu jipprovdu rakkomandazzjonijiet ta’ riċerka, pariri jew votazzjoni, jew jeżegwixxu biss struzzjonijiet dwar il-votazzjoni.
3.2. Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi
IF IP3.01 – TABELLA DWAR IL-LISTA TA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA
Kolonna |
Referenzi legali u struzzjonijiet |
a |
Isem id-ditta konsultattiva bi prokura Ditti konsultattivi bi prokura kif definiti fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati. Test liberu. |
b |
Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura, LEI fejn applikabbli. |
c |
Tip ta’ kuntratt Dan il-qasam huwa limitat għal żewġ għażliet, bejn ditti konsultattivi bi prokura li jagħtu rakkomandazzjonijiet ta’ votazzjoni u ditti li ma jagħmlux dan. Fil-każ tal-aħħar, id-ditti konsultattivi bi prokura jeżegwixxu biss voti f’isem ditta tal-investiment. |
d |
Investimenti assoċjati mad-ditta konsultattiva bi prokura Test liberu. Lista ta’ impriżi/investimenti li huma relatati mas-servizzi ta’ kull ditta konsultattiva bi prokura. |
e |
Suġġetti ta’ riżoluzzjonijiet li fihom id-ditta konsultattiva bi prokura tat rakkomandazzjonijiet ta’ votazzjoni fis-sena li għaddiet Test liberu, preferibbilment bl-użu tal-kategoriji mogħtija fl-IF IP2.04: struttura tal-bord, remunerazzjoni eżekuttiva, awdituri, kwistjonijiet ambjenti/soċjali/etiċi, tranżazzjonijiet kapitali, riżoluzzjonijiet esterni, jew suġġetti oħra li għandhom jiġu speċifikati. |
IF IP3.02 – TABELLA DWAR IR-RABTIET MA’ DITTI KONSULTATTIVI BI PROKURA
Kolonna |
Referenzi legali u struzzjonijiet |
||||||||||||
a |
Isem id-ditta konsultattiva bi prokura Test liberu. |
||||||||||||
b |
Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura Identifikatur tad-ditta konsultattiva bi prokura, preferibbilment LEI. |
||||||||||||
c |
Impriżi rilevanti li magħhom id-ditta konsultattiva bi prokura għandha xi rabtiet Impriżi rilevanti li magħhom ditti konsultattivi bi prokura għandhom xi rabtiet, b’deskrizzjoni ta’ dawn ir-rabtiet. L-impriżi rilevanti għandhom ikunu kumpaniji nnegozjati pubblikament, ditti tal-investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
||||||||||||
d |
Tip ta’ rabtiet Rabtiet possibbli kif stipulat fl-IAS 24.9. Jekk japplikaw diversi, l-aktar sinifikanti għandhom jintgħażlu u jiġu speċifikati fin-narrattiva li jakkumpanjawhom:
|
||||||||||||
e |
Jekk rilevanti, il-politika dwar il-kunflitti ta’ interess mad-ditta konsultattiva bi prokura Test liberu. Jekk applikabbli, deskrizzjoni qasira tal-politika segwita mid-ditta tal-investiment sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn rabtiet bejn ditti bi prokura u impriżi jew gruppi li fihom id-ditti tal-investiment ikollhom ishma. |
4. IF IP4 – LINJI GWIDA TAL-VOTAZZJONI
4.1. Rimarki ġenerali
Il-punt (d) tal-Artikolu 52(1) tar-Regolament (UE) 2019/2033 jirrikjedi divulgazzjoni tal-linji gwida tal-votazzjoni rigward il-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f’konformità mal-paragrafu 2 tal-istess artikolu. It-tabella relatata tintuża biex jiġu żvelati l-linji gwida kollha tal-votazzjoni fl-ambitu rilevanti, mhux biss il-linji gwida tal-votazzjoni bi prokura. Il-linji gwida tal-votazzjoni jistgħu jkunu estensivi u jistgħu jiġu deċiżi fuq bażi ta’ każ b’każ għal ċerti punti f’aġenda ta’ laqgħa ġenerali. Dawn il-linji gwida jistgħu jvarjaw skont iż-żona ġeografika, is-settur ekonomiku jew is-suġġett tar-riżoluzzjonijiet.
4.2. Istruzzjonijiet li jikkonċernaw pożizzjonijiet speċifiċi
Kolonna |
Referenzi legali u struzzjonijiet |
a |
Il-linji gwida tal-votazzjoni fir-rigward tal-kumpaniji li l-ishma tagħhom huma miżmuma f’konformità mal-Artikolu 52(2) Punt (d) tal-Artikolu 52(1) u Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) 2019/2033. Test liberu. Sommarju ġenerali qasir u, jekk disponibbli, links għal dokumenti mhux kunfidenzjali, preferibbilment fil-forma ta’ hypertext links. |
(1) https://www.eba.europa.eu/sites/default/documents/files/document_library/Publications/Draft%20Technical%20Standards/2020/RTS/961461/Final%20draft%20RTS%20on%20prudential%20requirements%20for%20Investment%20Firms%20%28EBA-RTS-2020-11%29.pdf
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(3) Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).