This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0419
Commission Implementing Regulation (EU) 2021/419 of 9 March 2021 amending Implementing Regulation (EU) 2018/2019 as regards certain plants for planting of Jasminum polyanthum Franchet originating in Israel and adapting Combined Nomenclature codes for Ullucus tuberosus and amending Implementing Regulation (EU) 2020/1213 as regards the phytosanitary measures for the introduction of those plants for planting into the Union territory
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/419 tad-9 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Jasminum polyanthum Franchet li toriġina f’Iżrael, u li jadatta l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għall-Ullucus tuberosus u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 fir-rigward tal-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni ta’ dawk il-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/419 tad-9 ta’ Marzu 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Jasminum polyanthum Franchet li toriġina f’Iżrael, u li jadatta l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għall-Ullucus tuberosus u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 fir-rigward tal-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni ta’ dawk il-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni
C/2021/1484
ĠU L 83, 10.3.2021, p. 6–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
10.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/419
tad-9 ta’ Marzu 2021
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 fir-rigward ta’ ċerti pjanti għat-tħawwil tal-Jasminum polyanthum Franchet li toriġina f’Iżrael, u li jadatta l-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda għall-Ullucus tuberosus u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 fir-rigward tal-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni ta’ dawk il-pjanti għat-tħawwil fit-territorju tal-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 42(3) u l-ewwel u t-tielet subparagrafi tal-Artikolu 42(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (2) jistabbilixxi lista ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 (3) jistabbilixxi r-regoli speċifiċi dwar il-proċedura li għandha tiġi segwita biex issir il-valutazzjoni tar-riskju msemmija fl-Artikolu 42(4) tar-Regolament (UE) 2016/2031 għal dawk il-pjanti, il-prodotti mill-pjanti u l-oġġetti l-oħra ta’ riskju għoli. |
(3) |
Wara valutazzjoni preliminari, fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 iddaħħlu 35 pjanta għat-tħawwil li joriġinaw mill-pajjiżi terzi kollha, bħala pjanti ta’ riskju għoli, li fosthom hemm il-ġeneru Jasminum L. |
(4) |
F’konformità mar-Regolament (UE) 2016/2031, jekk jiġi konkluż abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju li pjanta, prodott mill-pjanti jew oġġett ieħor li joriġinaw minn pajjiż terz, minn grupp ta’ pajjiżi terzi jew minn żona speċifika tal-pajjiż terz ikkonċernat ikun fihom riskju inaċċettabbli ta’ pesti, iżda dak ir-riskju jista’ jitnaqqas għal livell aċċettabbli jekk jitwettqu ċerti miżuri, il-Kummissjoni trid tneħħi dik il-pjanta, il-prodott mill-pjanti jew l-oġġett l-ieħor mil-lista stabbilita bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 u żżidhom mal-lista msemmija fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031. |
(5) |
Barra minn hekk, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 (4) jistabbilixxi l-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tħassru mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019. |
(6) |
Fil-25 ta’ Settembru 2019, Iżrael ressaq talba lill-Kummissjoni għall-esportazzjoni ta’ pjanti għat-tħawwil maqlugħa bl-għeruq tal-Jasminum polyanthum Franchet (“il-pjanti speċifikati”). Dik it-talba ġiet sostnuta bid-dossier tekniku rispettiv. |
(7) |
Fit-12 ta’ Awwissu 2020, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ippubblikat opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tar-riskju ta’ komodità tal-pjanti għat-tħawwil Jasminum polyanthum minn Iżrael (5). L-Awtorità identifikat lil Scirtothrips dorsalis, Aonidiella orientalis, Milviscutulus mangiferae, Paracoccus marginatus, Pulvinaria psidii u Colletotrichum siamense (“il-pesti speċifikati”) bħala pesti rilevanti għal dawk il-pjanti għat-tħawwil, evalwat il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju deskritti fid-dossier għal dawk il-pesti, u stmat il-probabbiltà tagħhom ta’ ħelsien mill-pesti. |
(8) |
Abbażi ta’ dik l-opinjoni, huwa kkunsidrat li r-riskju fitosanitarju mill-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ pjanti għat-tħawwil maqlugħa bl-għeruq tal-Jasminum polyanthum Franchet, li joriġinaw minn Iżrael, jitnaqqas għal livell aċċettabbli meta jiġu applikati miżuri ta’ mitigazzjoni xierqa li jindirizzaw ir-riskju ta’ pesti relatati ma’ dawk il-pjanti għat-tħawwil. |
(9) |
Dawk il-miżuri, adottati bħala rekwiżiti fitosanitarji tal-importazzjoni, jiżguraw il-protezzjoni fitosanitarja tat-territorju tal-Unjoni mill-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-pjanti għat-tħawwil maqlugħa bl-għeruq tal-Jasminum polyanthum li joriġinaw minn Iżrael ma jibqgħux jitqiesu bħala pjanti ta’ riskju għoli, u jenħtieġ jitneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019. |
(10) |
Il-miżuri deskritti minn Iżrael fid-dossier huma kkunsidrati biżżejjed biex ir-riskju mill-introduzzjoni tal-pjanti speċifikati fit-territorju tal-Unjoni jitnaqqas għal livell aċċettabbli. Għaldaqstant, il-miżuri adottati b’dan ir-Regolament jenħtieġ jissejsu fuq dawk deskritti minn Iżrael fid-dossier. |
(11) |
Scirtothrips dorsalis hu pest elenkat bħala pest ta’ kwarantina tal-Unjoni fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (6). Aonidiella orientalis, Milviscutulus mangiferae, Paracoccus marginatus, Pulvinaria psidii u Colletotrichum siamense għadhom ma ddaħħlux fil-lista tal-pesti ta’ kwarantina tal-Unjoni li hemm fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, iżda wara valutazzjoni tar-riskju sħiħa oħra jaf ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jiddaħħlu fil-lista. Għal din ir-raġuni, fir-rigward ta’ dawk il-pesti hemm bżonn miżuri fitosanitarji sakemm issir valutazzjoni tar-riskju sħiħa. |
(12) |
Għaldaqstant, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 jenħtieġ jiġi sostitwit b’wieħed ġdid biex jinkludi dawk il-miżuri fitosanitarji. |
(13) |
Jenħtieġ tinkludi wkoll l-elenkar mill-ġdid tal-pjanti, tal-prodotti mill-pjanti u tal-oġġetti l-oħra rispettivi fl-ordni alfabetiku, biex tiġi ffaċilitata l-leġibbiltà ta’ dik il-lista. |
(14) |
Mill-esperjenza tal-kontrolli tal-importazzjoni wara d-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/2019 joħroġ fid-dieher li xi kodiċijiet addizzjonali tan-Nomenklatura Magħquda (NM) stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (7) jeħtieġ jiġu inklużi fil-punt 2 tal-Anness ta’ dak ir-Regolament biex ikopru l-komoditajiet kollha kkummerċjalizzati bħala pjanti tal-Ullucus tuberosus. Għaldaqstant, l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 jenħtieġ jiġi emendat skont dan. |
(15) |
Għal konformità mal-obbligi tal-Unjoni li jirriżultaw mill-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri sanitarji u fitosanitarji, l-importazzjoni ta’ dawk il-komoditajiet jenħtieġ tissokta fl-iqsar żmien possibbli. |
(16) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi lista proviżorja ta’ pjanti, prodotti tal-pjanti jew oġġetti oħra ta’ riskju għoli, fis-sens tal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2016/2031 u lista ta’ pjanti li ma jeħtiġux ċertifikati fitosanitarji għall-introduzzjoni tagħhom fl-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 73 ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 10).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2018 tat-18 ta’ Diċembru 2018 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward il-proċedura li trid tiġi segwita sabiex issir il-valutazzjoni tar-riskju ta’ pjanti b’riskju għoli, il-prodotti tal-pjanti u oġġetti oħra fit-tifsira tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 323, 19.12.2018, p. 7).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1213 tal-21 ta’ Awwissu 2020 dwar il-miżuri fitosanitarji għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li tneħħew mill-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 275, 24.8.2020, p. 5).
(5) Il-Bord tal-PLH tal-EFSA (Bord tal-EFSA dwar is-Saħħa tal-Pjanti), Scientific Opinion on the commodity risk assessment of Jasminum polyanthum plants from Israel. EFSA Journal 2020;18(8):6225, 78 pp. https://doi.org/10.2903/j.efsa.2020.6225.
(6) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS I
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2019 huwa emendat kif ġej:
(a) |
fil-punt 1, fit-tieni kolonna “Deskrizzjoni” il-kelma “Jasminum L.” hija sostitwita bi “Jasminum L., għajr il-pjanti għat-tħawwil maqlugħa bl-għeruq tal-Jasminum polyanthum Franchet li joriġinaw minn Iżrael;” |
(b) |
fil-punt 2, it-tabella hija sostitwita b’dan li ġej:
|
ANNESS II
L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1213 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“ANNESS
Lista ta’ pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra li joriġinaw minn pajjiżi terzi, u r-rekwiżiti korrispondenti għall-introduzzjoni tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 2
Pjanti, prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra |
Kodiċi NM |
Pajjiżi terzi tal-oriġini |
Miżuri |
||||||||||||||||||||||||||
Acer japonicum Thunberg, Acer palmatum Thunberg u Acer shirasawanum Koidzumi, bl-għeruq mikxufa, inattivi, ħielsa mill-weraq, imlaqqma jew imraħħma, pjanti li għandhom minn sena sa tliet snin għat-tħawwil |
ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48 ex 0602 90 50 |
New Zealand |
|
||||||||||||||||||||||||||
Acer japonicum Thunberg, Acer palmatum Thunberg u Acer shirasawanum Koidzumi, bl-għeruq mikxufa, inattivi, ħielsa mill-weraq, imlaqqma jew imraħħma, pjanti li għandhom minn sena sa tliet snin għat-tħawwil |
ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48 ex 0602 90 50 |
New Zealand |
|
||||||||||||||||||||||||||
Albizia julibrissin Durazzini, bl-għeruq mikxufa, inattivi, pjanti mlaqqma għat-tħawwil b’dijametru massimu ta’ 2,5 cm |
ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48 |
Iżrael |
|
||||||||||||||||||||||||||
Albizia julibrissin Durazzini, bl-għeruq mikxufa, inattivi, pjanti mlaqqma għat-tħawwil b’dijametru massimu ta’ 2,5 cm |
ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48 |
Iżrael |
|
||||||||||||||||||||||||||
il-pjanti għat-tħawwil maqlugħa bl-għeruq tal-Jasminum polyanthum Franchet |
ex 0602 10 90 |
Iżrael |
|
||||||||||||||||||||||||||
Robinia pseudoacacia, bl-għeruq mikxufa, inattivi, pjanti mlaqqma għat-tħawwil b’dijametru massimu ta’ 2,5 cm |
ex 0602 90 41 ex 0602 90 45 ex 0602 90 46 ex 0602 90 48 |
Iżrael |
|