Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0296

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/296 tal-20 ta' Frar 2019 li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

    C/2019/1101

    ĠU L 50, 21.2.2019, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/296/oj

    21.2.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 50/4


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/296

    tal-20 ta' Frar 2019

    li jikkoreġi xi wħud mill-verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6d(1) tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjonijiet lingwistiċi tal-Greċja, tal-Olanda u tal-Portugall tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 (2) fihom żball fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(2) fir-rigward tal-kalkolu tal-volum ta' servizzi ta' roaming tad-dejta bl-imnut li l-klijent tar-roaming se jkun jista' jikkonsma waqt li jivvjaġġa perjodikament fl-Unjoni, fil-każ li tiġi applikata politika tal-użu ġust mill-fornitur tar-roaming.

    (2)

    Il-verżjonijiet lingwistiċi tal-Greċja, tal-Olanda u tal-Portugall tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/2286 għalhekk jenħtieġ li jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra mhumiex affettwati.

    (3)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Komunikazzjoni,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    (ma japplikax għal-lingwa Maltija)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Frar 2019.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10.

    (2)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2286 tal-15 ta' Diċembru 2016 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' politika tal-użu ġust u dwar il-metodoloġija għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tat-tneħħija tal-ħlasijiet supplimentari tar-roaming bl-imnut u dwar l-applikazzjoni li għandu jressaq fornitur tar-roaming għall-finijiet ta' dik il-valutazzjoni (ĠU L 344, 17.12.2016, p. 46).


    Top