Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento 32022L0362
Directive (EU) 2022/362 of the European Parliament and of the Council of 24 February 2022 amending Directives 1999/62/EC, 1999/37/EC and (EU) 2019/520, as regards the charging of vehicles for the use of certain infrastructures
Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
Direttiva (UE) 2022/362 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
PE/4/2022/INIT
ĠU L 69, 4.3.2022, p. 1/39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Vigente
4.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/1 |
DIRETTIVA (UE) 2022/362 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-24 ta’ Frar 2022
li temenda d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520, fir-rigward tal-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),
Billi:
(1) |
Il-progress lejn il-kisba tal-mira ffissata mill-Kummissjoni fil-White Paper tagħha tat-28 ta’ Marzu 2011 intitolata ‘Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti, jiġifieri li għandu jsir progress lejn l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipji ta’‘min iniġġes iħallas’ u ta’ ‘l-utent iħallas’, sabiex jiġi ġġenerat id-dħul u jiġi żgurat il-finanzjament għall-investiment futur fit-trasport, kien wieħed kajman ħafna u għad hemm inkonsistenzi fl-applikazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura tat-toroq madwar l-Unjoni. |
(2) |
F’dik il-White Paper, il-Kummissjoni tirrakkomanda li nimxu ‘lejn internalizzazzjoni sħiħa u obbligatorja tal-ispejjeż esterni (inkluż l-istorbju, it-tniġġis lokali u l-konġestjoni apparti l-irkupru obbligatorju tal-ispejjeż tat-tkagħbir bl-użu) għat-trasport bit-triq u bil-ferrovija’. |
(3) |
Il-moviment tal-vetturi tal-merkanzija u tal-passiġġieri huwa fattur li jikkontribwixxi għall-emissjoni ta’ sustanzi niġġiesa fl-atmosfera. Tali sustanzi niġġiesa, li għandhom impatt serju ħafna fuq is-saħħa tan-nies u jwasslu għad-deterjorament tal-kwalità tal-arja ambjentali fl-Unjoni, jinkludu l-PM2,5, l-NO2 u l-O3. Skont stimi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent ippubblikati fl-2020, fl-2018 l-esponiment fit-tul għal dawk it-tliet sustanzi niġġiesa kkaġunaw rispettivament 379 000, 54 000 u 19 400 każ ta’ mewt prematur fl-Unjoni, |
(4) |
Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-istorbju mit-traffiku fit-toroq waħdu huwa t-tieni fattur ta’ stress ambjentali l-aktar dannuż fl-Ewropa, wara t-tniġġis tal-arja. Mill-inqas 9 000 każ ta’ mewt prematur fis-sena jistgħu jiġu attribwiti lill-mard tal-qalb ikkawżat mill-istorbju mit-traffiku. |
(5) |
Skont ir-rapport tal-2020 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar il-kwalità tal-arja fl-Ewropa, fl-2018 it-trasport bit-triq kien is-settur bl-aktar emissjonijiet ta’ NO x u t-tieni l-akbar emittent tat-tniġġis bil-karbonju iswed. |
(6) |
Fil-komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Lulju 2016 intitolata ‘Strateġija Ewropea għal Mobbiltà b’Emissjonijiet Baxxi’, il-Kummissjoni ħabbret li ser tipproponi l-emendar tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) sabiex tippermetti tariffi wkoll abbażi tad-differenzjazzjoni tad-dijossidu tal-karbonju, u l-estensjoni ta’ xi wħud mill-prinċipji tagħha għax-xarabanks u l-kowċis, kif ukoll għall-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief. |
(7) |
Filwaqt li jitqies il-perijodu ta’ żmien biex tiġġedded il-flotta tal-vetturi u l-ħtieġa li s-settur tat-trasport bit-triq jikkontribwixxi għall-miri tal-klima u tal-enerġija tal-Unjoni għall-2030 u lil hinn, ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) stabbilixxa l-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 għall-vetturi tqal ġodda għall-2025 u l-2030 fil-livell ta’ 15 % u rispettivament 30 % inqas minn medja stabbilita ta’ emissjonijiet ta’ CO2. |
(8) |
Biex jiġi stabbilit suq intern tat-trasport bit-triq b’kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni, jenħtieġ li r-regoli jiġu applikati b’mod uniformi. Wieħed mill-għanijiet ewlenin ta’ din id-Direttiva huwa l-eliminazzjoni ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-utenti. |
(9) |
Minkejja l-importanza tas-settur tat-trasport bit-triq, il-vetturi tqal kollha għandhom impatt sinifikanti fuq l-infrastruttura tat-toroq u jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-arja. Minkejja l-importanza soċjali u ekonomika tagħhom, il-vetturi ħfief huma l-oriġini tal-maġġoranza tal-impatti ambjentali u soċjali negattivi mit-trasport bit-triq fir-rigward tal-emissjonijiet u l-konġestjoni. Fl-interess tat-trattament ugwali u l-kompetizzjoni ġusta, jenħtieġ li jiġi żgurat li l-vetturi li sa issa mhumiex koperti mill-qafas stabbilit fid-Direttiva 1999/62/KE, fir-rigward tal-pedaġġi u t-tariffi għall-utent, jiġu inklużi f’dak il-qafas. Għalhekk, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva jiġi estiż għall-vetturi tqal minbarra dawk maħsuba għall-ġarr tal-merkanzija u għall-vetturi ħfief, inkluż l-karozzi tal-passiġġieri. |
(10) |
Sabiex jiġi evitat li t-traffiku jibda juża t-toroq mingħajr pedaġġi, li jista’ jkollu impatt serju fuq is-sikurezza tat-toroq u fuq l-użu ottimali tan-network tat-toroq, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimponu pedaġġi fuq is-sezzjonijiet kollha tan-network ta’ awtostradi tagħhom. |
(11) |
Sabiex ikun hemm applikazzjoni konsistenti u armonizzata tas-sistema ta’ tariffi għall-infrastruttura madwar l-Unjoni u kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għas-suq tat-trasport tal-merkanzija, huwa importanti li arranġamenti differenti ta’ pedaġġ jikkalkulaw l-ispejjeż b’mod simili. Peress li l-kuntratti ta’ konċessjoni eżistenti jistgħu jinkludu arranġamenti differenti minn dawk previsti f’din id-Direttiva, jenħtieġ li sabiex tiġi żgurata l-vijabilità finanzjarja tal-kuntratti ta’ konċessjoni eżistenti, l-Istati Membri jitħallew jeżentawhom minn ċerti obbligi stabbiliti f’din id-Direttiva, sakemm dawk il-kuntratti jiġu emendati b’mod sostanzjali. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu wkoll li jfittxu li jġibu l-kuntratti ta’ konċessjoni eżistenti konformi mal-bidliet għall-qafas regolatorju nazzjonali jew tal-Unjoni jew li jivvalutaw il-possibbiltà li japplikaw tariffa għall-ispejjeż esterni għas-CO2 u għat-tniġġis tal-arja u/jew skontijiet relatati ma’ dawk l-emissjonijiet, fejn il-pedaġġi ta’ konċessjoni ma jkunux varjati f’konformità ma’ din id-Direttiva. |
(12) |
It-tariffi għall-utent abbażi tal-ħin, min-natura tagħhom, ma jirriflettux l-ispejjeż reali kkawżati mill-użu fit-triq u, għal raġunijiet simili, mhumiex effikaċi bħala inċentiv għal operazzjonijiet aktar nodfa u aktar effiċjenti, jew it-tnaqqis tal-konġestjoni. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni mill-utenti tal-iskemi futuri tat-tariffi għall-użu tat-triq, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jintroduċu sistemi adegwati għall-ġbir tat-tariffi bħala parti minn pakkett usa’ ta’ servizzi ta’ mobbiltà. Sistemi bħal dawn għandhom jiżguraw distribuzzjoni ġusta tal-ispejjeż tal-infrastruttura u jirriflettu l-prinċipju ta’ ‘min iniġġes iħallas’. Jenħtieġ li kwalunkwe Stat Membru li jintroduċi sistema bħal din jiżgura li din tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva (UE) 2019/520 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). Minħabba l-impatt sinifikanti li għandhom fuq l-infrastruttura tat-toroq u l-kontribut tagħhom għat-tniġġis tal-arja, jenħtieġ li tkun prijorità li l-vetturi tqal ikunu fil-mira ta’ sistemi tat-tariffi preċiżi. B’mod partikolari, sabiex jiġu promossi operazzjonijiet tat-trasport aktar nodfa u effiċjenti tal-vetturi tqal, jenħtieġ li, fil-prinċipju, it-tariffi għall-utent abbażi tal-ħin jitneħħew gradwalment fuq in-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni, peress li dak in-network fih l-aktar nodi u konnessjonijiet strateġikament importanti fin-network trans-Ewropew tat-trasport. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi storiċi u b’kont meħud tal-isfidi u l-piżijiet amministrattivi sinifikanti assoċjati mal-introduzzjoni ta’ pedaġġi, jenħtieġ li l-Istati Membri jibbenefikaw minn perijodu tranżizzjonali twil biżżejjed li matulu jkunu jistgħu jintroduċu jew iżommu tariffi għall-utent abbażi tal-ħin. Wara dak il-perijodu tranżizzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri ma jkollhomx il-possibbiltà li japplikaw tariffi għall-utent ibbażati għalkollox fuq il-ħin għall-vetturi tqal fuq sezzjonijiet tan-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni tagħhom ħlief f’każijiet debitament ġustifikati. Tali każijiet debitament ġustifikati jenħtieġ li jkunu limitati għal każijiet fejn l-applikazzjoni ta’ pedaġġ fuq vetturi tqal tkun tinvolvi spejjeż amministrattivi, ta’ investiment u operatorji sproporzjonati meta mqabbla mad-dħul jew benefiċċji mistennija ġġenerati, pereżempju minħabba t-tul limitat tas-sezzjonijiet tat-toroq ikkonċernati jew id-densità relattivament baxxa tal-popolazzjoni jew it-traffiku relattivament baxx, jew fejn l-applikazzjoni ta’ pedaġġ tkun twassal għad-devjazzjoni tat-traffiku b’impatti negattivi fuq is-sikurezza fit-toroq jew fuq is-saħħa pubblika. Dik il-possibbiltà li l-Istati Membri, f’każijiet debitament ġustifikati, hija waħda meħtieġa għal kunsiderazzjonijiet ewlenin ta’ interess pubbliku bħall-kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni diffiċli u l-iżolament ta’ żoni b’densità ta’ popolazzjoni baxxa, is-sikurezza fit-toroq jew is-saħħa pubblika. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta’ tariffi għall-utent abbażi tal-ħin f’dawn il-każijiet debitament ġustifikati jenħtieġ li tkun soġġetta għall-konformità mar-rekwiżiti proċedurali: obbligu li tiġi vvalutata l-ħtieġa għal tali sistema u obbligu li l-Kummissjoni tiġi nnotifikata dwar l-applikazzjoni tagħha. Tali notifika jenħtieġ li tinkludi raġunijiet li jagħtu dettalji dwar iċ-ċirkostanzi speċifiċi relatati mas-sezzjonijiet tan-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni fejn jiġu applikati tariffi għall-utent abbażi tal-ħin. |
(13) |
L-Istati Membri li, mad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, japplikaw pedaġġi fuq in-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni tagħhom jew fuq parti minnu jenħtieġ li jkunu jistgħu jistabbilixxu sistema tat-tariffi kombinata għall-vetturi tqal kollha jew għal xi tipi ta’ vetturi tqal. Madankollu, jenħtieġ li dik l-għażla tkun miftuħa biss bħala kontinwazzjoni u bħala suppliment ta’ sistema ta’ pedaġġ fin-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni, fejn jinsabu l-aktar nodi u konnessjonijiet strateġikament importanti tan-network trans-Ewropew tat-trasport, jew f’parti minnu. Dik is-sistema tkun tippermetti lill-Istati Membri jestendu u jwessgħu l-implimentazzjoni tal-prinċipji ta’ ‘l-utent iħallas’ u ta’ ‘min iniġġes iħallas’ lil hinn min-network bil-pedaġġ, billi japplikaw tariffi għall-utent fuq dawk is-sezzjonijiet tan-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni li mhumiex koperti minn pedaġġi jew għal xi tipi ta’ vetturi tqal, bħal dawk li jaqgħu taħt tunnellaġġ speċifiku, li mhumiex soġġetti għal pedaġġi. Is-sistema tat-tariffi kombinata għalhekk tkun qed tgħin lill-Istati Membri jagħmlu aktar progress u tiżgura trasport bit-triq aktar ekoloġiku, b’mod partikolari fejn ma jkun hemm ebda sistema tat-tariffi fis-seħħ u fejn il-pedaġġi ma jkunux għażla ekonomikament vijabbli jew soċjalment aċċettabbli. Barra minn hekk, sabiex jiġu rrispettati bis-sħiħ il-prinċipji tal-mobbiltà sostenibbli, l-ammont massimu ta’ dawk it-tariffi għall-utent jenħtieġ li jvarja kemm skont il-klassi ta’ emissjonijiet Euro kif ukoll skont il-klassi ta’ emissjonijiet ta’ CO2 tal-vettura. Abbażi ta’ dawk il-kunsiderazzjonijiet kollha, huwa inkontestabbli li l-applikazzjoni ta’ tali sistema li tikkombina approċċ ibbażat fuq il-ħin u bbażat fuq id-distanza tkun tinvolvi ħafna benefiċċji; għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni tagħha tkun possibbli wkoll wara t-tmiem tal-perijodu tranżitorju għas-sistemi bbażati għalkollox fuq il-ħin. Sa mhux aktar tard minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri, meta jimponu t-tariffi għall-użu tat-triq fuq il-vetturi tqal tal-merkanzija, jimponu pedaġġi jew tariffi għall-utent fuq il-vetturi tqal kollha tal-merkanzija. |
(14) |
Meta jissaħħu l-prinċipji tal-utent u ta’ min iniġġes iħallas, jenħtieġ li jitqiesu ċerti karatteristiċi tal-Istati Membri jew tas-sistemi ta’ pedaġġ u tariffi għall-utent tagħhom. Pereżempju, fir-rigward ta’ żoni b’popolazzjoni b’densità partikularment baxxa jew network partikularment kbir ta’ toroq b’pedaġġ jew tariffi, jenħtieġ li tkun disponibbli l-possibbiltà li jiġu previsti eżenzjonijiet għal sezzjonijiet ta’ toroq. |
(15) |
Xi Stati Membri għandhom networks kbar b’pedaġġ li jinkludu ħafna aktar awtostradi u toroq minn dawk biss li huma parti min-network trans-Ewropew tat-trasport. Għalhekk, l-applikazzjoni ta’ pedaġġi jew tariffi għall-utent għall-vetturi tqal tal-merkanzija kollha tirriżulta f’piżijiet ferm aktar estensivi, speċjalment għan-negozji żgħar u ta’ daqs medju tal-artiġjanat (li ħafna minnhom huma involuti f’xogħol ta’ kostruzzjoni, u li tipikament ma jipprovdux servizzi tat-trasport). Dawk il-piżijiet min-naħa tagħhom iwasslu għal prezzijiet ogħla, pereżempju fil-qasam tal-kostruzzjoni. Iż-żidiet fil-prezzijiet jistgħu jfissru li l-investimenti futuri b’mod partikolari, bħar-rinnovazzjoni enerġetika tad-djar u l-appartamenti kif ukoll il-modernizzazzjoni tat-teknoloġija tad-djar, jiġu posposti jew saħansitra kkanċellati. Barra minn hekk, in-negozji tal-artiġjanat xi kultant jivvjaġġaw b’vetturi sabiex jipprovdu s-servizzi tagħhom u dawk il-vjaġġi ma jistgħux jitwettqu faċilment bl-użu ta’ modi oħra ta’ trasport. Barra minn hekk, il-kumpanniji minn reġjuni rurali, li minħabba t-tnaqqis fid-densità tal-popolazzjoni u d-domanda f’dawk ir-reġjuni, huma dipendenti fuq l-abbiltà tagħhom li jipprovdu servizzi u attivitajiet ta’ kostruzzjoni f’żoni metropolitani, isibu ruħhom f’sitwazzjoni kompetittiva żvantaġġuża meta mqabbla ma’ kumpanniji li joperaw fi bliet kbar jew fil-periferija taż-żoni metropolitani. Għalhekk, l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw l-opzjoni li jipprevedu ċerti eżenzjonijiet mit-tariffi, bħal dik fuq vetturi użati għall-ġarr ta’ materjali, tagħmir jew makkinarju għall-użu tas-sewwieq matul ix-xogħol tax-xufier jew użati għall-konsenja ta’ merkanzija prodotta fuq bażi artiġjanali. |
(16) |
Il-possibbiltà li jintużaw toroq soġġetti għal tariffi għall-użu tat-triq, bħall-awtostradi, mini jew pontijiet, minflok toroq lokali diffiċli tista’ tkun importanti għall-persuni b’diżabilità. Sabiex il-persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jużaw toroq soġġetti għal tariffi għall-użu tat-triq mingħajr piż amministrattiv addizzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jeżentaw il-vetturi ta’ persuni b’diżabilità mill-obbligu li jħallsu pedaġġ jew tariffa għall-utent. |
(17) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jqisu l-fatturi soċjoekonomiċi meta japplikaw skemi ta’ tariffi għall-infrastruttura tat-toroq għall-karozzi tal-passiġġieri. Pereżempju, it-tariffi għall-karozzi tal-passiġġieri jistgħu jiġu aġġustati sabiex tiġi evitata penalizzazzjoni eċċessiva tal-utenti frekwenti. |
(18) |
Huwa ta’ importanza partikolari li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema tat-tariffi ġusta, b’mod partikolari waħda li ma tippenalizzax lill-utenti ta’ vetturi privati li, minħabba l-post tar-residenza tagħhom f’żona rurali jew f’żoni li diffiċli li wieħed jaċċedi għalihom jew iżolati, ikollhom bilfors jużaw b’mod aktar regolari toroq prinċipali soġġetti għal tariffi. |
(19) |
Bħal fil-każ ta’ vetturi tqal, huwa importanti li jiġi żgurat li, jekk l-Istati Membri jintroduċu kwalunkwe tariffa abbażi tal-ħin li tiġi applikata għall-vetturi ħfief, din tkun proporzjonata, inkluż fir-rigward ta’ perijodi tal-użu ta’ iqsar minn sena. F’dak ir-rigward, jeħtieġ li jitqies il-fatt li vetturi ħfief għandhom xejriet tal-użu li jvarjaw minn dawk ta’ vetturi tqal. Il-kalkolu ta’ tariffi proporzjonati abbażi tal-ħin jista’ jkun ibbażat fuq id-data disponibbli dwar ix-xejriet tal-vjaġġi. |
(20) |
Skont id-Direttiva 1999/62/KE, tariffa għall-ispejjeż esterni tista’ tiġi imposta fuq livell qrib għall-ispiża marġinali soċjali tal-użu tal-vettura kkonċernata. Irriżulta li dak il-metodu huwa l-aktar mod ġust u effiċjenti biex jitqiesu l-impatti negattivi, ambjentali u tas-saħħa, tat-tniġġis tal-arja u tal-istorbju ġġenerati minn vetturi tqal, u jkun jiżgura li l-vetturi tqal jagħmlu kontribut ġust biex jintlaħqu l-istandards għall-kwalità tal-arja għall-Ewropa stabbilita bid-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) kif ukoll kwalunkwe limitu jew mira applikabbli għall-istorbju. Għalhekk, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ tariffi bħal dawn tiġi ffaċilitata. Jenħtieġ li t-tariffi għall-ispejjeż esterni jiġu applikati b’mod aktar sistematiku. Biex jersqu viċin l-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipju ta’ ‘min iniġġes iħallas’, jenħtieġ li l-Istati Membri japplikaw tariffi għall-ispejjeż esterni għall-vetturi tqal, tal-anqas għat-tniġġis tal-arja, fuq networks koperti minn tariffa għall-infrastruttura. |
(21) |
Għal dak l-għan, jenħtieġ li t-tariffi massimi tal-medja ponderata għall-ispejjeż esterni tiġi ssostitwita mill-valuri ta’ referenza aġġornati fid-dawl tal-inflazzjoni, il-progress xjentifiku li jkun sar biex jiġu stmati l-ispejjeż esterni tat-trasport bit-triq u l-evoluzzjoni tal-kompożizzjoni tal-flotta. |
(22) |
Il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura skont il-klassi tal-emissjonijiet Euro kkontribwiet għall-użu ta’ vetturi aktar nodfa. Madankollu, bit-tiġdid tal-flotot tal-vetturi, il-varjazzjoni tat-tariffi fuq dik il-bażi fin-network interurban mistennija ssir inqas effettiva fuq terminu medju. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew itemmu l-varjazzjoni fil-pedaġġ fuq dik il-bażi. |
(23) |
Fl-istess ħin, billi s-sehem tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi tqal qed jiżdied, jenħtieġ li tiġi introdotta varjazzjoni fit-tariffi għall-infrastruttura u fit-tariffi għall-utent skont il-klassi tal-emissjonijiet ta’ CO2, li tkun kapaċi tikkontribwixxi għat-titjib f’dan il-qasam. Fil-każ ta’ sistemi komuni ta’ tariffi għall-utent, li jistgħu jikkontribwixxu għal aktar armonizzazzjoni, l-implimentazzjoni tal-varjazzjoni hija aktar kumplessa, b’mod partikolari minħabba l-kondizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn tali sistemi komuni. Peress li l-Istati Membri parteċipanti jridu jaqblu dwar id-distribuzzjoni tad-dħul li jakkumula mit-tariffa għall-utent filwaqt li l-livelli tagħha huma limitati mid-dispożizzjonijiet introdotti minn din id-Direttiva kif ukoll jemendaw ftehimiet internazzjonali, huwa ġġustifikat, f’każ speċifiku bħal dan, li jingħata żmien addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-varjazzjoni skont l-emissjonijiet ta’ CO2. Fil-każijiet kollha, jenħtieġ li l-varjazzjoni tkun imfassla b’mod li tkun konsistenti mar-Regolament (UE) 2019/1242. |
(24) |
Sakemm l-emissjonijiet ta’ CO2 jiġu indirizzati permezz ta’ strumenti aktar adatti, bħat-taxxi armonizzati fuq il-karburant inkluż komponent tal-karbonju jew sakemm it-trasport bit-triq ikun kopert minn sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew japplikaw ukoll tariffa għall-ispejjeż esterni li tkun tirrifletti l-ispiża tal-emissjonijiet ta’ CO2. Fejn ikun iġġustifikat minn evidenza xjentifika, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li japplikaw tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 mill-valuri ta’ referenza stabbiliti f’din id-Direttiva. |
(25) |
Sabiex tiġi promossa l-bidla lejn flotta ta’ vetturi aktar nadifa ta’ vetturi tqal, jenħtieġ li l-varjazzjoni fit-tariffi tal-infrastruttura u għall-utent skont l-emissjonijiet ta’ CO2 tagħhom tkun obbligatorja, ħlief fejn tiġi applikata tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2. |
(26) |
Sabiex jiġu ppremjati l-vetturi tqal bl-aħjar prestazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew japplikaw l-ogħla livell ta’ tnaqqis fit-tariffi għal vetturi mħaddma mingħajr emissjonijiet mill-egżost. Biex ikomplu jippromwovu l-introduzzjoni ta’ vetturi b’emissjonijiet żero, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jeżentawhom b’mod temporanju mit-tariffi għall-użu tat-triq. Għall-istess raġunijiet u biex jiġi żgurat li s-sehem tal-vetturi li jibbenefikaw mit-tnaqqis tal-pedaġġ jibqa’ stabbli matul is-snin, filwaqt li tiġi garantita ċ-ċertezza għall-ippjanar fit-tul għall-Istati Membri f’termini ta’ dħul mill-pedaġġ, jenħtieġ li vetturi ġodda jiġu allokati fi klassijiet tal-emissjonijiet ta’ CO2 abbażi tal-prestazzjoni tagħhom kontra t-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet lineari bejn l-2021 u l-2030, kif definit fir-Regolament (UE) 2019/1242. |
(27) |
Sabiex jiġu żgurati l-effettività u l-koerenza tal-varjazzjoni tat-tariffi skont l-emissjonijiet ta’ CO2 u tat-tariffi għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2, li t-tnejn li huma maħsuba biex jiżblukkaw l-użu ta’ vetturi b’emissjonijiet baxxi jew żero, kif ukoll biex ikun hemm applikazzjoni koerenti tad-Direttiva 1999/62/KE ma’ kwalunkwe strument ieħor tal-ipprezzar tal-karbonju relatat mat-trasport bit-triq li jiġi adottat fil-futur, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-effettività u n-neċessità tagħhom fil-ħin. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, tipproponi l-emendar tad-dispożizzjonijiet dwar il-varjazzjoni tat-tariffi skont l-emissjonijiet ta’ CO2 u tat-tariffi għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2, sabiex jiġu evitati tariffi doppji permezz ta’ strumenti differenti tal-ipprezzar tal-karbonju. Filwaqt li l-miżura futura għandha tiżgura ċ-ċertezza legali u l-applikazzjoni koerenti tar-regoli differenti, jenħtieġ li din id-Direttiva tiċċara li l-Istati Membri ma humiex obbligati japplikaw is-sistema ta’ varjazzjoni tas-CO2 prevista f’din id-Direttiva lil hinn mid-data tal-applikazzjoni ta’ strument ieħor tal-ipprezzar tal-karbonju applikabbli għat-trasport bit-triq li jista’ jiġi adottat fil-livell tal-Unjoni, pereżempju abbażi tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE, id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 u r-Regolament (UE) 2015/757 [2021/0211(COD)]. Fil-każ fejn sadanittant jiġi adottat strument ieħor għall-ipprezzar tal-karbonju applikabbli għat-trasport bit-triq, jenħtieġ li l-livell tat-tariffi għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet tas-CO2 ikun limitat għal dak li huwa meħtieġ biex jiġu internalizzati dawk l-ispejjeż esterni u jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li taġġusta, permezz ta’ att delegat, il-valuri ta’ referenza mogħtija fl-Anness IIIc. |
(28) |
Biex jgħinu fis-salvagwardja tal-wirt awtomobilistiku tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jqiegħdu l-vetturi ta’ interess storiku f’kategorija speċjali għall-finijiet tal-aġġustament tad-diversi tariffi li jridu jitħallsu skont din id-Direttiva. |
(29) |
Bħalissa, ir-Regolament (UE) 2019/1242 ma jiddefinixxix it-trajettorji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal gruppi ta’ vetturi tqal mhux koperti mill-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d), ta’ dak ir-Regolament. Fid-dawl tal-Artikolu 15 tiegħu, huwa possibbli li dak ir-Regolament jiġi emendat fil-futur u li t-trajettorji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet jiġu definiti għal tali gruppi ta’ vetturi. Jekk tiġi adottata tali emenda,, il-varjazzjoni fit-tariffi għall-infrastruttura u għall-utent għal vetturi tqal skont il-klassijiet 2 u 3 tal-emissjonijiet ta’ CO2 jenħtieġ li tapplika wkoll għal dawk il-gruppi ta’ vetturi. Jekk tali emenda ma tiġix adottata, il-varjazzjoni għal dawk il-gruppi ta’ vetturi jenħtieġ li ssir biss għall-klassijiet 1, 4 u 5 tal-emissjonijiet ta’ CO2. |
(30) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra, fejn xieraq, li tipproponi emenda għad-Direttiva 1999/62/KE li tintroduċi l-klassijiet 2 u 3 tal-emissjonijiet ta’ CO2 għall-vetturi tqal kollha skont il-prinċipji applikati għal vetturi tqal li bħalissa huma rregolati mir-Regolament (UE) 2019/1242 għall-emissjonijiet ta’ CO2 tagħhom jekk il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament jiġi estiż għal vetturi tqal oħrajn. |
(31) |
Jenħtieġ li din id-Direttiva tippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 permezz ta’ titjib tekniku ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi bil-mutur tqal tal-merkanzija u t-trejlers tagħhom. Għaldaqstant, din id-Direttiva tipprevedi tnaqqis fit-tariffi għall-użu tat-triq għal vetturi bil-mutur tqal tal-merkanzija b’emissjonijiet baxxi ta’ CO2. Għal konsistenza regolatorja sħiħa, ladarba jkunu disponibbli valuri ċċertifikati legalment għall-effett ta’ trejlers u ta’ semi-trejlers fuq l-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ kombinazzjonijiet ta’ vetturi tqal tal-merkanzija, jenħtieġ li l-Kummissjoni, fejn xieraq, tissottometti proposta leġiżlattiva biex temenda d-Direttiva 1999/62/KE sabiex tinkludi tali valuri ċċertifikati meta jiġi determinat it-tnaqqis tat-tariffi għall-użu tat-triq previsti f’din id-Direttiva. |
(32) |
Sabiex ikompli jiġi promoss it-tiġdid tal-flotta u biex tiġi evitata d-distorsjoni tas-suq tal-vetturi użati għall-vetturi tqal, il-klassifikazzjoni ta’ vetturi li jappartjenu għall-klassi 2 u 3 tal-emissjonijiet ta’ CO2 jenħtieġ li tiġi vvalutata mill-ġdid kull sitt snin mill-ewwel reġistrazzjoni tagħhom. Sabiex jiġi minimizzat il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-validità tat-tariffi għall-utent validi qabel id-data tar-riklassifikazzjoni ma tiġix affettwata. |
(33) |
Fir-rigward tad-dħul fis-seħħ tar-riklassifikazzjoni fis-sistemi tat-tariffi għall-utent, l-għażla ta’ mudell xieraq tiddependi fuq kunsiderazzjonijiet speċifiċi dwar il-konsegwenzi amministrattivi ta’ dik ir-riklassifikazzjoni, u l-effetti tagħha fuq id-dħul. Għalhekk, id-deċiżjoni dwar kif tiġi implimentata r-riklassifikazzjoni fis-sistemi tat-tariffi għall-utent jenħtieġ li titħalla f’idejn l-Istati Membri (jew, fil-każ ta’ sistemi komuni, f’idejn il-grupp ta’ Stati Membri kkonċernati). |
(34) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tal-varjazzjoni tal-pedaġġ skont l-emissjonijiet ta’ CO2, huwa neċessarju li d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE (8)tiġi emendata sabiex din tkun tirrikjedi li, fejn disponibbli fuq iċ-Ċertifikat ta’ Konformità tagħhom, l-emissjonijiet speċifiċi ta’ CO2 ta’ vetturi tqal ikunu indikati fuq iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni tagħhom. Jekk ir-Regolament (UE) 2019/1242 jiġi emendat b’tali mod li jaffettwa l-kontabbiltà tal-emissjonijiet ta’ CO2 li jirriżultaw mill-użu ta’ fjuwils b’livell baxx ta’emissjonijiet ta’ karbonju, jista’ jkun xieraq li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li tissaħħaħ il-koerenza bejn din id-Direttiva u dawk l-emendi. Huwa importanti li jiġi żgurat li t-tagħmir abbord użat bħala parti minn servizz tal-pedaġġ ikun fih id-data relatata mal-emissjonijiet ta’ CO2 u l-klassi tal-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ vetturi tqal, u li din id-data tkun disponibbli għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri, kif definit fid-Direttiva (UE) 2019/520 |
(35) |
Il-vetturi ħfief jiġġeneraw żewġ terzi tal-impatti ambjentali negattivi tat-trasport bit-triq fuq l-ambjent u fuq is-saħħa. Għaldaqstant huwa importanti li jiġi promoss l-użu tal-aktar vetturi ndaf u effiċjenti fl-użu tal-fjuwil permezz tad-differenzjazzjoni tat-tariffi għall-użu tat-triq skont l-emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi tagħhom u tal-emissjonijiet niġġiesa tagħhom determinati skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (9) u fir-rigward tar-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10). Sabiex jitħeġġeġ l-użu tal-vetturi l-aktar nodfa u effiċjenti, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew japplikaw pedaġġi jew tariffi għall-utent imnaqqsa ferm għal tali vetturi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iqisu t-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tal-vettura, li hija marbuta mal-konverżjoni tagħha għal fjuwils alternattivi. Filwaqt li jagħmlu dan, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jeskludu l-fjuwils prodotti minn materja prima b’riskju għoli ta’ tibdil indirett fl-użu tal-art (TIUA) li għalih tiġi osservata espansjoni sinifikanti taż-żona ta’ produzzjoni f’art b’ħażna għolja ta’ karbonju. Jenħtieġ li abbonament permanenti jew kwalunkwe mekkaniżmu ieħor approvat mill-operatur tas-sistema ta’ pedaġġ għall-użu tat-triq jippermetti lill-utenti jibbenefikaw minn varjazzjoni fil-pedaġġi jew tariffi għall-utent li tikkorrispondi għat-titjib fil-prestazzjoni ambjentali tal-vettura, wara l-konverżjoni. |
(36) |
Sabiex ikunu jistgħu jippenalizzaw l-iżvilupp u l-użu ta’ vetturi ħfief b’emissjonijiet żero minħabba il-piż addizzjonali marbut mat-teknoloġija mingħajr emissjonijiet, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew japplikaw rati mnaqqsa jew eżenzjonijiet fir-rigward ta’ tali vetturi. |
(37) |
Il-konġestjoni tat-toroq, li għaliha jikkontribwixxu l-vetturi bil-mutur kollha bi proporzjonijiet differenti, tirrappreżenta spiża ta’ madwar 1 % tal-PDG. Parti sinifikanti ta’ dik l-ispiża tista’ tiġi attribwita lill-konġestjoni interurbana. Għalhekk jenħtieġ li tkun permessa tariffa speċifika marbuta mal-konġestjoni, bil-kondizzjoni li tiġi applikata kemm għall-kategoriji tal-vetturi tqal kif ukoll għal dawk ħfief. Fid-dawl tal-kontribut potenzjali tagħhom biex titnaqqas il-konġestjoni, l-Istati Membri jistgħu jeskludu mezzi kollettivi ta’ trasport, jiġifieri minibuses, xarabanks u kowċis minn din it-tariffa tal-konġestjoni. Sabiex tkun effikaċi u proporzjonata, jenħtieġ li t-tariffa tiġi kkalkulata abbażi tal-ispiża marġinali tal-konġestjoni u differenzjata skont il-post, il-ħin u l-kategorija tal-vettura. |
(38) |
It-tariffi għall-użu tat-triq jistgħu jimmobilizzaw riżorsi li jikkontribwixxu għall-finanzjament tal-manutenzjoni u l-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport ta’ kwalità għolja. Għalhekk huwa xieraq li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jirrapportaw b’mod adegwat dwar l-użu ta’ tali dħul. B’mod partikolari, dan għandu jgħin biex jiġu identifikati lakuni possibbli ta’ finanzjament, u biex titjieb l-aċċettazzjoni mill-pubbliku ta’ tariffi għall-użu tat-toroq. Fl-interess tat-trasparenza, ikun xieraq li l-Istati Membri jiżvelaw lill-utenti tat-triq ċerta informazzjoni dwar il-pedaġġi u t-tariffi għall-utent imposti fit-territorju tagħhom, bħall-informazzjoni dwar l-użu ta’ dħul iġġenerat bl-applikazzjoni tad-Direttiva 1999/62/KE, il-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura, it-tariffi għall-ispejjeż esterni u d-dħul totali ġġenerat mit-tariffi tal-konġestjoni għal kull kategorija ta’ vettura. |
(39) |
Jenħtieġ li t-tariffi għall-konġestjoni jirriflettu l-ispejjeż reali li timponi direttament kull vettura fuq l-utenti l-oħra tat-triq, u indirettament fuq is-soċjetà b’mod ġenerali, b’mod proporzjonat. Sabiex jiġi evitat li dawn ixekklu b’mod sproporzjonat il-moviment ħieles tal-persuni u l-merkanzija, jenħtieġ li jkunu limitati għal ammonti speċifiċi li jirriflettu l-ispiża soċjali marġinali tal-konġestjoni f’kundizzjonijiet fejn kważi tintlaħaq il-kapaċità, jiġifieri meta l-volumi tat-traffiku joqorbu l-livell ta’ traffiku li jifilħu t-toroq. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li tariffa tal-konġestjoni ma tiġix applikata flimkien ma’ tariffa għall-infrastruttura li tvarja skont il-ħin tal-ġurnata, it-tip ta’ jum jew l-istaġun bil-għan li titnaqqas il-konġestjoni. Sabiex jiġi massimizzat l-effett pożittiv tat-tariffi għall-konġestjoni, jenħtieġ li d-dħul li jiġġeneraw jiġi allokat għal proġetti li jindirizzaw is-sorsi tal-konġestjoni. |
(40) |
B’kont meħud tal-fatt li l-kuntratti ta’ konċessjoni eżistenti jistgħu jinkludu arranġamenti differenti minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva u sabiex tiġi żgurata l-vijabilità finanzjarja tagħhom, huwa xieraq li jkun meħtieġ li l-kuntratti ta’ konċessjoni eżistenti jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ varjazzjoni tat-tariffa għall-infrastruttura ladarba dawn jiġu emendati b’mod sostanzjali. |
(41) |
Iż-żidiet marġinali li jiżdiedu mat-tariffa għall-infrastruttura jistgħu jipprovdu wkoll kontribuzzjoni utli biex jiġu indirizzati l-problemi relatati ma’ ħsara ambjentali jew konġestjoni sinifikanti li jirriżultaw mill-użu ta’ ċerti toroq, mhux biss dawk f’żoni muntanjużi. Għalhekk, jenħtieġ li titneħħa r-restrizzjoni attwali li tillimita l-użu taż-żidiet marġinali għal żoni bħal dawn. Fil-każ ta’ żewġ Stati Membri jew aktar li jimponu żidiet marġinali ogħla fl-istess kuritur, huwa neċessarju li jitqies li dawk iż-żidiet marġinali jista’ jkollhom effetti negattivi fuq Stati Membri fl-istess kuritur. Barra minn hekk, sabiex jiġi evitat li l-utenti jħallsu darbtejn, jenħtieġ li ż-żidiet marġinali jiġu esklużi f’sezzjonijiet tat-triq fejn tiġi applikata t-tariffa tal-konġestjoni. Għal dak il-għan, sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq l-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni periferiċi u sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni li tirrifjuta jew li titlob emendi tal-pjanijiet, li jkunu tressqu mill-Istat Membru, biex tiġi applikata żieda marġinali mat-tariffa tal-infrastruttura imposta fuq sezzjonijiet speċifiċi tat-toroq li jkollhom konġestjoni regolari, jew li l-użu tagħhom mill-vetturi jikkawża ħsara ambjentali sinifikanti. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) |
(42) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata atti ta’ implimentazzjoni biex tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw l-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ referenza għas-sottogruppi ta’ vetturi tqal mhux koperti mill-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2019/1242. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirriproduċi d-data rilevanti għal dawn il-gruppi ta’ vetturi ppubblikata fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12). Fid-dawl tan-natura limitata tas-setgħat ta’ implimentazzjoni konferiti lill-Kummissjoni, mhuwiex neċessarju li jiġi previst kontroll minn kumitat magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri qabel l-adozzjoni tagħhom. |
(43) |
Fejn Stat Membru jintroduċi sistema ta’ tariffi għat-toroq, il-kumpens li jingħata, jista’, f’ċerti każijiet, jirriżulta f’diskriminazzjoni kontra l-utenti tat-toroq mhux residenti. Għalhekk jenħtieġ li l-possibbiltà li jingħata kumpens tkun limitata għal każijiet ta’ pedaġġi u ma għandhiex tibqa’ disponibbli fil-każ ta’ tariffi għall-utent. |
(44) |
Sabiex jiġu sfruttati s-sinerġiji potenzjali bejn is-sistemi eżistenti tat-tariffi tat-toroq, u biex jitnaqqsu l-ispejjeż operatorji, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun involuta bis-sħiħ fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri li jkunu beħsiebhom jintroduċu skemi komuni ta’ tariffi għat-toroq. |
(45) |
Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jiffinanzjaw il-kostruzzjoni, it-tħaddim, il-manutenzjoni, u l-iżvilupp ta’ installazzjonijiet għall-enerġija jew il-fjuwil għal vetturi b’emissjonijiet baxxi jew żero, bil-ħsieb li tiġi ffaċilitata l-elettrifikazzjoni tat-toroq. B’mod partikolari, fejn Stat Membru jkollu l-ħsieb li jiffinanzja dawn l-installazzjonijiet elettriċi indipendentement mill-finanzjament tal-infrastruttura tat-toroq, jenħtieġ li din id-Direttiva ma timpedixxix lil dak l-Istat Membru milli jimponi tariffi għall-użu ta’ tali installazzjonijiet. |
(46) |
Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiżgura li tariffi nazzjonali ta’ vetturi għall-użu ta’ ċerta infrastruttura jiġu applikati f’qafas koerenti li jiżgura trattament ugwali fl-Unjoni kollha, ma jistax jintlaħaq b’mod tajjeb biżżejjed mill-Istati Membri iżda minħabba n-natura transfruntiera tat-trasport bit-triq u minħabba l-problemi li din id-Direttiva maħsuba tindirizza, jista’ jiġi ttrattat b’mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv. |
(47) |
Huwa neċessarju li t-tariffi għall-ispejjeż esterni jkomplu jirriflettu l-ispiża tat-tniġġis tal-arja, l-istorbju u t-tibdil fil-klima ġġenerati mill-vetturi tqal bl-aktar mod preċiż possibbli mingħajr mal-iskema tat-tariffi ssir kumplessa żżejjed, sabiex jiġi promoss l-użu tal-vetturi l-aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, li l-inċentivi jibqgħu effettivi u li d-differenzjazzjoni tat-tariffi għall-użu tat-triq jinżamm aġġornat. |
(48) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) sabiex tadatta il-valuri ta’ referenza għat-tariffi għall-ispejjeż esterni stabbiliti fl-Annessi IIIb u IIIc tad-Direttiva 1999/62/KE għall-progress xjentifiku u tekniku. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (13). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u b’mod sistematiku l-esperti tagħhom ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. |
(49) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Direttivi 1999/62/KE, 1999/37/KE u (UE) 2019/520 jiġu emendati skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 1999/62/KE
Id-Direttiva 1999/62/KE hi emendata kif ġej:
(1) |
it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej ‘Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir mill-vetturi għall-użu tal-infrastrutturi tat-toroq’; |
(2) |
L-Artikoli 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: ‘Artikolu 1 1. Din id-Direttiva tapplika għal:
2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal vetturi użati esklużivament fit-territorji mhux Ewropej tal-Istati Membri. 3. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal vetturi rreġistrati fil-Gżejjer Kanarji, f’Ceuta u Melilla, fl-Azores jew f’Madeira li jwettqu operazzjonijiet tat-trasport esklużivament f’dawk it-territorji jew bejn dawk it-territorji u, rispettivament, il-partijiet kontinentali ta’ Spanja u tal-Portugall. Artikolu 2 1. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, punt 2:
3. Mingħajr preġudizzju tal-Artikolu 7da (3), l-Istati Membri jistgħu jittrattaw karavan bil-mutur jew bħala kowċ jew xarabank, jew bħala karozza tal-passiġġieri. (*) Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.)" (**) Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51)." (***) Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1)." (****) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1)." (*****) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE, (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202)." (******) Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1)." (*******) Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni, ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1;" |
(3) |
L-Artikolu 7 u 7a huma sostitwiti b’dan li ġej: ‘Artikolu 7 1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 (1a), l-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu pedaġġi jew tariffi għall-utent fuq in-network trans-Ewropew tat-toroq jew fuq ċerti sezzjonijiet ta’ dak in-network, u fuq kwalunkwe parti oħra addizzjonali tan-network tal-awtostradi tagħhom li mhux parti min-network trans-Ewropew tat-toroq taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 4 sa 14 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 7a sa 7k. 2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri, f’konformità mat-TFUE, li japplikaw pedaġġi u tariffi għall-utent fuq toroq oħra, dment li l-impożizzjoni ta’ pedaġġi u tariffi għall-utent fuq toroq oħra bħal dawn ma tiddiskriminax kontra t-traffiku internazzjonali u ma tirriżultax f’distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi. Pedaġġi u tariffi għall-utent applikati għal toroq minbarra toroq tan-network trans-Ewropew u minbarra l-awtostradi għandhom jikkonformaw mal-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, fl-Artikolu 7a u fl-Artikolu 7j(1), (2) u (4). 3. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-Direttiva, il-pedaġġi u t-tariffi għall-utent għal kategoriji differenti ta’ vetturi, pereżempju vetturi tqal, vetturi tqal tal-merkanzija, kowċis u xarabanks, vetturi ħfief, vetturi kummerċjali ħfief, minibuses u karozzi tal-passiġġieri jistgħu jiġu introdotti jew miżmuma indipendentement minn xulxin. Madankollu, meta l-Istati Membri jimponu tariffi fuq karozzi tal-passiġġieri, għandhom ukoll jimponu tariffi fuq vetturi kummerċjali ħfief. 4. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu pedaġġi u tariffi għall-utent simultanjament fuq kwalunkwe kategorija speċifika ta’ vetturi għall-użu ta’ parti unika ta’ triq. Madankollu, Stat Membru li jimponi tariffa tal-utent fuq in-network tiegħu jista’ jimponi wkoll pedaġġi għall-użu ta’ pontijiet, mini u passaġġi fuq muntanji. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx l-Artikolu 7ca(3), l-Artikolu 7ga(1) u l-Artikolu 7gb(2) għal tali pedaġġi għall-użu ta’ pontijiet, mini u passaġġi fuq muntanji fejn tkun issodisfata waħda jew iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
Stat Membru li jiddeċiedi li ma japplikax l-Artikolu 7ca(3), l-Artikolu 7ga(1) u l-Artikolu 7gb(2) skont it-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu. 5. Il-pedaġġi u t-tariffi għall-utent ma għandhomx jiddiskriminaw, direttament jew indirettament, fuq il-bażi;
6. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu pedaġġi jew tariffi għall-utent imnaqqsa fuq ċerti sezzjonijiet ta’ toroq, jew jeskludu għal kollox ċerti sezzjonijiet ta’ toroq minn tariffi għall-użu tat-triq, b’mod partikolari fejn l-intensità tat-traffiku tkun baxxa f’żoni b’popolazzjoni b’densità baxxa. 7. Fil-każ ta infrastrutturi ta’ toroq koperti minn kuntratti ta konċessjoni, fejn il-kuntratt ġie ffirmat qabel l-24 ta’ Marzu 2022 jew l-offerti jew tweġibiet għal stediniet għal negozjar skont il-proċedura negozjata ġew irċevuti wara proċess ta’ akkwist pubbliku qabel l-24 ta’ Marzu 2022, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma japplikawx l-Artikolu 7ca(3), l-Artikolu 7g(1) u (2), l-Artikolu 7ga u l-Artikolu 7gb għal pedaġġi u tariffi għall-utent fuq dawk l-infrastrutturi, sal-mument li l-kuntratt ta’ konċessjoni jiġġedded jew l-arranġament ta’ pedaġġi jew tariffi jiġi emendat b’mod sostanzjali, 8. Il-paragrafu 7 japplika wkoll għal kuntratti ta’ terminu twil, konklużi bejn entità pubblika u entità mhux pubblika, iffirmati qabel l-24 ta’ Marzu 2022 għall-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet u/jew il-ġestjoni ta’ servizzi għajr l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet li ma jinkludux it-trasferiment tar-riskju tad-domanda. 9. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu rati mnaqqsa ta’ pedaġġi u tariffi għall-utent, jew eżenzjonijiet mill-obbligu li jitħallsu pedaġġi u tariffi għall-utent għal:
10. Mill-25 ta’ Marzu 2030, l-Istati Membri ma għandhomx japplikaw tariffi għall-utenti għal vetturi tqal fuq in-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni. 11. B’deroga mill-paragrafu 10, l-Istati Membri jistgħu japplikaw tariffi għall-utent għal vetturi tqal fuq sezzjonijiet tan-network trans-Ewropew tat-trasport ewlieni iżda biss f’każijiet debitament ġustifikati fejn l-applikazzjoni ta’ pedaġġ tkun:
12. Fejn l-Istati Membri japplikaw sistema komuni għal tariffi għall-utent skont l-Artikolu 8, dawk l-Istati Membri għandhom jadattaw jew iwaqqfu s-sistema komuni sal-25 ta’ Marzu 2032. 13. Sal-25 ta’ Marzu 2027, fir-rigward ta’ vetturi tqal tal-merkanzija, Stat Membru jista’ jagħżel li japplika pedaġġi jew tariffi għall-utent fil-każ biss ta’ vetturi tqal tal-merkanzija b’massa massima mgħobbija teknikament permissibbli ta’ mhux inqas minn 12-il tunnellata fejn iqis li l-impożizzjoni ta’ pedaġġi jew tariffi għall-utent għall-vetturi tqal tal-merkanzija ta’ inqas minn 12-il tunnellata tkun:
14. Fejn jiġu applikati pedaġġi għall-vetturi tqal kollha, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw perċentwali differenti tal-ispejjeż mill-kowċis u x-xarabanks u karavans bil-mutur, minn naħa, u mill-vetturi tqal tal-merkanzija, min-naħa l-oħra. 15. Sal-25 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni u l-effettività ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ tariffi imposti fuq vetturi ħfief. Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-evoluzzjoni tas-sistemi tat-tariffi applikati għal vetturi ħfief f’termini tat-tip ta’ imposti applikati għal diversi kategoriji ta’ vetturi, il-firxa tan-network kopert, il-proporzjonalità tal-ipprezzar u elementi rilevanti oħra. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, għandha tissottometti proposta leġislattiva, biex temenda d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva. Artikolu 7a 1. It-tariffi għall-utent għandhom ikunu proporzjonati għat-tul tal-użu li jsir mill-infrastruttura. 2. Jekk it-tariffi għall-utent fir-rigward ta’ vetturi tqal jiġu applikati, l-użu tal-infrastruttura għandu jkun disponibbli għal mill-inqas il-perijodi li ġejjin: ġurnata, ġimgħa, xahar u sena. Ir-rata għal xahar ma għandhiex taqbeż l-10 % tar-rata annwali, ir-rata għal ġimgħa ma għandhiex taqbeż il-5 % tar-rata annwali u r-rata għal ġurnata ma għandhiex taqbeż it-2 % tar-rata annwali. Stat Membru jista’ jiddeċiedi li għall-vetturi rreġistrati f’dak l-Istat Membru japplikaw biss ir-rati annwali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu tariffi għall-utent, inkluż l-ispejjeż amministrattivi, għall-vetturi tqal kollha, f’livell li ma jaqbiżx ir-rati massimi stipulati fl-Anness II. 3. Jekk it-tariffi għall-utent fir-rigward ta’ karozzi tal-passiġġieri jiġu applikati, l-użu tal-infrastruttura għandu jkun disponibbli għal mill-inqas il-perijodi li ġejjin: ġurnata, ġimgħa jew għaxart ijiem jew it-tnejn, xahar jew xahrejn jew it-tnejn, u sena. Ir-rata ta’ xahrejn ma għandhiex taqbeż it-30 % tar-rata annwali, ir-rata ta’ xahar ma għandhiex taqbeż id-19 % tar-rata annwali, ir-rata ta’ għaxart ijiem ma għandhiex taqbeż it-12 % tar-rata annwali, ir-rata ta’ ġimgħa ma għandhiex taqbeż il-11 % tar-rata annwali u r-rata ta’ ġurnata ma għandhiex taqbeż id-9 % tar-rata annwali. L-Istati Membri jistgħu jillimitaw it-tariffa għall-utent ta’ ġurnata għal skopijiet ta’ tranżitu biss. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħmlu l-użu tal-infrastruttura disponibbli għal perijodi oħra ta’ żmien. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom japplikaw rati skont il-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-utenti, filwaqt li jqisu l-fatturi rilevanti kollha, b’mod partikolari r-rata annwali u r-rati applikati għall-perijodi l-oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu, ix-xejriet eżistenti tal-użu u l-ispejjeż amministrattivi. Fir-rigward ta’ skemi tat-tariffi għall-utent adottati qabel l-24 ta’ Marzu 2022, l-Istati Membri jistgħu jżommu rati ogħla mil-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu, dment li dawn ikunu fis-seħħ qabel dik id-data, u jistgħu jżommu rati ogħla korrispondenti għal perijodi oħra ta’ użu, f’konformità mal-prinċipju tat-trattament ugwali. Madankollu, għandhom jikkonformaw mal-limiti stabbiliti fl-ewwel subparagrafu kif ukoll mat-tieni subparagrafu malli l-arranġamenti ta’ tariffi emendati b’mod sostanzjali jidħlu fis-seħħ, u mhux aktar tard mill-25 ta’ Marzu 2030. 4. Għall-minibuses u vetturi kummerċjali ħfief, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw jew mal-paragrafu 2 jew mal-paragrafu 3. Fejn l-Istati Membri jistabbilixxu tariffi differenti għall-utenti għal vetturi kummerċjali ħfief milli għall-karozzi tal-passiġġieri, huma għandhom jistabbilixxu rati ogħla ta’ tariffi għall-utenti għal vetturi kummerċjali ħfief milli għall-karozzi tal-passiġġieri. 5. Sal-25 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-fattibbiltà teknika u legali tad-differenzjar tat-trattament ta’ vetturi kummerċjali ħfief differenti abbażi ta’ jekk il-vettura kummerċjali ħafifa kkonċernata hijiex mgħammra b’takografu jew le. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, għandha tissottometti proposta leġislattiva biex temenda din id-Direttiva skont dan.’. (*) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1)." |
(4) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: ‘Artikolu 7aa 1. L-Istati Membri li kienu japplikaw pedaġġi fuq in-network ta’ trasport trans-Ewropew ewlieni tagħhom jew parti minnu, qabel l-24 ta’ Marzu 2022, jistgħu jistabbilixxu sistema tat-tariffi kombinata għall-vetturi tqal kollha jew għal xi tipi ta’ vetturi tqal. 2. F’dik is-sistema tat-tariffi kombinata, l-Istati Membri jistgħu, minkejja l-Artikolu 7(10), japplikaw tariffi għall-utent għall-vetturi tqal kollha jew għal xi tipi ta’ vetturi tqal inkluż għal xi kategoriji ta’ piż ta’ vetturi tqal fuq in-network ta’ trasport trans-Ewropew ewlieni jew partijiet minnu, skont l-Artikolu 7(4). 3. It-tariffi għall-utent imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu varjati f’konformità mal-Artikolu 7ga u skont il-klassi tal-emissjonijiet Euro. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu t-tariffi għall-utent, inkluż l-ispejjeż amministrattivi, għall-vetturi tqal ikkonċernati, f’livell mhux ogħla mir-rati massimi stipulati fl-Anness II. 4. L-Istati Membri li jistabbilixxu l-iskema tat-tariffi kombinata għandhom iwettqu valutazzjoni jew analiżi tal-impatt li tispjega u tiġġustifika l-introduzzjoni tagħha li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni mill-inqas sitt xhur qabel l-introduzzjoni tagħha. |
(5) |
L-Artikoli 7b u 7c huma sostitwiti b’dan li ġej: ‘Artikolu 7b 1. It-tariffa għall-infrastruttura għall-vetturi tqal għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż tal-infrastruttura. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura għall-vetturi tqal għandha tkun relatata mal-ispejjeż tal-kostruzzjoni u l-ispejjeż operatorji, tal-manutenzjoni u tal-iżvilupp tan-network tal-infrastruttura kkonċernata. It-tariffa medja ppeżata għall-infrastruttura tista’ tinkludi wkoll dħul fuq il-kapital u/jew marġni ta’ profitt ibbażat fuq il-kondizzjonijiet tas-suq. 2. L-ispejjeż meqjusa għandhom ikunu relatati man-network jew il-parti tan-network li fuqha jiġu imposti t-tariffi għall-infrastruttura għall-vetturi tqal u mal-vetturi li jkunu soġġetti għal dawk it-tariffi. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw biss perċentwal minn dawk l-ispejjeż. Artikolu 7c 1. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jintroduċu tariffa għall-ispejjeż esterni, marbuta mal-ispiża tat-tniġġis tal-arja mit-traffiku, it-tniġġis mill-istorbju, l-emissjonijiet ta’ CO2 jew kwalunkwe kombinazzjoni tagħhom. Meta tiġi applikata tariffa għall-ispejjeż esterni għal vetturi tqal, l-Istati Membri għandhom ivarjawha u jistabbiluha f’konformità mar-rekwiżiti minimi u l-metodi msemmija fl-Anness IIIa u għandhom jirrispettaw il-valuri ta’ referenza stipulati fl-Anness IIIb u IIIc. L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jirkupraw biss perċentwal minn dawk l-ispejjeż. 2. L-ammont tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għandu jiġi stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat. Jekk Stat Membru jaħtar awtorità għal dan l-iskop, l-awtorità għandha tkun legalment u finanzjarjament indipendenti mill-organizzazzjoni responsabbli għall-ġestjoni jew il-ġbir tat-tariffa kollha jew ta’ parti minnha. 3. L-Istati Membri jistgħu japplikaw eżenzjonijiet li jippermettu li t-tariffi għall-ispejjeż esterni jiġu aġġustati għall-vetturi ta’ interess storiku; |
(6) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: ‘Artikolu 7ca 1. Meta tiġi imposta tariffa għall-ispejjeż esterni għat-tniġġis tal-arja jew mill-istorbju, l-Istati Membri għandhom iqisu l-ispejjeż relatati man-network jew mal-parti tan-network li fuqha tiġi imposta dik it-tariffa u l-vetturi li huma soġġetti għal dik it-tariffa. 2. It-tariffa għall-ispejjeż esterni marbuta mat-tniġġis tal-arja mit-traffiku ma għandhiex tapplika għal vetturi tqal li jikkonformaw mal-aktar standards stretti tal-emissjonijiet Euro. L-ewwel subparagrafu ma għandux jibqa’ japplika erba’ snin wara d-data meta r-regoli li introduċew dawk l-istandards bdew japplikaw. 3. Mill-25 ta’ Marzu 2026, l-Istati Membri għandhom japplikaw tariffa għall-ispejjeż esterni għat-tniġġis tal-arja mit-traffiku, lill-vetturi tqal fuq in-network b’pedaġġ imsemmi fl-Artikolu 7(1). B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx tariffa għall-ispejjeż esterni fuq dawk it-taqsimiet tat-triq fejn dan ikun iwassal għal devjazzjoni tal-vetturi li jniġġsu l-aktar u li jirriżulta f’impatti negattivi fuq is-sikurezza fit-toroq u s-saħħa pubblika. 4. L-Istati Membri jistgħu jivvalutaw il-possibbiltà li japplikaw tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ s-CO2 u għat-tniġġis tal-arja u/jew skontijiet relatati ma’ dawk l-emissjonijiet, fejn il-pedaġġi ta’ konċessjoni ma jkunux varjati f’konformità mal-Artikoli 7g u 7ga, għal vetturi tqal, u f’konformità mal-Artikolu 7gb għal vetturi ħfief. Ir-riżultat ta’ dik il-valutazzjoni fakultattiva, inkluż ġustifikazzjoni tar-raġuni għaliex it-tariffa għall-ispejjeż esterni jew skont ma tiġix applikata għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni. Artikolu 7cb 1. L-Istati Membri jistgħu japplikaw tariffi għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 li jkunu ogħla mill-valuri ta’ referenza stipulati fl-Anness IIIc, sakemm dan isir b’mod mhux diskriminatorju, u limitat għal mhux aktar mid-doppju tal-valuri stipulati fl-Anness IIIc. Fejn l-Istati Membri japplikaw dan il-paragrafu huma għandhom jiġġustifikaw id-deċiżjoni tagħhom u jagħtu notifika dwarha lill-Kummissjoni, skont l-Anness IIIa. 2. Għax-xarabanks u l-kowċis, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw l-istess valuri jew valuri aktar baxxi minn dawk applikati għall-vetturi tqal tal-merkanzija. 3. Tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 tista’ tiġi kkombinata ma’ tariffa għall-infrastruttura li tkun ġiet varjata f’konformità mal-Artikolu 7ga. 4. Sal-25 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni u l-effettività tat-tariffi għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2, kif ukoll il-koerenza tagħha mad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u d-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE (**). Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni, fejn xieraq, għandha tissottometti proposta leġislattiva biex temenda dan l-Artikolu. F’każ li dan l-Artikolu ma jiġix emendat kif xieraq sal-1 ta’ Jannar 2027 iżda d-Direttiva 2003/87/KE jew id-Direttiva 2003/96/KE tkun ġiet emendata b’mod li jirriżulta fl-internalizzazzjoni effettiva ta’ mill-inqas parti mill-ispejjeż esterni tal-emissjonijiet ta’ CO2 mit-trasport bit-triq, il-Kummissjoni għandha tadotta, atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9d ta’ din id-Direttiva, li jemendaw l-Anness IIIc ta’ din id-Direttiva biex il-valuri ta’ referenza tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 jiġu aġġustati, filwaqt li tqis il-prezz effettiv tal-karbonju applikat għall-fjuwils tat-trasport bit-triq fl-Unjoni. (*) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32)." (**) Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51)’;" |
(7) |
L-Artikolu 7d huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 7d Sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ standards ġodda u aktar stretti tal-emissjonijiet Euro, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva sabiex tiddetermina l-valuri ta’ referenza korrispondenti fl-Anness IIIb u taġġusta r-rati massimi tat-tariffi għall-utent fl-Anness II."; |
(8) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 7da 1. F’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness V, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu tariffa tal-konġestjoni fuq kwalunkwe sezzjoni tan-network tat-toroq tagħhom li tkun affettwata mill-konġestjoni. It-tariffa tal-konġestjoni tista’ tiġi applikata biss fuq dawk is-sezzjonijiet tat-toroq li jkollhom konġestjoni regolari u matul dawk il-perijodi biss fejn tipikament ikollhom konġestjoni. 2. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw is-sezzjonijiet tat-toroq u l-perijodi ta’ ħin imsemmija fil-paragrafu 1 abbażi ta’ kriterji oġġettivi marbuta mal-livell li t-toroq u l-viċinanzi tagħhom huma affettwati mill-konġestjoni, li jitkejjel inter alia f’termini tal-medja tad-dewmien jew tat-tul tas-serbut ta’ vetturi. 3. Tariffa tal-konġestjoni imposta fuq kwalunkwe sezzjoni tan-network tat-toroq għandha tapplika b’mod mhux diskriminatorju għall-kategoriji kollha ta’ vetturi, f’konformità mal-fatturi ta’ ekwivalenza standard mogħtija fl-Anness V. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw, b’mod parzjali jew kompletament, il-minibuses, ix-xarabanks u l-kowċis mit-tariffa tal-konġestjoni għall-promozzjoni tat-trasport kollettiv u tal-iżvilupp soċjoekonomiku u l-koeżjoni territorjali. Il-karavans bil-mutur, irrispettivament mill-massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tagħhom, ma għandhomx jiġu ttrattati bħala kowċis u xarabanks għall-fini ta’ dan il-paragrafu. 4. It-tariffa tal-konġestjoni għandha tiġi stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti minimi msemmija fl-Anness V. Hija għandha tirrifletti l-ispejjeż imposti minn vettura fuq l-utenti l-oħra tat-triq, u indirettament fuq is-soċjetà, u għandha tirrispetta l-valuri ta’ referenza mogħtija fl-Anness VI għal kull tip speċifiku ta’ triq. Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni japplika tariffi tal-konġestjoni ogħla mill-valuri ta’ referenza mogħtija fl-Anness VI, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni f’konformità mar-rekwiżiti msemmija fl-Anness V. Id-dħul iġġenerat mit-tariffi tal-konġestjoni, jew l-ekwivalenti f’valur finanzjarju ta’ dak id-dħul, għandu jintuża biex tiġi indirizzata l-problema tal-konġestjoni, jew biex jiġu żviluppati trasport u mobbiltà sostenibbli b’mod ġenerali. Fejn tali dħul jiġi allokat għall-baġit ġenerali, għandu jitqies li Stat Membru jkun applika it-tieni subparagrafu, jekk huwa jimplimenta politiki ta’ appoġġ finanzjarju biex jindirizza l-problema tal-konġestjoni jew biex jiżviluppa trasport u mobbilità sostenibbli li jkollhom valur ekwivalenti għad-dħul iġġenerat mit-tariffi tal-konġestjoni. 5. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa għall-monitoraġġ tal-impatt tat-tariffi tal-konġestjoni u għar-rieżami tal-livell tagħhom. Kull Stat Membru għandu iwettaq rieżami tal-livell ta’ tariffi b’mod regolari, tal-anqas kull tliet snin, biex jiżguraw li ma jaqbżux l-ispejjeż tal-konġestjoni li tokkorri f’dak l-Istat Membru f’dawk is-sezzjonijiet tat-toroq soġġetti għal tariffa tal-konġestjoni.’; |
(9) |
fl-Artikolu 7e, il-paragrafi 1 u 2 huma sostitwiti b’dan li ġej: ‘1. L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw il-livell massimu tat-tariffa għall-infrastruttura għall-vetturi tqal billi jużaw metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ewlenin tal-kalkolu stipulati fl-Artikolu 7b u l-Anness III. 2. Għall-pedaġġi ta’ konċessjoni, il-livell massimu tat-tariffa għall-infrastruttura għall-vetturi tqal għandu jkun ekwivalenti għal, jew inqas mil-livell li kien jirriżulta mill-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq il-prinċipji ewlenin tal-kalkolu stipulati fl-Artikolu 7b u l-Anness III. Il-valutazzjoni ta’ ekwivalenza ta’ dan it-tip għandha ssir fuq il-bażi ta’ perijodu ta’ referenza raġonevolment twil adatt għan-natura tal-kuntratt tal-konċessjoni.’; |
(10) |
L-Artikoli 7f u 7g huma sostitwiti b’dan li ġej: ‘Artikolu 7f 1. Wara li jkun informa lill-Kummissjoni, Stat Membru jista’ japplika żieda marġinali mat-tariffa tal-infrastruttura imposta fuq sezzjonijiet speċifiċi tat-toroq li jkollhom konġestjoni regolari, jew li l-użu tagħhom mill-vetturi jikkawża ħsara ambjentali partikolari, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
2. Fil-każ ta’ proġett transfruntiera ġdid, żieda marġinali tista’ ssir biss jekk l-Istati Membri kollha involuti fil-proġett jaqblu. 3. Żieda marġinali tista’ tiġi applikata fuq tariffa għall-infrastruttura li tkun ġiet varjata skont l-Artikolu 7g, 7ga jew 7gb. 4. Wara li tirċievi l-informazzjoni meħtieġa minn Stat Membru li jkollu l-ħsieb li japplika żieda marġinali, il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-membri tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 9c. Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li ż-żieda marġinali ppjanata ma tissodisfax il-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jekk tikkunsidra li ż-żieda marġinali ppjanata ser ikollha effetti avversi sinifikanti fuq l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjuni periferiċi, hija tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni, biex tiċħad jew titlob l-emendar tal-pjanijiet għat-tariffi ppreżentati mill-Istat Membru kkonċernat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 9c(3). 5. Żieda marġinali ma tistax tiġi applikata għal sezzjonijiet tat-toroq li fuqhom tiġi applikata tariffa tal-konġestjoni. Artikolu 7g 1. It-tariffa għall-infrastruttura tista’ tiġi varjata bl-iskop li tonqos il-konġestjoni, tonqos kemm jista’ jkun il-ħsara għall-infrastruttura u jitjieb bl-aħjar mod possibbli l-użu tal-infrastruttura kkonċernata jew tiġi promossa s-sikurezza fit-toroq, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
2. Sakemm tiġi applikata l-varjazzjoni tat-tariffi għall-infrastruttura u t-tariffi għall-utent imsemmija fl-Artikolu 7ga, fir-rigward tal-vetturi tqal, l-Istati Membri għandhom ivarjaw it-tariffa għall-infrastruttura skont il-klassi tal-emissjonijiet Euro tal-vettura b’tali mod li ebda tariffa għall-infrastruttura ma tkun aktar minn 100 % ’l fuq mill-istess tariffa għal vetturi ekwivalenti li jissodisfaw l-aktar standards stretti tal-emissjonijiet Euro. Ladarba t-tariffi għall-infrastruttura u t-tariffi għall-utent jiġu varjati skont l-Artikolu 7ga, l-Istati Membri jistgħu ma jkomplux bil-varjazzjoni skont il-klassi tal-emissjonijiet Euro. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax ir-rekwiżit li jvarja t-tariffa għall-infrastruttura jekk tkun tapplika kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
Kwalunkwe deroga jew eżenzjoni bħal din għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni. 3. Il-varjazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu maħsuba biex jiġġeneraw dħul addizzjonali.’; |
(11) |
jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: ‘Artikolu 7ga 1. L-Istati Membri għandhom ivarjaw tariffi għall-infrastruttura u t-tariffi għall-utent għal vetturi tqal f’konformità ma’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom japplikaw dik il-varjazzjoni għandha tiġi applikata għas-sottogruppi ta’ vetturi tqal koperti mill-Artikolu 2(1) il-punti (a) sa (d) tar-Regolament (UE) 2019/1242, mhux aktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għal dawk is-sottogruppi ta’ vetturi fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 11(1) ta’ dak ir-Regolament. Għall-klassijiet 1, 4 u 5 tal-emissjonijiet ta’ CO2, imsemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dik il-varjazzjoni għandha tapplika għall-gruppi ta’ vetturi tqal mhux koperti mill-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2019/1242, mhux aktar tard minn sentejn wara l-pubblikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza f’atti ta’ implimentazzjoni adottati skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, għall-grupp rilevanti. Fejn il-punt 5.1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1242 jiġi emendat permezz ta’ att leġislattiv tal-Unjoni b’tali mod li jiġu koperti l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza rilevanti għal grupp ta’ vetturi tqal, tali emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza ma għandhomx jibqgħu jiġu ddeterminati skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu iżda f’konformità mal-punt 5.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament. Fejn it-trajettorji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal gruppi ta’ vetturi tqal mhux koperti mill-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2019/1242, jiġu determinati minn att leġislattiv tal-Unjoni li jemenda l-punt 5.1 tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, il-varjazzjonijiet għall-klassijiet 2 u 3 tal-emissjonijiet ta’ CO2, kif definiti fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-trajettorji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet il-ġodda. Mingħajr preġudizzju għat-tnaqqis tar-rati previsti fil-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu rati mnaqqsa għat-tariffi għall-infrastruttura jew għall-utent, jew eżenzjonijiet biex jitħallsu t-tariffi għall-infrastruttura jew għall-utent għal vetturi b’emissjonijiet żero minn kwalunkwe grupp ta’ vetturi mill-24 ta’ Marzu 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2025. Mill-1 ta’ Jannar 2026, tali tnaqqis għandu jkun limitat sa 75 % meta mqabbel mat-tariffa applikabbli għall-klassi 1 tal-emissjonijiet ta’ CO2, kif definit fil-paragrafu 2. 2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu għal kull tip ta’ vettura tqila l-klassijiet tal-emissjonijiet ta’ CO2 li ġejjin:
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjoni ta’ vettura li tappartjeni għall-klassi 2 jew 3 ta’ CO2 tiġi vvalutata mill-ġdid kull sitt snin wara d-data tal-ewwel reġistrazzjoni tagħha u li, fejn rilevanti, il-vettura tiġi kklassifikata mill-ġdid fil-klassi tal-emissjonijiet rilevanti abbażi tal-limiti massimi applikabbli f’dak iż-żmien. Ir-riklassifikazzjoni għandha, fir-rigward ta’ tariffa għall-utent, tidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-ewwel jum ta’ validità tagħha li sseħħ fil-jum ta’ dik ir-riklassifikazzjoni jew warajh. 3. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, għandhom japplikaw tariffi mnaqqsa għal vetturi fil-klassijiet 2, 3, 4 u 5, tal-emissjonijiet ta’ CO2 kif ġej:
Fejn it-tariffa għall-infrastruttura jew it-tariffa għall-utent tvarja wkoll skont il-klassi ta’ emissjoni Euro, it-tnaqqis imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu japplika meta mqabbel mat-tariffa applikata għall-aktar standards stretti tal-emissjonijiet Euro. 4. Il-varjazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu maħsuba biex jiġġeneraw dħul addizzjonali. 5. B’deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax ir-rekwiżit li jvarja t-tariffa għall-infrastruttura f’konformità mal-paragrafu 2 fejn tiġi imposta tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 u din tiġi varjata skont il-valuri ta’ referenza tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 fl-Anness IIIc. 6. F’sezzjonijiet tat-toroq fejn vettura titħaddem mingħajr emissjonijiet ta’ CO2 b’mod verifikabbli, l-Istati Membri jistgħu japplikaw għal dik il-vettura tariffi mnaqqsa f’konformità mal-klassi 5 tal-emissjonijiet ta’ CO2. L-Istati Membri li jagħmlu użu minn dik l-għażla għandhom japplikaw it-tariffi applikabbli għall-klassi 1 tal-emissjonijiet ta’ CO2 għal dik il-vettura f’sezzjonijiet oħra tat-toroq. 7. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għall-gruppi ta’ vetturi mhux koperti mill-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d), tar-Regolament (UE) 2019/1242. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jirriproduċu d-data rilevanti għal kull grupp ta’ vetturi ppubblikat fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/956. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti ta’ implimentazzjoni mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tar-rapport rilevanti msemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/956. 8. Sal-25 ta’ Marzu 2027, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-implimentazzjoni u l-effettività tal-varjazzjoni tat-tariffi abbażi tal-emissjonijiet ta’ CO2 imsemmija f’dan l-Artikolu, kif ukoll jekk tkunx għadha neċessarja u l-koerenza tagħha mad-Direttivi 2003/87/KE u 2003/96/KE. Abbażi ta’ dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha, fejn adatt, tissottometti proposta leġislattiva biex temenda d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva dwar il-varjazzjoni tat-tariffi abbażi tal-emissjonijiet ta’ CO2. 9. Il-Kummissjoni għandha, kull ħames snin, wara l-24 ta’ Marzu 2022, tirrieżamina r-rati massimi tat-tariffi għall-utent fl-Anness II u l-livelli ta’ tnaqqis imsemmija fil-paragrafu 3, u, fejn xieraq, tissottometti proposta leġislattiva, ibbażata fuq ir-riżultati ta’ dak il-proċess ta’ rieżami, biex temenda dawk id-dispożizzjonijiet. 10. Kull 30 xahar wara l-24 ta’ Marzu 2022, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport li jivvaluta l-adegwatezza tal-limiti massimi għall-klassijiet 2 u 3 ta’ emissjoni ta’ CO2 imsemmija fl-Artikolu 7ga(2), punti (b) u (c) ta’ din id-Direttiva, fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ referenza ppubblikati skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242 jew l-emissjonijiet ta’ CO2 irrappurtati skont ir-Regolament (UE) 2018/956, u fejn xieraq tissottometti proposta biex temenda dawk il-limiti massimi abbażi tar-riżultati ta’ dik il-valutazzjoni. 11. L-applikazzjoni tal-varjazzjoni tat-tariffi abbażi tal-emissjonijiet ta’ CO2 imsemmija f’dan l-Artikolu ma għandhiex tkun obbligatorja fejn tapplika miżura oħra tal-Unjoni ta’ pprezzar tal-karbonju tal-karburant għat-trasport bit-triq. Artikolu 7gb 1. L-Istati Membri jistgħu jiddifferenzjaw bejn il-pedaġġi u t-tariffi għall-utent għal vetturi ħfief skont il-prestazzjoni ambjentali tal-vettura, kif determinat mill-emissjonijiet ta’ CO2 speċifiċi kkombinati, jew ponderati u kkombinati, irreġistrati fl-entrata 49 taċ-ċertifikat tal-konformità tal-vettura, u mill-prestazzjoni tal-emissjonijiet Euro. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, rati aktar baxxi ta’ pedaġġi u tariffi għall-utent għandhom japplikaw għall-karozzi tal-passiġġieri, minibuses u l-vetturi kummerċjali ħfief li jissodisfaw iż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
2. Mill-1 ta’ Jannar 2026, fejn ikun teknikament prattikabbli, l-Istati Membri għandhom ivarjaw il-pedaġġi u t-tariffi annwali għall-utent għall-vannijiet u l-minibuses skont il-prestazzjoni ambjentali tal-vettura, f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Anness VII. Għal dak il-għan, id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom ikunu indikattivi. Fejn l-Istati Membri jagħżlu li japplikaw kriterji ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet jew livelli ta’ tnaqqis differenti għal dawk stabbiliti fil-paragrafu 1, jew jagħżlu li jinkludu kriterji differenti jew addizzjonali, huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għażliet tagħhom u jiġġustifikawhom, mill-inqas sitt xhur qabel l-introduzzjoni ta’ kwalunkwe varjazzjoni. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li japplikaw tnaqqis għal vetturi b’emissjonijiet żero biss, mingħajr ma japplikaw l-ebda varjazzjoni għal vetturi oħra u mingħajr ma jinnotifikaw lill-Kummissjoni. 3. Soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jqisu titjib fil-prestazzjoni ambjentali tal-vettura li hija marbuta mal-konverżjoni ta’ dik il-vettura għal karburanti alternattivi. 4. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri eċċezzjonali għall-finijiet tal-impożizzjoni ta’ tariffi fuq vetturi ta’ interess storiku. 5. Il-varjazzjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu ma għandhomx ikunu maħsuba biex jiġġeneraw dħul addizzjonali. (*) Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1)." (**) Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).’;" |
(12) |
l-Artikolu 7h huwa emendat kif ġej:
|
(13) |
l-Artikolu 7i huwa emendat kif ġej:
|
(14) |
l-Artikolu 7j huwa emendat kif ġej:
|
(15) |
l-Artikolu 7k huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘Artikolu 7k Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jintroduċu sistema ta’ pedaġġi biex ikun previst kumpens xieraq.’; |
(16) |
l-Artikolu 8, huwa emendat kif ġej:
|
(17) |
l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:
|
(18) |
fl-Artikolu 9c, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej: ‘3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.’; |
(19) |
l-Artikoli 9d u 9e huma sostitwiti b’dan li ġej: ‘Artikolu 9d Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9e biex temenda din id-Direttiva fir-rigward tal-Anness 0, il-formuli fil-punti 4.1 u 4.2 tal-Anness IIIa, u l-ammonti indikati fit-Tabelli tal-Annessi IIIb u IIIc sabiex tadattahom skont il-progress xjentifiku u tekniku. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 7cb(4), il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 9e, biex temenda din id-Direttiva fir-rigward tal-valuri ta’ referenza tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 stabbiliti fl-Anness IIIc, filwaqt li tqis il-prezz effettiv tal-karbonju applikat għall-karburanti għat-trasport bit-triq fl-Unjoni. Tali emendi għandhom ikunu limitati biex jiżguraw li l-livell tat-tariffi għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jiġu internalizzati dawk l-ispejjeż esterni. Artikolu 9e 1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 9d għal perijodu ta’ ħames snin mill-24 ta’ Marzu 2022. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu. 3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9d tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha jkollha effett l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. 4. Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (*). 5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 9d għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
(20) |
l-Artikoli 9f u 9 g jitħassru; |
(21) |
l-Artikoli 10a u 11 huma sostitwiti b’dan li ġej: ‘Artikolu 10a 1. L-ammonti f’euro stabbiliti fl-Anness II u l-ammonti f’ċenteżmi stabbiliti fit-Tabelli tal-Annessi IIIb u IIIc għandhom jiġu adattati kull sentejn sabiex jitqiesu l-bidliet fl-Indiċi Armonizzat tal-Prezzijiet għall-Konsumatur madwar l-UE (HICP) bl-esklużjoni tal-enerġija u tal-ikel mhux ipproċessat, kif ippubblikat mill-Kummissjoni (Eurostat). L-ewwel adattament għandu jseħħ sal-31 ta’ Marzu 2025. L-ammonti għandhom jiġu aġġornati awtomatikament, permezz tal-adattament tal-ammont bażi f’euro jew f’ċenteżmi bil-perċentwal tal-bidla f’dak l-indiċi. L-ammonti li jirriżultaw għandhom jiżdiedu sal-eqreb euro fir-rigward tal-Anness II, jiżdiedu sal-eqreb wieħed minn għaxra ta’ ċenteżmu fir-rigward tal-Annessi IIIb u IIIc. 2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-ammonti adattati msemmija fil-paragrafu 1 sal-31 ta’ Marzu 2025. Dawk l-ammonti adattati għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-pubblikazzjoni. Artikolu 11 1. Sal-25 ta’ Marzu 2025, u kull ħames snin wara dik id-data, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw f’forma aggregata rapport dwar il-pedaġġi u t-tariffi għall-utent imposti fuq it-territorju tagħhom. 2. Ir-rapport ippubblikat skont il-paragrafu 1 għandu jinkludi informazzjoni dwar:
L-Istati Membri li jagħmlu dik l-informazzjoni disponibbli pubblikament online jistgħu jiddeċiedu li ma jfasslux ir-rapport.’; |
(22) |
L-Annessi huma emendati kif ġej:
|
Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva 1999/37/KE
L-Anness I għad-Direttiva 1999/37/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
il-punt II.6 (V.7) huwa sostitwit b’dan li ġej:
(*) Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).’;" |
(2) |
jiżdied il-punt li ġej:
(*1) Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42)." |
Artikolu 3
Emenda għad-Direttiva (UE) 2019/520
Fl-Anness I għad-Direttiva (UE) 2019/520, it-Taqsima ‘Elementi tad-data pprovduti bħala riżultat tat-tiftix awtomatizzat magħmul skont l-Artikolu 23(1)’, il-Parti I ‘Data relatata mal-vetturi’, it-Tabella hija sostitwita b’dan li ġej
‘Parti I. Data relatata mal-vetturi
Punt |
M/O (14) |
Rimarki |
Numru tar-reġistrazzjoni |
M |
|
Numru tax-Chassis/Numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) |
M |
|
Stat Membru tar-reġistrazzjoni |
M |
|
Għamla |
M |
(D.1 (15)) eż. Ford, Opel, Renault |
Deskrizzjoni kummerċjali tal-vettura |
M |
(D.3) eż. Focus, Astra, Megane |
Kodiċi ta’ Kategorija tal-UE |
M |
(J) eż. motorini, muturi, karozzi |
Klassi tal-emissjonijiet Euro |
M |
eż. Euro 4, Euro 6 |
Klassi ta’ emissjonijiet ta’ CO2 |
O |
applikabbli għal vetturi tqal |
Data tar-riklassifikazzjoni |
O |
applikabbli għal vetturi tqal |
CO2 f’g/tkm |
O |
applikabbli għal vetturi tqal |
Massa massima mgħobbija teknikament permissibbli tal-vettura |
M |
|
Artikolu 4
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-25 ta’ Marzu 2024. Huma għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni dwar dan.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi kif tali referenza għandha ssir għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 6
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Frar 2022.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
A. PANNIER-RUNACHER
(1) ĠU C 81, 2.3.2018, p. 188.
(2) ĠU C 176, 23.5.2018, p. 66.
(3) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Ottubru 2018 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tad-9 ta’ Novembru 2021 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Frar 2022 (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(4) Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta’ merkanzija tqila għall-użu ta’ ċerti infrastrutturi (ĠU L 187, 20.7.1999, p. 42).
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE, (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).
(6) Id-Direttiva (UE) 2019/520 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi ta’ pedaġġ u l-faċilitazzjoni tal-iskambju transfruntier ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ ħlas ta’ tariffi tat-triq fl-Unjoni (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 45).
(7) Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).
(8) Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta’ April 1999 dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).
(9) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).
(13) ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.
(14) M = mandatorju meta jkun disponibbli fir-reġistru nazzjonali, O = fakultattiv.
(15) Kodiċi armonizzat tal-Unjoni, ara d-Direttiva1999/37/KE.’.
ANNESS
(1) |
Fil-punt 3 tal-Anness 0, tad-Direttiva 1999/62/KE, tiżdied it-Tabella li ġejja: ‘Limiti tal-Emissjonijiet Euro VI
|
(2) |
L-Anness II tad-Direttiva 1999/62/KE huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘ANNESS II AMMONTI MASSIMI F’EURO TAT-TARIFFI GĦALL-UTENT, INKLUŻ L-ISPEJJEŻ AMMINISTRATTIVI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7a(2) Annwali
Kull xahar kull ġimgħa u kuljum Ir-rati massimi kull xahar kull ġimgħa u kuljum huma proporzjonati għall-perijodu ta’ żmien li fih tkun intużat l-infrastruttura. |
(3) |
L-Anness III tad-direttiva 1999/62/KE huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
L-Anness IIIa tad-Direttiva 1999/62/KE huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘ANNESS IIIa REKWIŻITI MINIMI GĦALL-IMPOŻIZZJONI TA’ TARIFFA GĦALL-ISPEJJEŻ ESTERNI Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-impożizzjoni ta’ tariffa għall-ispejjeż esterni u, fejn applikabbli, għall-kalkolu tat-tariffa massima għall-ispejjeż esterni. 1. Il-partijiet tan-network tat-toroq ikkonċernat L-Istat Membru għandu jispeċifika b’mod preċiż il-parti jew il-partijiet tan-network tat-toroq tiegħu li għandhom ikunu soġġetti għal tariffa għall-ispejjeż esterni. Fejn Stat Membru jkun beħsiebu jimponi tariffa għall-ispejjeż esterni fuq parti waħda jew fuq xi partijiet biss tan-network tat-toroq mis-sehem tiegħu fin-network trans-Ewropew tat-trasport u l-awtostradi tiegħu, il-parti jew il-partijiet għandhom jintgħażlu wara valutazzjoni li tistabbilixxi li l-impożizzjoni ta’ tariffa għall-ispiża esterna fuq partijiet oħrajn tan-network tat-toroq ta’ dan it-tip jista’ jkollha effetti negattivi fuq l-ambjent jew is-sikurezza fit-toroq. Mill-25 ta’ Marzu 2026, Stat Membru li biħsiebu ma jimponix tariffa għall-ispejjeż esterni għat-tniġġis tal-arja fuq sezzjonijiet speċifiċi tan-network tat-toroq tiegħu b’pedaġġi, huwa għandu jagħżel ukoll dawk is-sezzjonijiet abbażi ta’ valutazzjoni bħal din. 2. Il-vetturi, it-toroq u l-perijodu ta’ żmien kopert Fejn Stat Membru jkun biħsiebu japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni mill-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb jew l-Anness IIIc, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-vetturi li skontha jvarjaw it-tariffi għall-ispejjeż esterni. Fejn applikabbli, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-lok ta’ toroq soġġetti għal tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni (‘toroq suburbani (inkluż l-awtostradi)’), u ta’ toroq soġġetti għal tariffi aktar baxxi għall-ispejjeż esterni (‘toroq interurbani (inkluż l-awtostradi)’). Fejn applikabbli, huwa għandu jinnotifika wkoll lill-Kummissjoni dwar il-perijodi ta’ żmien eżatti li jikkorrispondu għall-perijodu ta’ billejl li matulu tista’ tiġi imposta tariffa esterna ogħla għall-istorbju biex tirrifletti fastidji akbar ta’ storbju. Il-klassifikazzjoni tat-toroq bħala toroq suburbani (inkluż l-awtostradi) u toroq interurbani (inkluż l-awtostradi), u d-definizzjoni tal-perijodi ta’ żmien għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi relatati mal-livell ta’ esponiment tat-toroq u l-viċinanzi tagħhom għat-tniġġis bħad-densità tal-popolazzjoni, il-medja annwali tat-tniġġis tal-arja (b’mod partikolari għal PM10 u NO2) u jinqabeż l-għadd ta’ jiem (għal PM10) u sigħat (għal NO2) li fih l-valuri ta’ limitu stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE. Il-kriterji użati għandhom jiġu inklużi fin-notifika. 3. Ammont tat-tariffa Din it-taqsima għandha tapplika fejn Stat Membru jkun biħsiebu japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni mill-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb jew IIIc. Għal kull klassi ta’ vettura, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien, kif applikabbli, l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jiddeterminaw ammont wieħed speċifiku. L-istruttura tat-tariffi li tirriżulta għandha tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti kollha fuq termini ugwali. Jenħtieġ li l-pubblikazzjoni ssir f’waqtha u qabel l-implimentazzjoni. Għandhom jiġu ppubblikati l-parametri kollha, id-data u informazzjoni oħra meħtieġa biex jinftiehem kif jiġu kkalkolati l-elementi varji tal-ispiża esterna. Fl-istabbiliment tat-tariffi, l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipju tal-ipprezzar effiċjenti jiġifieri prezz li jkun qrib l-ispiża marġinali soċjali tal-użu tal-vettura li fuqha tiġi imposta t-tariffa. It-tariffa għandha tkun stabbilita wara li jkun ġie kkunsidrat ir-riskju ta’ devjazzjoni tat-traffiku flimkien ma’ kwalunkwe effett negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq, l-ambjent u l-konġestjoni, u kwalunkwe soluzzjoni biex jittaffew dawn ir-riskji. L-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jimmonitorjaw l-effikaċja tal-iskema li timponi t-tariffi fit-tnaqqis tal-ħsara ambjentali li tirriżulta mit-trasport bit-triq. Fejn xieraq, kull sentejn huwa għandu jaġġusta l-istruttura li timponi t-tariffi u l-ammont speċifiku tat-tariffa stabbilita għal klassi partikolari ta’ vettura, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien skont il-bidliet fil-provvista u fid-domanda tat-trasport. 4. Elementi tal-ispiża esterna 4.1. Spiża għat-tniġġis tal-arja mit-traffiku Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni meta mqabbel mal-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb, dak l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jikkalkulaw l-ispiża li għandha tiġi imposta għat-tniġġis tal-arja minħabba t-traffiku billi tiġi applikata l-formula li ġejja:
fejn:
Il-fatturi tal-emissjoni għandhom ikunu l-istess bħal dawk użati mill-Istat Membru biex jistabbilixxi l-inventarji nazzjonali dwar l-emissjonijiet previsti fid-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) (li jeħtieġu l-użu tal-EMEP/EEA air pollutant emission inventory guidebook (**)). L-ispiża monetarja tas-sustanzi niġġiesa għandha tiġi stmata mill-Istat Membru jew, fejn xieraq, mill-awtorità indipendenti msemmija fl-Artikolu 7c(2) ta’ din id-Direttiva, permezz ta’ metodi pprovati xjentifikament. L-Istat Membru jew, jekk xieraq, awtorità indipendenti, jistgħu japplikaw metodi alternattivi pprovati xjentifikament biex jiġi kkalkolat il-valur tal-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja bl-użu ta’ data mill-kejl tas-sustanzi li jniġġsu l-arja u l-valur lokali tal-ispiża monetarja tas-sustanzi li jniġġsu l-arja. 4.2. Spiża għat-tniġġis mill-istorbju mit-traffiku Meta Stat Membru jkollu l-intenzjoni li japplika tariffi ogħla għall-ispejjeż esterni meta mqabbel mal-valuri ta’ referenza speċifikati fl-Anness IIIb, l-Istat Membru, jew, jekk xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jikkalkulaw l-ispiża li għandha tiġi imposta għat-tniġġis mill-istorbju minħabba t-traffiku billi jiġu applikati l-formuli li ġejjin:
NCVj (day) = a × NCVj NCVj (night) = b × NCVj fejn:
It-tniġġis mill-istorbju mit-traffiku hu relatat mal-impatt tal-istorbju fuq is-saħħa taċ-ċittadini tal-madwar tat-triq. Il-popolazzjoni esposta għal-livell tal-istorbju k għandha tittieħed mill-mapep strateġiċi tal-ħsejjes abbozzati skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (***), jew sors ta’ data ekwivalenti ieħor. L-ispiża għal kull persuna esposta għal-livell ta’ storbju k għandha tiġi stmata mill-Istat Membru jew, jekk xieraq minn awtorità indipendenti, bl-użu ta’ metodi pprovati xjentifikament. Il-medja ponderata tat-traffiku ta’ kuljum għandha tassumi fattur ta’ ekwivalenza ‘e’ bejn vetturi tqal tal-merkanzija u karozzi tal-passiġġieri fuq il-bażi tal-livelli ta’ emissjonijiet ta’ storbju tal-karozza medja u tal-vetturi tqal medji tal-merkanzija, filwaqt li jitqies ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (****). L-Istat Membru jew, jekk xieraq, awtorità independenti, jistgħu jistabbilixxu tariffi differenzjati tal-istorbju biex jiġi ppremjat l-użu ta’ vetturi aktar silenzjużi, jekk dan ma jirriżultax f’diskriminazzjoni kontra vetturi barranin. 4.3. Spiża għal emissjonijiet ta’ CO2 mit-traffiku Fejn Stat Membru jkollu l-intenzjoni li japplika tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 ogħla mill-valuri ta’ referenza stabbiliti fl-Anness IIIc, għandu jsir kalkolu minn dak l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, tal-ispiża li tista’ tiġi imposta abbażi ta’ evidenza xjentifika bl-użu tal-approċċ tal-ispejjeż tal-evitar, filwaqt li jitqiesu u jkunu spjegati, b’mod partikolari, l-aspetti li ġejjin:
Tal-anqas sitt xhur qabel l-implimentazzjoni ta’ tali tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni.’; (*) Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1)" (**) Metodoloġija tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: EMEP/EEA air pollutant emission inventory guidebook 2019 – Technical guidance to prepare national emission inventories http://www.eea.europa.eu//publications/emep-eea-guidebook-2019)." (***) Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12);" (****) Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131)." |
(5) |
L-Anness IIIb tad-direttiva 1999/62/KE huwa sostitwit b’dan li ġej: ‘ANNESS IIIb VALURI TA’ REFERENZA TAT-TARIFFA GĦALL-ISPEJJEŻ ESTERNI Dan l-Anness jistipula l-valuri ta’ referenza tat-tariffi għall-ispejjeż esterni, inkluż l-ispejjeż tat-tniġġis tal-arja u tal-istorbju. Tabella 1 Valuri ta’ referenza tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-vetturi tqal tal-merkanzija
Il-valuri tat-Tabella 1 jistgħu jiġu mmultiplikati b’fattur ta’ 2 jew inqas f’żoni muntanjużi u madwar l-agglomerazzjonijiet sa fejn dan ikun ġustifikat minn dispersjoni aktar baxxa, l-inklinazzjoni tat-toroq, l-altitudni jew l-inverżjonijiet tat-temperatura. Jekk ikun hemm evidenza xjentifika għal fattur akbar għaż-żoni muntanjużi jew għall-agglomerazzjonijiet, dan il-valur ta’ referenza jista’ jiżdied abbażi ta’ ġustifikazzjoni dettaljata. |
(6) |
l-Anness li ġej jiżdied fid-direttiva 1999/62/KE ‘ANNESS IIIc VALURI TA’ REFERENZA TAT-TARIFFA GĦALL-ISPEJJEŻ ESTERNI GĦALL-EMISSJONIJIET TA’ CO2 Dan l-Anness jistipula l-valuri ta’ referenza tat-tariffi għall-ispejjeż esterni filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-emissjonijiet ta’ CO2. Tabella 1 Valuri ta’ referenza tat-tariffa għall-ispejjeż esterni għall-emissjonijiet ta’ CO2 għall-vetturi tqal tal-merkanzija
|
(7) |
fl-Anness IV tad-direttiva 1999/62/KE, it-tabella Vetturi kkombinati (vetturi artikolati u ferroviji tat-triq)’ hija sostitwita b’dan li ġej: ‘Kombinazzjonijiet ta’ vetturi (vetturi artikolati u road trains)
|
(8) |
jiżdiedu l-Annessi li ġejjin fid-Direttiva 1999/62/KE: ‘ANNESS V REKWIŻITI MINIMI GĦALL-IMPOŻIZZJONI TA’ TARIFFA TAL-KONĠESTJONI Dan l-Anness jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi għall-impożizzjoni ta’ tariffa tal-konġestjoni. 1. Il-partijiet tan-network soġġetti għat-tariffi tal-konġestjoni, il-vetturi u l-perijodi koperti L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw preċiżament:
2. Ammont tat-tariffa Għal kull kategorija ta’ vettura, sezzjoni tat-triq u perijodu ta’ ħin, l-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jiddeterminaw ammont wieħed speċifiku, stabbilit skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 1 ta’ dan l-Anness, filwaqt li jitqies il-valur ta’ referenza korrispondenti stabbilit fit-Tabella tal-Anness VI. L-istruttura tat-tariffi li tirriżulta għandha tkun trasparenti, magħmula pubblika u disponibbli għall-utenti kollha fuq termini ugwali. Qabel ma jimplimenta tariffa tal-konġestjoni, l-Istat Membru għandu jippubblika fil-ħin dawn kollha li ġejjin:
L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li għandha tiġi ppubblikata skont il-punti (a) u (b). It-tariffa għandha tkun stabbilita biss wara li jkun ġie kkunsidrat ir-riskju ta’ devjazzjoni tat-traffiku flimkien ma’ kwalunkwe effett negattiv fuq is-sikurezza fit-toroq, l-ambjent u l-konġestjoni, u kwalunkwe soluzzjoni biex jittaffew dawn ir-riskji. Meta Stat Membru jkun biħsiebu japplika tariffi tal-konġestjoni ogħla mill-valuri ta’ referenza stabbiliti fit-Tabella tal-Anness VI, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dawn li ġejjin:
3. Monitoraġġ L-Istat Membru jew, fejn xieraq, awtorità indipendenti, għandhom jimmonitorjaw l-effikaċja tal-iskema li timponi t-tariffi fit-tnaqqis tal-konġestjoni. Fejn xieraq, kull tliet snin, għandhom jaġġustaw l-istruttura tariffarja, il-perijodu/i tariffarju/i u l-ammont speċifiku tat-tariffa stabbilita għal kull kategorija partikolari ta’ vetturi, tip ta’ triq u perijodu ta’ żmien skont il-bidliet fil-provvista u fid-domanda tat-trasport. ANNESS VI VALURI TA’ REFERENZA TAT-TARIFFA TAL-KONĠESTJONI Dan l-Anness jistabbilixxi l-valuri ta’ referenza tat-tariffa tal-konġestjoni. Il-valuri ta’ referenza previsti fit-Tabella hawn taħt għandhom jiġu applikati għal vetturi ħfief. It-tariffa għall-konġestjoni għal kategoriji oħra ta’ vetturi għandha tiġi stabbilita permezz tal-multiplikazzjoni tat-tariffa applikata għal vetturi ħfief bil-fatturi ta’ ekwivalenza pprovduti fit-Tabella tal-Anness V. Tabella Il-valuri ta’ referenza tat-tariffa tal-konġestjoni għal vetturi ħfief
ANNESS VII RENDIMENT TAL-EMISSJONIJIET Dan l-Anness jispeċifika r-rendiment tal-emissjonijiet għal sustanzi niġġiesa li skonthom għandhom jiġu differenzjati l-pedaġġi u t-tariffi għall-utent f’konformità mal-Artikolu 7gb(1), il-punt (b). Tabella Kriterji tar-rendiment tal-emissjonijiet għal sustanzi niġġiesa għal vetturi ħfief
|
(*) Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta’ ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1)
(**) Metodoloġija tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent: EMEP/EEA air pollutant emission inventory guidebook 2019 – Technical guidance to prepare national emission inventories http://www.eea.europa.eu//publications/emep-eea-guidebook-2019).
(***) Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwarda l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12);
(****) Ir-Regolament (UE) Nru 540/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur u s-sostituzzjoni tas-sistemi tas-sajlenser, u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttiva 70/157/KEE (ĠU L 158, 27.5.2014, p. 131).
(1) L-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ ekwivalenza mill-Istati Membri tista’ tqis il-kostruzzjoni tat-toroq żviluppata fuq bażi ta’ fażijiet jew bl-użu ta’ approċċ ta’ ċiklu ta’ ħajja twil
(2) ‘Suburbani’ tfisser żoni b’densità tal-popolazzjoni ta’ bejn 150 u 900 abitant/km2 (densità medjana tal-popolazzjoni ta’ 300 abitant/km2).
(3) ‘Interurbani’ tfisser żoni b’densità tal-popolazzjoni inqas minn 150 abitant/km2.
(#) fejn x tista’ tkun vojta jew tkun waħda minn dawn li ġejjin (EVAP, EVAP-ISC, ISC jew ISC-FCM)
(##) kemm għal NOx kif ukoll għal PN kif irrappurtat fil-punt 48.2 taċ-Ċertifikat tal-Konformità, fl-Appendiċi għall-Anness VIII għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (*).