This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R2019
Commission Regulation (EU) 2019/2019 of 1 October 2019 laying down ecodesign requirements for refrigerating appliances pursuant to Directive 2009/125/EC of the European Parliament and of the Council and repealing Commission Regulation (EC) No 643/2009 (Text with EEA relevance.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2019 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)
C/2019/2120
ĠU L 315, 5.12.2019, p. 187–208
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 01/05/2021
5.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 315/187 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/2019
tal-1 ta’ Ottubru 2019
li jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-prodotti relatati mal-enerġija li jirrappreżentaw ammonti sinifikanti ta’ bejgħ u ta’ kummerċ fl-Unjoni, li għandhom impatt ambjentali sinifikanti u li jippreżentaw potenzjal sinifikanti għal titjib f’termini tal-impatt ambjentali tagħhom, mingħajr ma jinvolvu kostijiet eċċessivi. |
(2) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2016)773 (2) (il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn) maħruġa mill-Kummissjoni b’applikazzjoni tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2009/125/KE tistabbilixxi l-prijoritajiet ta’ ħidma skont il-qafas tal-ekodisinn u t-tikkettar tal-enerġija għall-perjodu 2016-2019. Il-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn jidentifika l-gruppi ta’ prodotti relatati mal-enerġija li għandhom jitqiesu bħala prijoritajiet, biex isiru studji preparatorji dwar miżuri ta’ implimentazzjoni u biex eventwalment dawn jiġu adottati, kif ukoll biex isir rieżami tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 (3) u tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (4). |
(3) |
Huwa stmat li l-miżuri mill-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn għandhom il-potenzjal li jwasslu total li fl-2030, jaqbeż 260 TWh ta’ ffrankar tal-enerġija finali annwali, ekwivalenti għal tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass serra ta’ madwar 100 miljun tunnellata fis-sena fl-2030. L-apparat refriġeranti huwa wieħed mill-gruppi ta’ prodotti elenkati fil-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn, b’ammont stmat ta’ 10 TWh f’iffrankar tal-enerġija finali annwali fl-2030. |
(4) |
Il-Kummissjoni stabbilixxiet rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti tad-dar fir-Regolament (KE) Nru 643/2009 u skont dak ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrevedi r-Regolament fuq bażi regolari fid-dawl tal-progress teknoloġiku. |
(5) |
Il-Kummissjoni wettqet rieżami tar-Regolament (KE) Nru 643/2009 u analizzat l-aspetti tekniċi, ambjentali u ekonomiċi tal-apparat refriġeranti kif ukoll l-imġiba tal-utenti fil-ħajja reali. Ir-rieżami sar b’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati u mal-partijiet interessati mill-Unjoni u l-pajjiżi terzi. Ir-riżultati tar-rieżami ġew ippubblikati u ppreżentati fil-Forum ta’ Konsultazzjoni stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2009/125/KE. |
(6) |
Ir-rieżami juri l-benefiċċju ta’ rekwiżiti kontinwati u mtejba, adattati għall-progress teknoloġiku tal-apparat refriġeranti. B’mod speċifiku juri li jistgħu jiġu introdotti rekwiżiti dwar l-effiċjenza enerġetika għall-apparat tal-ħżin tal-inbid u li l-fatturi ta’ korrezzjoni jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa b’mod sinifikanti. |
(7) |
Il-konsum annwali tal-enerġija ta’ prodotti soġġetti għal dan ir-Regolament fl-Unjoni ġie stmat li fl-2015 kien ta’ 86 TWh, li jikkorrispondi għal 34 miljun tunnellata ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ekwivalenti għas-CO2. Il-konsum ta’ enerġija tal-apparat refriġeranti f’xenarju ta’ żamma tal-istatus quo huwa mistenni jonqos sal-2030. Madankollu, dan it-tnaqqis huwa mistenni jbatti sakemm ma jiġux aġġornati r-rekwiżiti eżistenti dwar l-ekodisinn. |
(8) |
L-aspetti ambjentali tal-apparat refriġeranti fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li ġew identifikati bħala sinifikanti għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma l-konsum tal-enerġija fil-fażi tal-użu, użu ikbar ta’ enerġija tul il-ħajja tal-prodott minħabba gaskets tal-bibien li jnixxu, possibbiltà baxxa ta’ tiswija u għażliet ta’ preservazzjoni tal-ikel subottimali li jwasslu għal ħela tal-ikel li tista’ tiġi evitata. |
(9) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni COM(2015)0614 final (5) (pjan ta’ azzjoni għal ekonomija ċirkolari) u l-pjan ta’ ħidma dwar l-ekodisinn jissottolinjaw l-importanza tal-użu tal-qafas tal-ekodisinn biex tiġi appoġġata l-bidla lejn ekonomija ċirkolari aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi. Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tirreferi għad-Direttiva 2009/125/KE u tindika li r-rekwiżiti tal-ekodisinn jenħtieġ li jiffaċilitaw l-użu mill-ġdid, iż-żarmar u l-irkupru ta’ skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) billi jittrattaw il-kwistjonijiet eqreb lejn is-sors. Għalhekk jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti xierqa għal dan. |
(10) |
Apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett għandu jkun soġġett għal regolament dwar l-ekodisinn separat. |
(11) |
Jenħtieġ li ċ-chest freezers, inklużi ċ-chest freezers professjonali, ikunu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, peress li mhumiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 (7) u jistgħu jintużaw f’ambjenti oħrajn minbarra dawk professjonali. |
(12) |
L-apparat tal-ħżin tal-inbid u l-apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju (bħall-minibars), inkluż dak b’bibien trasparenti, ma għandux funzjoni ta’ bejgħ dirett. Normalment, l-apparat għall-ħżin tal-inbid jintuża f’ambjenti domestiċi jew fir-ristoranti, filwaqt li l-minibars jintużaw l-aktar fil-kmamar tal-lukandi. Għalhekk, l-apparat għall-ħżin tal-inbid u l-minibars, inklużi dawk b’bibien trasparenti, għandhom ikunu koperti b’dan ir-Regolament. |
(13) |
Jenħtieġ li l-parametri rilevanti tal-prodotti jitkejlu b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli. Jenħtieġ li dawk il-metodi jikkunsidraw metodi ta’ kejl tal-ogħla livell rikonoxxuti inklużi, fejn disponibbli, standards armonizzati adottati mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej, kif elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). |
(14) |
Skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, jenħtieġ li dan ir-Regolament jispeċifika l-proċeduri applikabbli għall-valutazzjoni tal-konformità. |
(15) |
Sabiex jiffaċilitaw il-verifiki tal-konformità, fid-dokumentazzjoni teknika l-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jenħtieġ li jipprovdu t-tagħrif imsemmi fl-Annessi IV u V tad-Direttiva 2009/125/KE, safejn dak it-tagħrif ikollu x’jaqsam mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
(16) |
Għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, jenħtieġ li l-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jingħataw il-possibbiltà li jirreferu għall-bażi tad-data tal-prodott jekk id-dokumentazzjoni teknika skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 (9) tinkludi l-istess tagħrif. |
(17) |
Biex titjieb l-effikaċja ta’ dan ir-Regolament u biex jiġu mħarsa l-konsumaturi, jenħtieġ li jiġu pprojbiti dawk il-prodotti li awtomatikament ibiddlu l-prestazzjoni tagħhom f’kundizzjonijiet ta’ ttestjar biex itejbu l-parametri ddikjarati. |
(18) |
Minbarra r-rekwiżiti legalment vinkolanti stabbiliti f’dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu identifikati punti ta’ referenza indikattivi għall-aħjar teknoloġiji disponibbli biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom soġġetta għal dan ir-Regolament tkun disponibbli b’mod wiesgħa u tkun faċilment aċċessibbli, skont il-punt (2) tal-parti 3 tal-Anness I tad-Direttiva 2009/125/KE. |
(19) |
Jenħtieġ li r-rieżami ta’ dan ir-Regolament jivvaluta l-adegwatezza u l-effikaċja tad-dispożizzjonijiet tiegħu biex jintlaħqu l-miri tiegħu. Jenħtieġ li r-rieżami isir meta d-dispożizzjonijiet kollha jkunu implimentati u jkunu qed juru effett fis-suq. |
(20) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 643/2009 jitħassar. |
(21) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2009/125/KE. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tal-ekodisinn għat-tqegħid fis-suq jew it-tqegħid fis-servizz ta’ apparat refriġeranti li jitħaddem bl-elettriku mill-mejns b’volum totali ta’ aktar minn 10 litri u ta’ inqas jew ekwivalenti għal 1 500 litru.
2. Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
(a) |
kabinetti tal-ħżin refriġeranti professjonali u kabinetti ta’ refriġerazzjoni rapida, bl-eċċezzjoni ta’ chest freezers professjonali; |
(b) |
apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett; |
(c) |
apparat refriġeranti mobbli; |
(d) |
apparat li l-funzjoni primarja tiegħu ma tkunx il-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel permezz tar-refriġerazzjoni. |
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“mejns” jew “mejns tal-elettriku” tfisser il-provvista tal-elettriku mill-grilja ta’ 230 (± 10 %) volt ta’ kurrent alternat b’50 Hz; |
(2) |
“apparat refriġeranti” tfisser kabinett iżolat b’kompartiment wieħed jew aktar ikkontrollati b’temperatura speċifika, imkessaħ b’konvezzjoni naturali jew sfurzata fejn it-tkessiħ jinkiseb b’mezz wieħed jew aktar li jikkonsma l-enerġija; |
(3) |
“kompartiment” tfisser spazju magħluq f’apparat refriġeranti, li jkun direttament aċċessibbli minn bieba esterna waħda jew aktar u li jkun diviż minn subkompartiment ieħor/subkompartimenti oħra permezz ta’ diviżjoni, kontenitur jew kostruzzjoni simili, u li hu stess jista’ jkun diviż f’subkompartimenti. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, “kompartiment” tirreferi kemm għall-kompartimenti kif ukoll għas-subkompartimenti; |
(4) |
“bieba esterna” hija l-parti tal-kabinett li tista’ tiġi spostjata jew titneħħa biex tal-inqas tippermetti li t-tagħbija tiddaħħal jew tinħareġ mill-kabinett; |
(5) |
“subkompartiment” tfisser spazju magħluq f’kompartiment, li jkollu temperatura tat-tħaddim differenti minn dik tal-kompartiment li jifforma parti minnu; |
(6) |
“volum totali” (V) tfisser il-volum tal-ispazju fuq ġewwa tal-kisi intern tal-apparat refriġeranti, ekwivalenti għall-ammont totali tal-volumi tal-kompartiment(i), espress f’dm3 jew litri; |
(7) |
“volum tal-kompartiment” (Vc) tfisser il-volum tal-ispazju fuq ġewwa tal-kisi intern tal-kompartiment, espress f’dm3 jew litri; |
(8) |
“kabinett għall-ħżin refriġerat professjonali” tfisser apparat refriġeranti b’iżolament li jintegra kompartiment wieħed jew aktar aċċessibbli permezz ta’ bieba jew kexxun wieħed jew aktar, li kapaċi jżomm kontinwament it-temperatura ta’ oġġetti tal-ikel fi ħdan il-limiti preskritti f’temperatura ta’ operazzjoni ta’ tkessiħ jew iffriżar, bl-użu ta’ ċiklu tal-kompressjoni tal-fwar, u li jintuża għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel f’ambjenti mhux domestiċi iżda mhux għall-wiri jew għall-aċċess għall-konsumaturi, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095; |
(9) |
“kabinett ta’ refriġerazzjoni rapida” tfisser apparat refriġeranti b’iżolament maħsub primarjament biex ikessaħ malajr oġġetti tal-ikel sħan għal temperatura ta’ inqas minn 10 °C fil-każijiet tat-tkessiħ, u għal temperatura ta’ inqas minn – 18 °C fil-każ ta’ ffriżar, kif definit fir-Regolament (UE) 2015/1095; |
(10) |
“chest freezer professjonali” tfisser freezer li l-kompartiment(i) tiegħu jkun/u aċċessibbli min-naħa ta’ fuq tal-apparat jew li jkollu kemm kompartimenti tat-tip li jinfetaħ minn fuq kif ukoll tat-tip wieqaf, iżda li l-volum gross tal-kompartiment(i) tat-tip li jinfetaħ minn fuq jaqbeż il-75 % tal-volum gross totali tal-apparat, użat għall-ħżin ta’ oġġetti tal-ikel f’ambjenti mhux domestiċi; |
(11) |
“freezer” tfisser apparat refriġeranti li jkollu biss kompartimenti 4-star; |
(12) |
“kompartiment tal-friża” tfisser tip ta’ kompartiment b’temperatura mira ta’ 0 °C jew aktar baxxa; li jkun kompartiment 0-star, 1-star, 2-star, 3-star jew 4-star, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(13) |
“tip ta’ kompartiment” tfisser it-tip ta’ kompartiment iddikjarat konformi mal-parametri tal-prestazzjoni tar-refriġerazzjoni Tmin, Tmax, Tc u parametri oħra kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(14) |
“temperatura minima” (Tmin) tfisser it-temperatura minima ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar tal-ħżin, kif definita fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(15) |
“temperatura massima” (Tmax) tfisser it-temperatura massima ġewwa l-kompartiment waqt l-ittestjar tal-ħżin, kif definita fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(16) |
“temperatura mira” (Tc) tfisser it-temperatura ta’ referenza ġewwa kompartiment waqt l-ittestjar, kif stabbilita fit-Tabella 3 tal-Anness III, u hija t-temperatura għall-ittestjar tal-konsum tal-enerġija espressa bħala l-medja fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri; |
(17) |
“kompartiment 0-star” u “kompartiment li jagħmel is-silġ” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ 0 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(18) |
“kompartiment 1-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -6 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(19) |
“kompartiment 2-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -12 °C, kif stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(20) |
“kompartiment 3-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -18 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(21) |
“kompartiment ta’ freezer” jew “kompartiment 4-star” tfisser kompartiment tal-friża b’temperatura mira u kundizzjonijiet ta’ ħżin ta’ -18 °C u li jissodisfa r-rekwiżiti għall-kapaċità tal-iffriżar speċifika; |
(22) |
“kapaċità tal-iffriżar” tfisser l-ammont ta’ oġġetti tal-ikel friski li jistgħu jiġu ffriżati f’kompartiment ta’ freezer f’24 siegħa; din ma għandhiex tkun inqas minn 4,5 kg għal kull 24 siegħa għal kull 100 litru ta’ volum tal-kompartiment ta’ freezer, b’minimu ta’ 2,0 kg/24 siegħa; |
(23) |
“apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett” tfisser apparat refriġeranti li jintuża għall-funzjonijiet ta’ wiri ta’ oġġetti b’temperaturi speċifiċi aktar baxxi mit-temperatura ambjentali, u l-bejgħ tagħhom lill-konsumaturi, li jkun direttament aċċessibbli minn ġnub li jinfetħu jew minn bieba waħda jew aktar, jew minn kxaxen, jew mit-tnejn, inklużi wkoll kabinetti b’żoni speċifiċi għall-ħżin jew għas-servizz assistit ta’ oġġetti mhux aċċessibbli għall-konsumaturi u bl-esklużjoni tal-minibars u tal-apparati għall-ħżin tal-inbid, kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 (10); |
(24) |
“minibar” tfisser apparat refriġeranti b’volum totali ta’ mhux aktar minn 60 litru, maħsub primarjament għall-ħżin u l-bejgħ ta’ oġġetti tal-ikel fi kmamar ta’ lukandi u ta’ stabbilimenti simili; |
(25) |
“apparat għall-ħżin tal-inbid” tfisser apparat refriġeranti ddedikat għall-ħżin tal-inbid, b’kontroll preċiż tat-temperatura għall-kundizzjonijiet ta’ ħżin u b’temperatura mira ta’ kompartiment għall-ħżin tal-inbid, kif definita fit-Tabella 3 tal-Anness III, u mgħammar b’mezzi kontra l-vibrazzjonijiet; |
(26) |
“apparat refriġeranti ddedikat” tfisser apparat refriġeranti b’tip ta’ kompartiment wieħed biss; |
(27) |
“kompartiment għall-ħżin tal-inbid” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 12 °C, firxa ta’ umdità interna ta’ bejn 50 % u 80 % u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 5 °C u 20 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(28) |
“apparat refriġeranti mobbli” tfisser apparat refriġeranti li jista’ jintuża meta ma jkunx hemm aċċess għall-grilja elettrika tal-mejns u li bħala s-sors ta’ enerġija għall-funzjonalità tar-refriġerazzjoni juża elettriku b’voltaġġ baxx ħafna (< 120 V DC), jew karburant, jew it-tnejn li huma, inkluż apparat refriġeranti li, minbarra bl-elettriku b’voltaġġ baxx ħafna jew b’karburant, jew bit-tnejn li huma, jista’ jitħaddem ukoll permezz tal-mejns tal-elettriku. Apparat li jitqiegħed fis-suq b’konverter AC/DC ma jitqiesx bħala apparat refriġeranti mobbli; |
(29) |
“oġġetti tal-ikel” tfisser ikel, ingredjenti, xarbiet, inkluż inbid u oġġetti oħra użati primarjament għall-konsum li jirrikjedu refriġerazzjoni f’temperaturi speċifikati; |
(30) |
“Indiċi tal-Effiċjenza Enerġetika” (EEI) tfisser numru tal-indiċi għall-effiċjenza enerġetika relattiva ta’ apparat refriġeranti espress bħala perċentwali, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Anness III; |
(31) |
“apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju” tfisser apparat refriġeranti mingħajr kompressjoni tal-fwar u b’emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ inqas minn 27 decibel b’ponderazzjoni A relattivament għal 1 pico watt (dB(A) re 1 pW); |
(32) |
“emissjoni ta’ storbju akustiku fl-arja” tfisser il-livell tal-qawwa tal-ħoss ta’ apparat refriġeranti, espress f’deċibel b’ponderazzjoni-A relattivament għal 1 pico watt (dB(A) re 1 pW); |
(33) |
“apparat ikkombinat” tfisser apparat refriġeranti li jkollu aktar minn tip wieħed ta’ kompartiment, li tal-inqas wieħed minnhom ikun kompartiment mhux tal-friża; |
(34) |
“kompartiment mhux tal-friża” tfisser tip ta’ kompartiment b’temperatura mira ta’ 4 °C jew ogħla; li jkun kompartiment pantry, għall-ħżin tal-inbid, kantina jew għall-ikel frisk b’kundizzjonijiet ta’ ħżin u temperaturi mira, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(35) |
“kompartiment pantry” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 17 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 14 °C u 20 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(36) |
“kompartiment kantina” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 12 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 2 °C u 14 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(37) |
“kompartiment għall-ikel frisk” tfisser kompartiment mhux tal-friża b’temperatura mira ta’ 4 °C u kundizzjonijiet ta’ ħżin li jvarjaw bejn 0 °C u 8 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(38) |
“ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali” tfisser ħiter antikondensazzjoni fuq l-apparat refriġeranti u li l-kapaċità tat-tisħin tiegħu tiddependi fuq it-temperatura ambjentali jew fuq l-umdità ambjentali jew fuq it-tnejn li huma; |
(39) |
“ħiter antikondensazzjoni” tfisser ħiter li jippreveni l-kondensazzjoni fuq l-apparat refriġeranti; |
(40) |
“enerġija awżiljarja” (Eaux ) tfisser l-enerġija użata minn ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali, espressa f’kWh/a. |
Għall-finijiet tal-Annessi, definizzjonijiet addizzjonali huma stipulati fl-Anness I.
Artikolu 3
Rekwiżiti tal-ekodisinn
Ir-rekwiżiti tal-ekodisinn stabbiliti fl-Anness II għandhom japplikaw mid-dati indikati fih.
Artikolu 4
Valutazzjoni tal-konformità
1. Il-proċedura tal-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE għandha tkun is-sistema tal-kontroll intern tad-disinn stipulata fl-Anness IV ta’ dik id-Direttiva jew is-sistema ta’ ġestjoni stipulata fl-Anness V ta’ dik id-Direttiva.
2. Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/125/KE, id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi kopja tal-informazzjoni dwar il-prodott ipprovduta skont il-punt 4 tal-Anness II, u d-dettalji u r-riżultati tal-kalkoli stipulati fl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.
3. Meta l-informazzjoni inkluża fid-dokumentazzjoni teknika għal mudell partikolari tkun inkisbet:
(a) |
minn mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li għandha tiġi pprovduta, iżda li jkun ġie prodott minn manifattur differenti; jew |
(b) |
permezz ta’ kalkolu abbażi ta’ disinn jew estrapolazzjoni minn mudell ieħor tal-istess manifattur jew ta’ manifattur differenti, jew it-tnejn li huma. |
id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi d-dettalji ta’ tali kalkolu, il-valutazzjoni mwettqa mill-manifattur biex tiġi vverifikata l-preċiżjoni tal-kalkolu u, fejn xieraq, id-dikjarazzjoni ta’ identità bejn il-mudelli ta’ manifatturi differenti.
Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi lista tal-mudelli ekwivalenti kollha, inkluż l-identifikaturi tal-mudell.
4. Id-dokumentazzjoni teknika għandha tinkludi l-informazzjoni fl-ordni u kif stabbilit fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/2016. Għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, il-manifatturi, l-importaturi jew ir-rappreżentanti awtorizzati jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-punt 2(g) tal-Anness IV tad-Direttiva 2009/125/KE, jirreferu għad-dokumentazzjoni teknika mtella’ fil-bażi tad-data tal-prodotti li fiha l-istess tagħrif stipulat fir-Regolament (UE) 2019/2016.
Artikolu 5
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
L-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura ta’ verifika stabbilita fl-Anness IV meta jwettqu l-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq imsemmija fil-punt 2 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/125/KE.
Artikolu 6
Ċirkomvenzjoni
Il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat ma għandux iqiegħed prodotti fis-suq li jkunu ġew iddisinjati biex ikunu kapaċi jindunaw li qed jiġu ttestjati (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxu b’mod speċifiku billi jbiddlu awtomatikament il-prestazzjoni tagħhom matul it-test bl-għan li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kwalunkwe wieħed mill-parametri ddikjarati mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat fid-dokumentazzjoni teknika jew inklużi fi xi dokumentazzjoni pprovduta.
Il-konsum tal-enerġija tal-prodott u l-parametri ddikjarati l-oħra kollha ma għandhomx jiddeterjoraw wara aġġornament tas-software jew tal-firmware meta dan jitkejjel bl-istess standard tat-test użat oriġinarjament għad-dikjarazzjoni tal-konformità, ħlief bil-kunsens espliċitu tal-utent aħħari qabel l-aġġornament.
Artikolu 7
Parametri referenzjarji indikattivi
Il-parametri referenzjarji indikattivi għall-prodotti u t-teknoloġiji bl-aqwa prestazzjoni disponibbli fis-suq fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament huma stipulati fl-Anness V.
Artikolu 8
Rieżami
Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami ta’ dan ir-Regolament fid-dawl tal-progress teknoloġiku u għandha tippreżenta r-riżultati ta’ dan ir-rieżami, inkluż, jekk ikun xieraq, abbozz ta’ proposta għal reviżjoni lill-Forum Konsultattiv sal-25 ta' Diċembru 2025.
Ir-rieżami għandu jivvaluta b’mod partikolari:
(a) |
ir-rekwiżiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju u l-apparat tal-ħżin tal-inbid, inklużi dawk b’bibien trasparenti; |
(b) |
kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika għall-apparati kkombinati b’kompartiment(i) tal-friża b’livell baxx ta’ storbju; |
(c) |
it-trattament ta’ chest freezers professjonali; |
(d) |
il-livell tat-tolleranzi; |
(e) |
l-adegwatezza ta’ sinjal awdjo mandatorju għal ftuħ tal-bieba fit-tul; |
(f) |
il-fatturi ta’ kumpens u l-parametri ta’ mmudellar; |
(g) |
kemm hu adegwat li jiġu stabbiliti rekwiżiti addizzjonali dwar l-effiċjenza fir-riżorsi għall-prodotti skont il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari, inkluż jekk għandhomx jiġu inklużi aktar spare parts; |
(h) |
kemm hu adegwat li jiġu inklużi apparat jew funzjonijiet awżiljarji oħra minbarra l-ħiter antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali biex tiġi stabbilita l-enerġija awżiljarja; |
(i) |
il-metodoloġija biex jiġu kkunsidrati d-defrost awtomatiku u intelliġenti. |
Artikolu 9
Tħassir
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 għandu jitħassar b’effett mill-1 ta’ Marzu 2021.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 2021. Madankollu, l-Artikolu 6 għandu japplika mill-25 ta' Diċembru 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.
(2) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni. Pjan ta’ Ħidma dwar l-Ekodisinn 2016-2019, COM(2016)773 final tat-30.11.2016.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 643/2009 tat-22 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva 2005/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għal tagħmir refriġeranti tad-dar (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 53).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 tat-28 ta’ Settembru 2010 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ tikkettar tal-enerġija tat-tagħmir refriġeranti domestiku (ĠU L 314, 30.11.2010, p. 17).
(5) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għal ekonomija ċirkolari, COM/2015/0614 final tat-2.12.2015.
(6) Id-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) (ĠU L 197, 24.7.2012, p. 38).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1095 tal-5 ta’ Mejju 2015 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-kabinetti għall-ħżin refriġirat professjonali, kabinetti ta' refriġerazzjoni rapida, unitajiet ta' kondensazzjoni u chillers tal-proċess (ĠU L 177, 8.7.2015, p. 19).
(8) Ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12).
(9) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2016 tal-11 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tat-tikkettar tal-enerġija ta’ apparat refriġeranti u li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1060/2010 (Ara paġna 102 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(10) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/2024 tal-1 ta’ Ottubru 2019 li jistabbilixxi rekwiżiti tal-ekodisinn għall-apparat refriġeranti b’funzjoni ta’ bejgħ dirett skont id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Ara paġna 313 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
ANNESS I
Definizzjonijiet applikabbli għall-Annessi
Għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“bieba/bibien trasparenti” tfisser bieba/bibien magħmula minn materjal trasparenti li jippermetti lill-utent aħħari jara l-oġġetti minnha/minnhom, mill-inqas 75 % tal-għoli tal-armarju intern u 75 % tal-wisa' tal-armarju intern għandhom ikunu trasparenti, meta mkejla t-tnejn li huma min-naħa ta' quddiem tal-kabinett; |
(2) |
“iffriżar rapidu” tfisser funzjoni li l-utent aħħari jista' jattiva skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tal-importatur, jew tar-rappreżentant awtorizzat, li tnaqqas it-temperatura tal-ħżin tal-kompartiment(i) tal-freezer biex jiffriża l-oġġetti tal-ikel mhux iffriżati fi żmien iqsar; |
(3) |
“setting tax-xitwa” tfisser funzjoni ta' kontroll għal apparat ikkombinat b'kumpressur wieħed u termostat wieħed, li skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tal-importatur, jew tar-rappreżentant awtorizzat jista' jintuża f'temperaturi ambjentali taħt + 16 °C, li jkun magħmul minn funzjoni jew komponent tal-iswiċċjar li jiggarantixxi, anke jekk dan ma jkunx meħtieġ għall-kompartiment ta' fejn jinstab it-termostat, li l-kumpressur ikompli jaħdem biex jinżammu t-temperaturi tal-ħżin xierqa fil-kompartimenti l-oħra; |
(4) |
“kompartiment chiller” tfisser kompartiment li kapaċi jikkontrolla t-temperatura medja tiegħu f'medda speċifika mingħajr aġġustamenti tal-kontroll tiegħu mill-utent, b'temperatura mira ta' 2 °C, u b'kundizzjonijiet ta' ħżin li jvarjaw bejn -3 °C u 3 °C, kif stabbilit fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(5) |
“pannell iżolanti bil-vakwu” (VIP) tfisser pannell iżolanti li jikkonsisti minn materjal sod u poruż ħafna miksi b'envelop irqiq estern li ma jippermettix li jidħlu gassijiet, li minnu jinġibdu 'l barra l-gassijiet u li jkun issiġillat biex il-gassijiet esterni ma jidħlux fil-pannell; |
(6) |
“żona 2-star” tfisser parti minn kompartiment 3-star jew 4-star li ma jkollhiex bieba jew għatu tal-aċċess individwali tagħha stess u b'temperatura mira u kundizzjonijiet ta' ħżin ta' - 12 °C; |
(7) |
“gasket ta' bieba” tfisser siġill mekkaniku li jimla l-ispazju bejn il-bieba u l-kabinett tal-apparat refriġeranti biex tiġi evitata tnixxija mill-kabinett lejn l-arja esterna; |
(8) |
“spare part” tfisser parti separata li tista' tissostitwixxi parti bl-istess funzjoni jew funzjoni simili fi prodott; |
(9) |
“sewwej professjonali” tfisser operatur jew impriża li tipprovdi servizzi professjonali ta' tiswija u manutenzjoni ta' apparat refriġeranti; |
(10) |
“apparat awtonomu” tfisser apparat refriġeranti li ma jkunx apparat inkorporat; |
(11) |
“apparat inkorporat” tfisser apparat refriġeranti li jkun iddisinjat, ittestjat u kkummerċjalizzat b'mod esklussiv:
|
(12) |
“garanzija” tfisser kwalunkwe impenn li jagħmel il-bejjiegħ bl-imnut jew il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat lill-konsumatur biex:
|
(13) |
“klassi klimatika” tfisser il-medda ta' temperaturi ambjentali, kif stabbilita fil-punt 1(i) tal-Anness III, li l-apparati refriġeranti huma maħsuba li jintużaw fiha, u li għaliha t-temperaturi ta' ħżin meħtieġa speċifikati fit-Tabella 3 tal-Anness III jiġu ssodisfati b'mod simultanju fil-kompartimenti kollha; |
(14) |
“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser ġabra ta' data li tikkonċerna l-prodotti, li tkun irranġata b'mod sistematiku u li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni li tikkonċerna l-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b'mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà u parti dwar il-konformità, b'rekwiżiti ta' aċċessibbiltà u ta' sigurtà speċifikati b'mod ċar, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1); |
(15) |
“konsum tal-enerġija annwali” (AE) tfisser il-konsum tal-enerġija kuljum medju mmultiplikat bi 365 (jiem fis-sena), espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), kif ikkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness III; |
(16) |
“konsum tal-enerġija kuljum” (Edaily ) tfisser l-elettriku li jintuża minn apparat refriġeranti f'24 siegħa fil-kundizzjonijiet ta' referenza espress f'kilowatt-siegħa kull 24 siegħa (kWh/24 h), ikkalkulat skont il-punt 3 tal-Anness III; |
(17) |
“distributur” tfisser apparat li jiddistribwixxi tagħbija mkessħa jew iffriżata minn apparat refriġeranti fuq xewqa tal-utent, bħal pereżempju distributuri tas-silġ jew distributuri tal-ilma mkessaħ; |
(18) |
“kompartiment b'temperatura varjabbli” tfisser kompartiment maħsub għall-użu bħala żewġ (jew aktar) tipi ta' kompartimenti alternattivi (pereżempju, kompartiment li jista' jservi bħala kompartiment għall-ikel frisk jew bħala kompartiment ta' freezer) u li jkun jista' jiġi ssettjat mill-utent biex iżomm il-medda tat-temperatura tat-tħaddim applikabbli b'mod kontinwu għal kull tip ta' kompartiment iddikjarat. Kompartiment li jkun maħsub għall-użu bħala tip ta' kompartiment singolu li jista' jissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet ta' ħżin ta' tipi ta' kompartimenti oħra (pereżempju, kompartiment chiller li jista' jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti ta' kompartiment 0-star) mhuwiex kompartiment b'temperatura varjabbli; |
(19) |
“netwerk” tfisser infrastruttura ta' komunikazzjoni b'topoloġija ta' konnessjonijiet, arkitettura, inkluż il-komponenti fiżiċi, prinċipji organizzattivi, proċeduri u formati tal-komunikazzjonijiet (protokolli); |
(20) |
“konsum tal-enerġija elettrika f'kundizzjonijiet stabbli” (Pss ) tfisser il-konsum tal-enerġija medju f'kundizzjonijiet stabbli, espress f'watts (W); |
(21) |
“konsum tal-enerġija inkrementali għad-defrost u għall-irkupru” (ΔΕd-f ) tfisser il-konsum tal-enerġija medju supplimentari għal funzjoni ta' defrost jew ta' rkupru, espress f'watt hour (Wh); |
(22) |
“defrost awtomatiku” tfisser funzjoni li permezz tagħha l-kompartimenti jiġu defrostjati mingħajr l-intervent tal-utent biex tinbeda t-tneħħija tal-akkumulazzjoni tas-silġ fil-konfigurazzjonijiet kollha tal-kontroll tat-temperatura jew biex jiġi stabbilit mill-ġdid it-tħaddim normali, fejn ir-rimi tal-ilma defrostjat isir b'mod awtomatiku; |
(23) |
“intervall ta' defrost” (td-f ) tfisser l-intervall medju rappreżentattiv, espress f'sigħat (h), ta' bejn il-ħin tal-attivazzjoni tal-ħiter tad-defrost u tal-attivazzjoni sussegwenti tiegħu, f'żewġ ċikli sussegwenti ta' defrost u ta' rkupru; jew jekk ma jkunx hemm ħiter tad-defrost, l-intervall ta' bejn il-ħin tad-diżattivazzjoni tal-kumpressur u tad-diżattivazzjoni sussegwenti tiegħu, f'żewġ ċikli sussegwenti ta' defrost u ta' rkupru; |
(24) |
“perjodu ta' defrost u ta' rkupru” tfisser il-perjodu minn meta jinbeda ċ-ċiklu ta' kontroll tad-defrost sakemm jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet tat-tħaddim stabbli; |
(25) |
“tip ta' defrost” tfisser il-metodu li bih titneħħa l-akkumulazzjoni tas-silġ minn fuq l-evaporatur(i) ta' apparat refriġeranti; jiġifieri defrost awtomatiku jew defrost manwali; |
(26) |
“defrost manwali” tfisser li ma jkunx hemm defrost awtomatiku; |
(27) |
“fattur ta' tagħbija” (L) tfisser fattur li jqis it-tagħbija ta' tkessiħ supplimentari (aktar milli diġà antiċipata bl-ogħla temperatura ambjentali medja għall-ittestjar) dovuta għall-introduzzjoni ta' oġġetti tal-ikel sħan, bil-valuri kif stabbilit fil-punt 3(a) tal-Anness III; |
(28) |
“konsum tal-enerġija annwali standard” (SAE) tfisser il-konsum tal-enerġija annwali ta' referenza ta' apparat refriġeranti espress bħala kilowatt-siegħa fis-sena (kWh/a), kif ikkalkulat skont il-punt 4 tal-Anness III; |
(29) |
“parametru ta' kombinament” (C) tfisser parametru ta' mmudellar li jqis l-effett ta' sinerġija ta' meta tipi ta' kompartimenti differenti jkunu kkombinati f'apparat wieħed, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III; |
(30) |
“fattur ta' telf tas-sħana mill-bieba” (D) tfisser fattur ta' kumpens għal apparati kkombinati skont in-numru ta' kompartimenti b'temperaturi differenti jew in-numru ta' bibien esterni, liema minnhom ikun l-iżgħar u kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III. Għal dan il-fattur, “kompartiment” ma tirreferix għal subkompartiment; |
(31) |
“fattur tad-defrost” (Ac ) tfisser fattur ta' kumpens li jqis jekk l-apparat refriġeranti jkollux defrost awtomatiku jew defrost manwali, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III; |
(32) |
“fattur ta' apparat inkorporat” (Bc ) tfisser fattur ta' kumpens li jqis jekk l-apparat refriġeranti jkunx inkorporat jew awtonomu, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 5 tal-Anness III; |
(33) |
“Mc” u “Nc” ifissru parametri ta' mmudellar li jqisu d-dipendenza tal-konsum tal-enerġija fuq il-volum, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III; |
(34) |
“parametru termodinamiku” (rc ) tfisser parametru ta' mmudellar li jikkoreġi l-konsum tal-enerġija annwali standard għal temperatura ambjentali ta' 24 °C, bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 4 tal-Anness III; |
(35) |
“mudell ekwivalenti” tfisser mudell li jkollu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għall-informazzjoni teknika li trid tiġi pprovduta, iżda li jitqiegħed fis-suq jew jitqiegħed fis-servizz mill-istess manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat bħala mudell ieħor b'identifikatur differenti tal-mudell; |
(36) |
“identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi mudell speċifiku ta' prodott minn mudelli oħrajn bl-istess trademark jew l-istess isem tal-fornitur; |
(37) |
“friġġ-freezer” tfisser apparat ikkombinat li jkollu mill-inqas kompartiment ta' freezer wieħed u mill-inqas kompartiment għall-ikel frisk wieħed. |
(1) Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).
ANNESS II
Rekwiżiti tal-ekodisinn
1. Rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika:
(a) |
Mill-1 ta’ Marzu 2021, l-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) tal-apparat refriġeranti ma għandux ikun ogħla mill-valuri kif stabbiliti fit-Tabella 1. Tabella 1 EEI massimu għall-apparati refriġeranti, espress f’%
|
(b) |
Mill-1 ta’ Marzu 2024, l-EEI tal-apparat refriġeranti ma għandux ikun ogħla mill-valuri stabbiliti fit-Tabella 2. Tabella 2 EEI massimu għall-apparati refriġeranti, espress f’%
|
2. Rekwiżiti funzjonali:
Mill-1 Marzu 2021, l-apparat refriġeranti għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
Sa mhux aktar tard minn 72 siegħa wara li tiġi attivata mill-utent aħħari skont l-istruzzjonijiet tal-manifattur, tal-importatur, jew tar-rappreżentant awtorizzat, kull funzjoni tal-iffriżar rapidu, jew kwalunkwe funzjoni simili li ssir possibbli bil-bdil fis-settings tat-temperatura f’kompartimenti ta’ friżer, għandha terġa’ lura awtomatikament għall-kundizzjonijiet normali preċedenti tal-ħżin. |
(b) |
Il-karatteristika settings tax-xitwa għandha tiġi attivata jew diżattivata b’mod awtomatiku skont il-ħtieġa li l-kompartiment(i) tal-friża jinżamm/u fit-temperatura t-tajba. |
(c) |
Kull kompartiment għandu jkun immarkat bis-simbolu ta’ identifikazzjoni xieraq. Għall-kompartimenti tal-ikel iffriżat dan għandu jkun in-numru ta’ stilel tal-kompartiment. Għall-kompartimenti tal-ikel imkessaħ u mhux iffriżat, dan għandu jkun indikazzjoni, magħżula mill-manifattur, l-importatur, jew ir-rappreżentant awtorizzat, tat-tip ta’ ikel għandu jinħażen fil-kompartiment. |
(d) |
Jekk l-apparat refriġeranti jkollu pannelli iżolanti bil-vakwu, l-apparat refriġeranti għandu jkun tikkettat bl-ittri “VIP” b’mod ċar u li jista’ jinqara. |
(e) |
Għal subkompartimenti 2-star jew żoni 2-star:
|
(f) |
Għall-kompartimenti 4-star, il-kapaċità tal-iffriżar speċifika għandha tkun ta’ tip li l-ħin tal-iffriżar meħtieġ biex it-temperatura tat-tagħbija ħafifa (3,5 kg/100 l) titbaxxa minn +25 għal – 18 °C f’temperatura ambjentali ta’ 25 °C ikun ta’ 18,5 siegħa jew inqas. |
Sal-1 ta’ Marzu 2024, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2(a) u (b) ma għandhomx japplikaw għall-apparat kombinat b’termostat elettromekkaniku wieħed u b’kompressur wieħed li mhuwiex mgħammar b’konsol elettroniku.
3. Rekwiżiti tal-effiċjenza fir-riżorsi:
Mill-1 Marzu 2021, l-apparat refriġeranti għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
Disponibbiltà ta’ spare parts:
|
(b) |
L-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni: Wara perjodu ta’ sentejn wara t-tqegħid fis-suq tal-ewwel unità ta’ mudell jew ta’ mudell ekwivalenti, u sa tmiem il-perjodu msemmi f’(a), il-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat għandu jipprovdi aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-apparat lis-sewwejja professjonali fil-kundizzjonijiet li ġejjin:
Ladarba jiġi rreġistrat, sewwej professjonali għandu jkollu aċċess, fi żmien jum wieħed tax-xogħol wara li jkun talabha, għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni. L-informazzjoni disponibbli dwar it-tiswija u l-manutenzjoni għandha tinkludi:
|
(c) |
Żmien massimu għall-konsenja tal-ispare parts:
|
(d) |
Rekwiżiti għaż-żarmar għall-irkupru u r-riċiklaġġ tal-materjali filwaqt li jiġi evitat it-tniġġis:
|
4. Rekwiżiti ta’ informazzjoni:
Mill-1 ta’ Marzu 2021, il-manwali tal-istruzzjonijiet għall-installaturi u għall-utenti aħħarin, u s-sit web bla ħlas tal-manifatturi, tal-importaturi jew tar-rappreżentanti awtorizzati għandhom jinkludu t-tagħrif li ġej:
(a) |
l-għażla ta’ kxaxen, basktijiet u xkafef li jwasslu għall-aktar użu effiċjenti tal-enerġija minn dak l-apparat refriġeranti; |
(b) |
gwida ċara dwar fejn u kif għandhom jinħażnu l-prodotti tal-ikel f’apparat refriġeranti għall-aħjar preservazzjoni tul l-itwal perjodu, biex tiġi evitata l-ħela tal-ikel; |
(c) |
l-issettjar tat-temperaturi rrakkomandat f’kull kompartiment għall-preservazzjoni ottimali tal-ikel. Dawn is-settings m’għandhomx jikkontradixxu l-kundizzjonijiet tal-ħżin stabbiliti fit-Tabella 3 tal-Anness III; |
(d) |
stima tal-impatt tal-issettjar tat-temperatura fuq il-ħela tal-ikel; |
(e) |
deskrizzjoni tal-effetti ta’ modi u funzjonijiet speċjali, u b’mod partikolari kif it-temperaturi jiġu affettwati f’kull kompartiment u għal kemm; |
(f) |
għall-apparat għall-ħżin tal-inbid: “dan l-apparat huwa ddisinjat għall-użu esklussiv tal-ħżin tal-inbid”. Dan ma għandux japplika għal apparat refriġeranti li ma jkunx iddisinjat speċifikament għall-ħżin tal-inbid iżda jista’ jintuża għal dan l-iskop, jew għal apparat refriġeranti li jkollu kompartiment għall-ħżin tal-inbid kombinat ma’ kwalunkwe tip ta’ kompartiment ieħor; |
(g) |
struzzjonijiet għall-installazzjoni korretta u għall-manutenzjoni korretta min-naħa tal-utent aħħari, inkluż it-tindif, tal-apparat refriġeranti; |
(h) |
għal apparat indipendenti: “dan l-apparat refriġeranti mhuwiex maħsub biex jintuża bħala apparat inkorporat”; |
(i) |
għal apparat mingħajr kompartiment 4-star: “dan l-apparat refriġeranti mhuwiex xieraq għall-iffriżar ta’ oġġetti tal-ikel”; |
(j) |
aċċess għat-tiswija professjonali, bħal siti web, indirizzi, dettalji ta’ kuntatt; |
(k) |
tagħrif rilevanti għall-ordni ta’ spare parts, direttament jew permezz ta’ kanali oħra pprovduti mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat; |
(l) |
il-perjodu minimu li matulu l-ispare parts, neċessarji għat-tiswija tal-apparat, ikunu disponibbli; |
(m) |
id-durata minima tal-garanzija tal-apparat refriġeranti offruta mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat; |
(n) |
għall-apparat refriġeranti bi klassi klimatika:
|
(o) |
struzzjonijiet dwar kif tinstab l-informazzjoni dwar il-mudell fil-bażi tad-data tal-prodotti, kif definit fir-Regolament (UE) 2019/2016 permezz ta’ link elettronika li tirreferi għat-tagħrif dwar il-mudell kif irreġistrat fil-bażi tad-data tal-prodotti jew link elettronika li twassal għall-bażi tad-data tal-prodotti u għal informazzjoni dwar kif wieħed isib l-identifikatur tal-mudell fuq il-prodott. |
ANNESS III
Metodi ta’ kejl u ta’ kalkolu
Għall-għanijiet tal-konformità u tal-verifika tal-konformità mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, il-kejl u l-kalkoli għandhom isiru billi jintużaw standards armonizzati, jew billi jintużaw metodi oħrajn li jkunu affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-metodi l-aktar avvanzati ġeneralment rikonoxxuti u jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti hawn taħt. In-numri ta’ referenza ta’ dawn l-istandards armonizzati ġew ippubblikati għal dan il-għan f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea:
1. Kundizzjonijiet ġenerali għall-ittestjar:
(a) |
għall-apparati refriġeranti b’ħiters antikondensazzjoni li jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, il-ħiters antikondensazzjoni għandhom jinxtegħlu u — jekk ikunu aġġustabbli — jiġu ssettjati fuq it-tisħin massimu u inklużi fil-konsum tal-enerġija annwali (AE) bħala konsum tal-enerġija kuljum (Edaily ); |
(b) |
għall-apparat refriġeranti b’ħiters antikondensazzjoni b’kontroll ambjentali, il-ħiters antikondensazzjoni tal-elettriku b’kontroll ambjentali għandhom jintfew jew jiġu diżattivati, fejn possibbli, waqt il-kejl tal-konsum tal-enerġija; |
(c) |
għall-apparati refriġeranti b’distributuri li jistgħu jinxtegħlu jew jintfew mill-utent aħħari, id-distributuri għandhom jinxtegħlu waqt it-test tal-konsum tal-enerġija, iżda ma għandhomx jitħaddmu; |
(d) |
għall-kejl tal-konsum tal-enerġija, il-kompartimenti b’temperatura varjabbli għandhom ikunu qed jaħdmu bl-aktar temperatura baxxa li tista’ tiġi ssettjata mill-utent aħħari biex tinżamm il-medda tat-temperatura, kif stabbilit fit-Tabella 3, tat-tip ta’ kompartiment li jkollu l-aktar temperatura baxxa; |
(e) |
għall-apparati refriġeranti li jistgħu jiġu konnessi ma’ netwerk, il-modulu ta’ komunikazzjoni għandu jkun attivat iżda waqt it-test tal-konsum tal-enerġija mhux meħtieġ li jkun hemm xi tip speċifiku ta’ komunikazzjoni u/jew ta’ skambju ta’ data. Waqt it-test tal-konsum tal-enerġija jrid jiġi żgurat li l-unità tkun konnessa man-netwerk; |
(f) |
għall-prestazzjoni ta’ kompartimenti chillers:
|
(g) |
għal kompartimenti b’volum aġġustabbli, meta l-volumi ta’ żewġ kompartimenti jkunu jistgħu jiġu aġġustati wieħed relattivament mal-ieħor mill-utent aħħari, il-konsum tal-enerġija u l-volum għandhom jiġu ttestjati meta l-volum tal-kompartiment bl-ogħla temperatura mira jkun aġġustat għall-volum minimu tiegħu; |
(h) |
il-kapaċità tal-iffriżar speċifika tiġi kkalkulata bħala l-piż tat-tagħbija ħafifa mmultiplikat bi 12 u diviż bil-ħin tal-iffriżar meħtieġ biex it-temperatura tat-tagħbija ħafifa titbaxxa minn +25 għal – 18 °C f’temperatura ambjentali ta’ 25 °C, espressa f’kg/12 h u mqarrba sal-ewwel pożizzjoni deċimali; il-piż tat-tagħbija ħafifa huwa 3,5 kg kull 100 litru tal-volum tal-kompartimenti tal-friża “t”, u għandu jkun ta’ mill-inqas 2,0 kg; |
(i) |
biex jiġu ddeterminati l-klassijiet klimatiċi, l-akronimu għall-medda ta’ temperaturi ambjentali, jiġifieri SN, N, ST jew T:
|
2. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-temperaturi mira għal kull tip ta’ kompartiment:
It-Tabella 3 tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-ħżin u t-temperatura mira għal kull tip ta’ kompartiment.
3. Determinazzjoni tal-AE:
(a) |
Għall-apparati refriġeranti kollha, għajr għall-apparati refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju: Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat permezz ta’ ttestjar f’temperatura ambjentali ta’ bejn 16 °C u 32 °C. Biex jiġi ddeterminat il-konsum tal-enerġija, it-temperaturi medji tal-arja f’kull kompartiment għandhom ikunu daqs jew inqas mit-temperaturi mira speċifikati fit-Tabella 3 għal kull tip ta’ kompartiment kif iddikjarati mill-manifattur, l-importatur, jew ir-rappreżentant awtorizzat. Valuri ogħla jew aktar baxxi mit-temperaturi mira jistgħu jintużaw biex jiġi stmat il-konsum tal-enerġija bit-temperatura mira għal kull kompartiment rilevanti permezz ta’ interpolazzjoni, fejn ikun xieraq. Il-komponenti ewlenin tal-konsum tal-enerġija li jridu jiġu ddeterminati huma:
|
(b) |
Għall-apparati refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju: Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat kif previst fil-punt 3(a), iżda b’temperatura ambjentali ta’ 25 °C minflok ta’ 16 °C u ta’ 32 °C. Edaily , espressa f’kWh/24 h u mqarrba sa tliet pożizzjonijiet deċimali għall-kalkolu tal-AE imbagħad hija kif ġej: Edaily = E25 fejn E25 hija ET b’temperatura ambjentali ta’ 25 °C u tiġi derivata permezz ta’ interpolazzjoni tat-testijiet tal-enerġija bit-temperaturi mira stabbiliti fit-Tabella 3. |
4. Determinazzjoni tal-konsum tal-enerġija annwali standard (SAE):
(a) |
Għall-apparati refriġeranti kollha: SAE, espress f’kWh/a u mqarreb sa żewġ pożizzjonijiet deċimali, jiġi kkalkulat kif ġej: fejn
Waqt it-twettiq tal-kalkoli ta’ hawn fuq, għall-kompartimenti b’temperatura varjabbli, jintgħażel it-tip ta’ kompartiment bl-aktar temperatura mira baxxa li jkun iddikjarat xieraq għaliha. |
(b) |
Parametri ta’ mmudellar għal kull tip ta’ kompartiment għall-kalkolu tal-SAE: Il-parametri ta’ mmudellar huma stabbiliti fit-Tabella 4. Tabella 4 Il-valuri tal-parametri ta’ mmudellar għal kull tip ta’ kompartiment
|
(c) |
Il-fatturi ta’ kumpens għal kull tip ta’ kompartiment għall-kalkolu tal-SAE: Il-fatturi ta’ kumpens huma stabbiliti fit-Tabella 5. Tabella 5 Il-valuri tal-fatturi ta’ kumpens għal kull tip ta’ kompartiment
|
5. Determinazzjoni tal-EEI:
EEI, espress bħala % u mqarreb sal-ewwel pożizzjoni deċimali, huwa kkalkulat bħala:
EEI = AE/SAE.
(1) Tmin u Tmax huma l-valuri medji mkejla fuq il-perjodu tat-test (medja fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri).
(2) Il-varjazzjoni medja tat-temperatura fuq il-perjodu tat-test għal kull sensur m’għandhiex tkun ta’ aktar minn ± 0,5 Kelvin (K). Waqt perjodu ta’ defrost u ta’ rkupru, il-medja tas-sensuri kollha mhix permessa titla’ aktar minn 1,5 K ogħla mill-valur medju tal-kompartiment.
(3) Tmin u Tmax huma l-valuri istantanji ta’ waqt il-perjodu tat-test.
(4) Tmax hija l-valur massimu mkejjel fuq il-perjodu tat-test (massimu fuq perjodu ta’ żmien u fuq sett ta’ sensuri).
(5) Jekk il-kompartiment ikun tat-tip b’defrost awtomatiku, it-temperatura (definita bħala t-temperatura massima tas-sensuri kollha) mhix permessa titla’ aktar minn 3,0 K waqt il-perjodu ta’ defrost u ta’ rkupru.
(6) Tmin u Tmax huma l-valuri medji mkejla fuq il-perjodu tat-test (medja fuq perjodu ta’ żmien għal kull sensur) u jiddefinixxu l-medda tat-temperatura tat-tħaddim massima permessa.
(1) rc = (Ta-Tc)/20; b’Ta = 24 °C u Tc bil-valuri kif stabbilit fit-Tabella 3.
(2) C għal apparat kombinat b’kompartimenti 3-star jew 4-star jiġi ddeterminat kif ġej:
fejn frzf huwa l-volum Vfr tal-kompartiment 3-star jew 4-star bħala frazzjoni ta’ V b’frzf = Vfr/V:
— |
jekk frzf ≤ 0,3 then C =1,3 + 0,87 × frzf; |
— |
jew jekk if 0,3 < frzf < 0,7 allura C =1,87 – 1,0275 × frzf; |
— |
inkella C =1,15. |
(3) numru ta’ bieben esterni jew ta’ kompartimenti, liema minnhom ikun l-iżgħar.
ANNESS IV
Proċedura ta’ verifika għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq
It-tolleranzi tal-verifika stabbiliti f’dan l-Anness huma marbutin biss mal-verifika tal-parametri mkejla mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u ma għandhomx jintużaw mill-manifattur, l-importatur jew ir-rappreżentant awtorizzat bħala tolleranza permessa biex jiġu stabbiliti l-valuri inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew għall-interpretazzjoni ta’ dawn il-valuri bl-għan li tinkiseb il-konformità jew biex tiġi kkomunikata prestazzjoni aħjar bi kwalunkwe mezz.
Meta mudell ikun ġie ddisinjat biex ikun kapaċi jinduna li qed jiġi ttestjat (eż. billi jirrikonoxxi l-kundizzjonijiet tat-test jew iċ-ċiklu tat-test), u biex jirreaġixxi b’mod speċifiku billi jbiddel awtomatikament il-prestazzjoni tiegħu matul it-test bl-objettiv li jintlaħaq livell aktar favorevoli għal kull wieħed mill-parametri speċifikati f’dan ir-Regolament jew inklużi fid-dokumentazzjoni teknika jew f’xi dokumentazzjoni pprovduta, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi.
Għall-verifika tal-konformità ta’ mudell tal-prodott mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/125/KE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw il-proċedura li ġejja għar-rekwiżiti msemmija fl-Anness II:
1. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jivverifikaw unità waħda tal-mudell. |
2. |
Il-mudell għandu jitqies bħala konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jekk:
|
3. |
Jekk ma jinkisbux ir-riżultati msemmija fil-punti 2(a), (b), (c) jew (d), il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. |
4. |
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punt 2(e), l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jagħżlu tliet unitajiet oħra tal-istess mudell biex jiġu ttestjati. B’mod alternattiv, it-tliet unitajiet l-oħra magħżula jistgħu jkunu ta’ mudell(i) ekwivalenti. |
5. |
Il-mudell għandu jitqies konformi mar-rekwiżiti applikabbli jekk, għal dawn it-tliet unitajiet, il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati tkun konformi mat-tolleranzi tal-verifika rispettivi stabbiliti fit-Tabella 6. |
6. |
Jekk ma jinkisibx ir-riżultat imsemmi fil-punti 5, il-mudell u l-mudelli ekwivalenti kollha għandhom jitqiesu li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament. |
7. |
Meta tittieħed id-deċiżjoni tan-nuqqas ta’ konformità tal-mudell skont il-punti 3 jew 6, l-awtoritajiet tal-Istat Membru għandhom jipprovdu kull informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. |
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jużaw il-metodi tal-kejl u tal-kalkolu mogħtija fl-Anness III.
L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom japplikaw biss it-tolleranzi tal-verifika stabbiliti fit-Tabella 6 u għandhom jużaw biss il-proċedura deskritta fil-punti 1 sa 7 għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness. Għall-parametri tat-Tabella 6, ma għandha tiġi applikata l-ebda tolleranza oħra, lanqas dawk stabbiliti fi standards armonizzati jew fi kwalunkwe metodu ieħor ta’ kejl.
Tabella 6
Tolleranzi tal-verifika
Parametri |
Tolleranzi tal-verifika |
Il-volum totali u l-volum tal-kompartimenti |
Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun aktar baxx minn 3 % jew b’litru wieħed inqas — skont liema wieħed minnhom ikun l-ogħla valur — mill-valur iddikjarat. |
Il-kapaċità tal-iffriżar |
Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun aktar baxx mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %. |
E16, E32 |
Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %. |
Eaux |
Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %. |
Il-konsum tal-enerġija annwali |
Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat b’iktar minn 10 %. |
L-umdità interna tal-apparat għall-ħżin tal-inbid (%) |
Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ivarja mil-limiti tal-medda preskritta b’aktar minn 10 %. |
Emissjonijiet tal-istorbju akustiku fl-arja |
Il-valur (1) iddeterminat m’għandux ikun ogħla b’2 dB(A) re 1 pW mill-valur iddikjarat. |
(1) fil-każ ta’ ttestjar ta’ tliet unitajiet addizzjonali skont kif preskritt fil-punt 4, il-valur iddeterminat ifisser il-medja aritmetika tal-valuri ddeterminati għal dawn it-tliet unitajiet addizzjonali.
ANNESS V
Parametri referenzjarji
Fiż-żmien id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-aħjar teknoloġija disponibbli fis-suq għall-apparat refriġeranti f’termini tal-indiċi tal-effiċjenza enerġetika (EEI) u tal-emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja ġiet identifikata kif deskritt hawn taħt.
Iċ-ċifri li jidhru hawn taħt inkisbu permezz ta’ konverżjoni ssimplifikata mill-valuri EEI kif stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 643/2009. Iċ-ċifri fil-parentesi jindikaw il-valur tal-EEI kif stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 643/2009.
Apparati refriġeranti:
Apparat refriġeranti ddedikat għall-ikel frisk (“friġġ”):
Kbir: |
EEI = 57 % [18 %], |
V = 309 litru, |
AE = 70 kWh/a |
Għal fuq il-mejda: |
EEI = 63 % [22 %], |
V = 150 litru, |
AE = 71 kWh/a |
Apparat għall-ħżin tal-inbid:
Bieba esterna iżolata: |
EEI = 113 % [33 %], |
V = 499 litru, |
AE = 111 kWh/a |
Bieba trasparenti: |
EEI = 140 % [42 %], |
V = 435 litru, |
AE = 133 kWh/a |
Friġġ-freezer:
EEI = 59 % [18 %], |
V = 343 litru (223/27/93 litru għal ikel frisk/chill/freezer), |
AE = 146 kWh/a |
Freezer:
Wieqaf Żgħir: |
EEI = 52 % [20 %], |
V = 103 litru, |
AE = 95 kWh/a |
Wieqaf Daqs Medju: |
EEI = 63 % [22 %], |
V = 206 litru, |
AE = 137 kWh/a |
Chest: |
EEI = 55 % [22 %], |
V = 230 litru, |
AE = 116 kWh/a |
L-inqas storbju rrapportat (mill-mudelli kollha): 34-35 dB(A) re 1 pW
Apparat refriġeranti b’livell baxx ta’ storbju (apparat refriġeranti b’kompartiment kantina jew kompartiment pantry):
Bieba esterna iżolata: |
EEI = 233 % [73 %], |
V = 30 litru, |
AE = 182 kWh/a |
Bieba trasparenti: |
EEI = 330 % [102 %], |
V = 40 litru, |
AE = 255 kWh/a |
Apparat b’livell baxx ta’ storbju huwa rrapportat li jkollu emissjonijiet ta’ storbju akustiku fl-arja ta’ inqas minn 15 dB(A) re 1 pW skont l-istandards ta’ ttestjar attwali.